1.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/930
tal-31 ta' Mejju 2017
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta' tjur u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1016/2013
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għal użu ġdid ta' preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae, u għal emenda tat-termini tal-awtorizzazzjoni attwali għall-ħnieżer mogħtija permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2013 (2). Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u ntbagħtet ukoll id-dejta rilevanti li tappoġġa t-talba għall-emenda. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta' tjur, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u l-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni attwali għall-ħnieżer li jestendu l-użu għat-trikoteċene tal-mikotossini kollha. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta' Diċembru 2016 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità rrikonoxxiet li l-preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae għandha l-kapaċità li tnaqqas id-deossinivalenol (DON) minn għalf ikkontaminat. Hija kkonkludiet li l-preparazzjoni għandha l-kapaċità li tnaqqas il-grupp tal-epossidu-12, 13 f'għadd ta' trikoteċeni rappreżentattivi u f'mikotossini oħra tal-istess tip strutturali, irrispettivament mill-ispeċi jew mill-kategorija tal-annimal li jirċievi l-għalf ikkontaminat. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Sabiex ikun permess l-użu tal-addittiv ma' trikoteċeni oħrajn, huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1016/2013. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness I, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1016/2013
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1016/2013 jiġi sostitwit bl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer (ĠU L 282, 24.10.2013, p. 36).
(3) EFSA Journal 2017;15(1):4676.
ANNESS I
Numru ta' identifikazz-joni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizz-azzjoni |
||||||||
CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini: trikoteċeni. |
|||||||||||||||||
1m01 |
— |
Ir-razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae li fiha minimu ta' 5 × 109 CFU/g tal-addittiv. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta': Ir-razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae Metodu analitiku (1) L-enumerazzjoni tar-razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae: il-metodu “pour plate” bl-użu ta' agar VM issupplimentat bil-Oxyrase. L-identifikazzjoni tar-razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE) |
L-ispeċijiet kollha ta' tjur |
— |
1,7 × 108 |
— |
|
Il-21 ta' Ġunju 2027 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ANNESS II
“ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini: trikoteċene. |
|||||||||||||||
1m01 |
— |
Ir-razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae li fiha minimu ta' 5 × 109 CFU/g tal-addittiv. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta': Ir-razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae Metodu analitiku (1) L-enumerazzjoni tar-razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae: il-metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-VM agar issupplimentat bil-Oxyrase. L-identifikazzjoni tar-razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE) |
Ħnieżer |
— |
1,7 × 108 |
— |
|
It-13 ta' Novembru 2023 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports