24.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/881
tat-23 ta' Mejju 2017
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta' kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1151/2010
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) u 6(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista deċennali tad-dejta komprensiva dwar il-popolazzjoni u d-djar. |
(2) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712 (2), iċ-ċensiment li jmiss tal-popolazzjoni u tad-djar għandu jirrigwarda s-sena ta' referenza 2021. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2010 (3) stabbilixxa l-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti tal-kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar għas-sena ta' referenza 2011. |
(4) |
Għall-finijiet taċ-ċensiment li jmiss tal-popolazzjoni u tad-djar tal-2021, u sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tad-dejta trażmessa lill-Kummissjoni (il-Eurostat), huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti modalitajiet ġodda u struttura ġdida għar-rapporti tal-kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta. |
(5) |
Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta u l-metadejta vvalidati b'mod elettroniku, b'format tekniku xieraq li għandha tadotta l-Kummissjoni. L-inizjattiva tal-Iskambju tad-Dejta u l-Metadejta Statistiċi (SDMX) dwar l-istandards statistiċi u tekniċi għall-iskambju u l-kondiviżjoni tad-dejta u l-metadejta, li fuqha hija bbażata l-pjattaforma taċ-ċensiment (“Census Hub”), tnediet mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kummissjoni (Eurostat), il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), in-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji. Għall-iskambju tal-istatistiki uffiċjali, l-inizjattiva SDMX u l-pjattaforma taċ-ċensiment (“Census Hub”) jipprovdu standards statistiċi, tekniċi u tat-trażmissjoni. Għaldaqstant għandu jiddaħħal format tekniku b'konformità ma' dawk l-istandards. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2010 jeżiġi li l-Istati Membri jaħżnu d-dejta taċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar għas-sena ta' referenza 2011 sal-1 ta' Jannar 2025. Sabiex l-utenti jkunu jistgħu jagħmlu paraguni bejn iż-żewġ ċensimenti, id-dejta taċ-ċensiment tal-2011 għandha tkun disponibbli sal-1 ta' Jannar 2035 b'mod parallel mad-dejta tal-2021. |
(7) |
Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1151/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistipula l-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti tal-Istati Membri dwar il-kwalità tad-dejta li huma jittrażmettu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) miċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar tagħhom għas-sena ta' referenza 2021, u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta.
Artikolu 2
Id-definizzjonijiet
Id-definizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 763/2008, fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543 (4) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712 għandhom japplikaw għall-fini ta' dan ir-Regolament.
Għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:
1. |
“unità statistika” tfisser l-unità ta' osservazzjoni bażika, jiġifieri persuna fiżika, unità domestika, familja, post tal-għajxien, jew akkomodazzjoni konvenzjonali; |
2. |
“enumerazzjoni individwali” tfisser il-ġbir tal-informazzjoni fuq kull unità statistika sabiex il-karatteristiċi tagħha jkunu jistgħu jiġu rreġistrati separatament kif ukoll ikunu soġġetti għal klassifikazzjoni inkroċjata ma' karatteristiċi oħra; |
3. |
“simultanjetà” tfisser li l-informazzjoni miksuba f'ċensiment jirreferi għall-istess waqt (data ta' referenza); |
4. |
“universalità fi ħdan territorju definit” tfisser li d-dejta tkun provduta għall-unitajiet statistiċi kollha fi ħdan territorju definit b'mod preċiż. Meta l-unitajiet statistiċi jkunu persuni, “universalità fi ħdan territorju definit” tfisser li d-dejta tkun provduta abbażi ta' informazzjoni għall-persuni kollha li għandhom r-residenza abitwali tagħhom fit-territorju definit (popolazzjoni totali); |
5. |
“disponibbiltà tad-dejta għal żona żgħira” tfisser id-disponibbiltà tad-dejta għal żoni ġeografiċi żgħar u għal gruppi żgħar ta' unitajiet statistiċi; |
6. |
“perjodiċità definita” tfisser it-twettiq regolari ta' ċensimenti fil-bidu ta' kull deċennju, inkluża l-kontinwità tar-reġistri; |
7. |
“sors tad-dejta” tfisser is-sett ta' rekords tad-dejta għall-unitajiet statistiċi u/jew avvenimenti relatati mal-unitajiet statistiċi li jifforma bażi għall-produzzjoni tad-dejta taċ-ċensiment dwar suġġett speċifiku jew iktar għal popolazzjoni fil-mira speċifikata; |
8. |
“popolazzjoni fil-mira” tfisser is-sett ta' unitajiet statistiċi f'żona ġeografika definita fid-data ta' referenza li jikkwalifikaw għar-rappurtar ta' suġġett speċifiku jew iktar. Tinkludi għal darba biss kull unità statistika valida; |
9. |
“stima tal-popolazzjoni fil-mira” tfisser l-aqwa approssimazzjoni disponibbli tal-popolazzjoni fil-mira. Tikkonsisti mill-popolazzjoni fiċ-ċensiment biż-żieda tas-sottokopertura u bis-soprakopertura mnaqqsa; |
10. |
“popolazzjoni fiċ-ċensiment” tfisser is-sett ta' unitajiet statistiċi li jkun rappreżentat fattwalment mir-riżultati taċ-ċensiment dwar wieħed mis-suġġetti speċifikati jew iktar għal popolazzjoni fil-mira speċifikata. Ir-rekords tad-dejta għall-popolazzjoni fiċ-ċensiment huma dwak fis-sors tad-dejta għall-popolazzjoni fil-mira speċifikata, inklużi r-rekords imputati kollha u esklużi r-rekords imħassra kollha. Jekk sors tad-dejta jinkludi, bħala kwistjoni ta' prinċipju metodoloġiku, rekords tad-dejta għal kampjun biss tal-unitajiet statistiċi fl-istima tal-popolazzjoni fil-mira, il-popolazzjoni taċ-ċensiment tinkludi s-sett komplementari ta' unitajiet statistiċi, flimkien mal-unitajiet statistiċi fil-kampjun; |
11. |
“sett komplementari ta' unitajiet statistiċi” tfisser is-sett ta' dawk l-unitajiet statistiċi li jappartjenu għal stima ta' popolazzjoni fil-mira, imma li fir-rigward tagħhom, bħala riżultat tal-metodoloġija applikata tal-kampjunar, is-sors tad-dejta ma fih l-ebda rekord tad-dejta; |
12. |
“valutazzjoni tal-kopertura” tfisser studju tad-differenza bejn popolazzjoni fil-mira speċifikata u l-popolazzjoni tagħha fiċ-ċensiment; |
13. |
“stħarriġ ta' wara l-enumerazzjoni” tfisser stħarriġ li sar ftit wara l-enumerazzjoni għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-kopertura u tal-kontenut; |
14. |
“sottokopertura” tfisser is-sett tal-unitajiet statistiċi kollha li jappartjenu għal popolazzjoni fil-mira speċifikata, imma li mhumiex inklużi fil-popolazzjoni korrispondenti taċ-ċensiment; |
15. |
“soprakopertura” tfisser is-sett tal-unitajiet statistiċi kollha li jkunu inklużi f'popolazzjoni f'ċensiment użat biex jirrapporta dwar popolazzjoni fil-mira speċifikata, mingħajr ma jkun jappartjeni għal dik il-popolazzjoni fil-mira; |
16. |
“imputazzjoni tar-rekord” tfisser l-assenjazzjoni ta' rekord tad-dejta artifiċjali imma plawżibbli għal eżattament żona ġeografika waħda fl-iktar livell ġeografiku dettaljat li għalih ġiet prodotta dejta għaċ-ċensiment, u l-imputazzjoni ta' dak ir-rekord tad-dejta f'sors tad-dejta; |
17. |
“tħassir ta' rekord” tfisser l-att ta' tħassir jew li jiġi injorat/ma jitqiesx rekord tad-dejta li jkun inkluż f'sors tad-dejta użat biex jirrapporta dwar popolazzjoni fil-mira speċifikata, imma ma jirrapporta l-ebda informazzjoni valida dwar xi unità statistika fi ħdan il-popolazzjoni fil-mira; |
18. |
“imputazzjoni ta' partita” tfisser l-inseriment ta' valur artifiċjali imma plawżibbli dwar suġġett speċifiku f'rekord tad-dejta li jkun jeżisti diġà f'sors tad-dejta imma ma jkunx fih dan il-valur jew fih valur li huwa kkunsidrat bħala implawżibbli; |
19. |
“dejta bbażata fuq il-kwestjonarji” tfisser dejta li tkun inkisbet oriġinalment minn min iwieġeb kwestjonarju fil-kuntest ta' ġbir ta' dejta statistika li tirreferi għal waqt speċifiku; |
20. |
“tagħqid ta' rekords” tfisser il-proċess ta' fużjoni ta' informazzjoni minn sorsi tad-dejta differenti permezz tat-tqabbil tar-rekords għall-unitajiet statistiċi individwali u l-fużjoni ta' informazzjoni li tirreferi għall-istess unità statistika; |
21. |
“identifikatur uniku” tfisser element varjabbli jew sett ta' elementi varjabbli fir-rekords tad-dejta f'sors tad-dejta jew kwalunkwe lista ta' unitajiet statistiċi li tintuża
|
22. |
“reġistru” tfisser repożitorju tal-informazzjoni dwar l-unitajiet statistiċi li jkun aġġornat direttament tul l-avvenimenti li jaffettwaw l-unitajiet statistiċi; |
23. |
“dejta bbażata fuq ir-reġistri” tfisser dejta li tkun ġor-reġistri jew meħuda minnhom; |
24. |
“tqabbil ta' reġistri” tfisser tagħqid ta' rekords fejn is-sorsi tad-dejta mqabbla kollha jinżammu f'reġistri; |
25. |
“estrazzjoni tad-dejta” tfisser il-proċess biex tinkiseb informazzjoni għaċ-ċensiment minn informazzjoni miżmuma f'reġistru u relatata ma' unitajiet statistiċi individwali; |
26. |
“kodifikazzjoni” tfisser il-proċess biex l-informazzjoni tinqaleb f'kodiċijiet li jirrappreżentaw il-klassijiet fi ħdan skema ta' klassifikazzjoni; |
27. |
“qbid” tfisser il-proċess li bih id-dejta miġbura tiġi importata f'forma xierqa għal proċessar ulterjuri; |
28. |
“editjar tar-rekord” tfisser il-proċess ta' kontroll u modifika tar-rekords tad-dejta biex isiru plawżibbli filwaqt li jiġu ppreservati partijiet ewlenin tagħhom; |
29. |
“ġenerazzjoni ta' unità domestika” tfisser l-identifikazzjoni ta' unità domestika privata skont il-kunċett ta' min ikun resident fl-unità domestika kif definit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543 taħt is-suġġett “Stat ta' unità domestika”; |
30. |
“ġenerazzjoni ta' familja” tfisser l-identifikazzjoni ta' familja bbażata fuq informazzjoni dwar jekk il-persuni jgħixux fl-istess unità domestika, imma mingħajr informazzjoni jew informazzjoni mhux kompluta dwar ir-relazzjonijiet familjari bejniethom. It-terminu “familja” huwa speċifikat bħala n-“nukleu ta' familja” fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543 taħt is-suġġett “Stat ta' familja”; |
31. |
“unità bla informazzjoni” tfisser in-nuqqas ta' ġbir tad-dejta mingħand unità statistika li qiegħda fil-popolazzjoni taċ-ċensiment; |
32. |
“kontroll ta' żvelar statistiku” tfisser il-metodi u l-proċessi applikati sabiex jiġi minimizzat ir-riskju li tinkixef informazzjoni dwar unitajiet statistiċi individwali meta tiġi rilaxxata informazzjoni statistika; |
33. |
“stima” tfisser il-kalkolu ta' stimi statistiċi li jużaw formula matematika u/jew algoritmu applikat għad-dejta disponibbli; |
34. |
“definizzjoni tal-istruttura tad-dejta” tfisser sett ta' metadejta strutturali assoċjat ma' sett ta' dejta, li jinkludi informazzjoni dwar kif is-suġġetti jkunu assoċjati mal-miżuri, id-dimensjonijiet, u l-attributi ta' iperkubu, flimkien ma' kategorizzazzjonijiet u informazzjoni dwar ir-rappreżentanza tad-dejta u tal-metadejta deskrittiva relatata. |
Artikolu 3
Il-metadejta u r-rappurtar tal-kwalità
Sal-31 ta' Marzu 2024 l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat) l-informazzjoni ġenerali u d-dejta relatata mal-kwalità u l-metadejta speċifikata fl-Anness ta' dan ir-Regolament b'referenza għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar għas-sena ta' referenza 2021 u għad-dejta u l-metadejta trażmessi lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont ir-Regolament (UE) 2017/712.
Artikolu 4
Is-sorsi tad-dejta
Kull Stat Membru għandu jirrapporta dwar kull sors tad-dejta użat għall-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, b'mod partikolari sabiex:
(a) |
jiġu ssodisfati l-karatteristiċi essenzjali elenkati fil-punt (i) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 763/2008; |
(b) |
tiġi rappreżentata l-popolazzjoni fil-mira; |
(c) |
issir konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543; u |
(d) |
isir kontribut għall-forniment ta' dejta għall-programm tad-dejta statistika stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/712. |
Artikolu 5
Aċċess għall-informazzjoni rilevanti
1. Meta titlobhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) aċċess għal kull informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta u tal-metadejta trażmessi skont ir-Regolament (UE) 2017/712.
2. B'konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) mikrodejta u dejta kunfidenzjali.
Artikolu 6
Il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta
Il-format tekniku li għandu jintuża għat-trażmissjoni tad-dejta u l-metadejta għas-sena ta' referenza 2021 għandu jkun il-format tal-Iskambju ta' Dejta u Metadejta Statistiċi (SDMX) kif implimentat mill-pjattaforma taċ-ċensiment (“Census Hub”). L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta meħtieġa b'konformità mad-definizzjonijiet tal-istruttura tad-dejta u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat). L-Istati Membri għandhom jaħżnu d-dejta u l-metadejta meħtieġa sal-1 ta' Jannar 2035, għal kull trażmissjoni futura mitluba mill-Kummissjoni (il-Eurostat).
Artikolu 7
Emenda fir-Regolament(UE) Nru 1151/2010
Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2010, it-tielet sentenza tinbidel b'dan li ġej:
“L-Istati Membri għandhom jaħżnu d-dejta u l-metadejta għas-sena ta' referenza 2011 sal-1 ta' Jannar 2035. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jagħmlu bidliet jew reviżjonijiet f'din id-dejta wara l-1 ta' Jannar 2025. L-Istati Membri li jagħżlu jagħmlu dan għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat) dwar il-bidliet jew ir-reviżjonijiet qabel ma jiġu implimentati.”
Artikolu 8
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 14.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi s-sena ta' referenza u l-programm tad-data statistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar previst bir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 105, 21.4.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2010 tat-8 ta' Diċembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta' kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta (ĠU L 324, 9.12.2010, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543 tat-22 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti u tal-kategorizzazzjonijiet tagħhom (ĠU L 78, 23.3.2017, p. 13).
ANNESS
Il-kontenut u l-istruttura tar-rapporti tal-kwalità għat-trażmissjoni tad-dejta
L-informazzjoni testwali u kwantitattiva tal-metadejta fir-rigward taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar li saru fl-Istati Membri għas-sena ta' referenza 2021 tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
1. ĦARSA ĠENERALI
1.1. Il-kuntest ġuridiku
1.2. Il-korpi responsabbli
2. IS-SORSI TAD-DEJTA
2.1. Klassifika tas-sorsi tad-dejta skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008
2.2. Lista tas-sorsi tad-dejta użati għaċ-ċensiment tal-2021
2.3. Matriċi “Sorsi tad-dejta Suġġetti x”
2.4. L-adegwatezza tas-sorsi tad-dejta sa liema punt dawn jissodisfaw il-fatturi essenzjali (l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008).
2.4.1. In-numerazzjoni individwali;
2.4.2. Is-simultanjetà;
2.4.3. L-universalità fi ħdan territorju definit;
2.4.4. Id-disponibbiltà tad-dejta dwar żoni żgħar;
2.4.5. Perjodiċità definita.
3. IĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA TAĊ-ĊENSIMENT
3.1. Id-data ta' referenza
L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data ta' referenza lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712.
3.2. It-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-ġbir tad-dejta
3.2.1. Id-dejta bbażata fuq il-kwestjonarji
— |
it-tfassil u l-ittestjar tal-kwestjonarji (inklużi l-kopji tal-kwestjonarji finali kollha); |
— |
it-tħejjija ta' kull lista tal-indirizzi, it-tħejjija tal-ħidma fuq il-post, il-kartografija, il-pubbliċità; |
— |
il-ġbir tad-dejta (inkluż il-ħidma fuq il-post); |
— |
l-obbligu legali biex tinġabar l-informazzjoni, l-inċentivi biex tiġi pprovduta informazzjoni li tkun veritiera jew ir-raġunijiet possibbli biex tingħata informazzjoni falza. |
3.2.2. Id-dejta bbażata fuq ir-reġistri
— |
il-ħolqien ta' reġistri ġodda mill-2011 'il quddiem (meta jkun applikabbli); |
— |
it-tfassil mill-ġdid tar-reġistri eżistenti mill-2011 'il quddiem (inkluż il-bidliet fil-kontenuti tar-reġistri, l-adattament tal-popolazzjoni taċ-ċensiment, l-adattament tad-definizzjonijiet u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi) (meta jkun applikabbli); |
— |
iż-żamma tar-reġistri (għal kull reġistru użat għaċ-ċensiment tal-2021), inkluż
|
— |
it-tqabbil u t-tagħqid tar-reġistri (inkluż l-identifikatur(i) użat(i) għat-tagħqid tar-rekords); |
— |
l-estrazzjoni tad-dejta. |
3.2.3. Id-dejta miġbura b'kampjun
Għas-suġġetti li l-informazzjoni dwarhom inġabret b'kampjun, il-metadejta għandu jkun fiha wkoll deskrizzjonijiet:
— |
tat-tfassil tat-teħid tal-kampjuni, |
— |
tal-metodoloġiji użati għal xi stimi, mudelli jew imputazzjonijiet, |
— |
tad-distorsjonijiet possibbli fl-istima minħabba l-metodoloġiji applikati, |
— |
tal-formuli u l-algoritmi użati biex jiġi kkalkulat l-iżball standard. |
3.2.4. Id-dejta miġbura b'metodi kkumbinati (id-dejta bbażata fuq aktar minn tip wieħed ta' sors tad-dejta)
Għas-suġġetti li l-informazzjoni dwarhom inġabret b'metodi kkumbinati, il-metadejta għandu jkun fiha wkoll:
— |
deskrizzjoni tal-metodi (it-tipi tas-sorsi tad-dejta użati u kif l-informazzjoni mingħand sorsi differenti ġiet ikkumbinata, kif id-diversi sorsi u metodi użati jikkumplimentaw u jappoġġaw lil xulxin u, jekk applikabbli, liema partijiet tal-popolazzjoni kienu koperti minn liema sors), |
— |
kull kwistjoni oħra tal-kwalità marbuta mal-proċess tal-użu ta' metodi kkumbinati. |
3.3. L-ipproċessar u l-evalwazzjoni
3.3.1. L-ipproċessar tad-dejta (inkluż il-qbid, il-kodifikazzjoni, l-identifikazzjoni tal-varjabbli, l-editjar tar-rekords, l-imputazzjoni tar-rekords, it-tħassir tar-rekords, l-istima, it-tagħqid tar-rekords inkluż l-identifikazzjoni tal-varjabbli użat(i) għat-tagħqid tar-rekords, il-ġenerazzjoni tal-unitajiet domestiċi u tal-familji, il-miżuri biex tiġi identifikata u limitata unità bla informazzjoni);
3.3.2. L-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-kopertura, il-metodoloġija biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' rispons, l-istħarriġ(iet) postenumerazzjoni (meta jkun applikabbli), il-validazzjoni tad-dejta finali: il-metodu tal-valutazzjoni tas-sottokopertura u tas-soprakopertura, inkluż l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-istimi tas-sottokopertura u tas-soprakopertura.
3.4. It-tixrid (il-kanali tat-tixrid, l-iżgurar tal-kunfidenzjalità statistika inkluż il-kontroll tal-iżvelar statistiku)
3.5. Miżuri li jiżguraw il-kosteffettività
4. VALUTAZZJONI TAL-KWALITÀ TAD-DEJTA
4.1. Il-komparabbiltà
Għal kull suġġett, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar kull devjazzjoni mill-kunċetti u d-definizzjonijiet meħtieġa jew kull prassi fl-Istat Membru li tista' xxekkel il-komparabbiltà tad-dejta fil-livell tal-UE.
Għas-suġġett “Stat ta' attività attwali”, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar kull metodu tal-istima li ntuża biex id-dejta tiġi aġġustata bil-għan li tiġi rispettata aktar id-definizzjoni stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar kemm is-sorsi tad-dejta u kull metodu tl-istima li jintuża jwassal għal devjazzjoni mid-definizzjoni ta' “Stat ta' attività attwali” stabbilita f'dak ir-Regolament.
4.2. It-tempestività u l-puntwalità
Fil-livell nazzjonali għandha tingħata din l-informazzjoni li ġejja:
— |
id-data/i kalendarja/i tat-trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni (il-Eurostat), imqassma permezz ta' iperkubi; |
— |
id-data/i tar-reviżjoni(jiet) ewlenin tad-dejta trażmessa, imqassma permezz ta' iperkubi; |
— |
id-data/i kalendarja/i tat-trażmissjoni tal-metadejta. |
Fil-każ ta' reviżjonijiet ewlenin mill-1 ta' April 2024, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data(i) rispettiva/i separatament lill-Kummissjoni (il-Eurostat) fi żmien ġimgħa.
4.3. Il-koerenza
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar kull inkonsistenza sinifikanti bejn id-dejta trażmessa fis-settijiet differenti tad-dejta kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712.
4.4. Il-kopertura u l-preċiżjoni
Biex tindika l-kopertura, għandhom jiġu pprovduti dawn il-valuri assoluti li ġejjin għall-għadd tal-persuni fil-livell nazzjonali u għandhom jiġu diżaggregati skont is-sess u l-gruppi ġenerali tal-etajiet kif definit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543:
(a) |
il-popolazzjoni taċ-ċensiment; |
(b) |
in-numru totali ta' imputazzjonijiet tar-rekords; |
(c) |
in-numru totali ta' tħassir tar-rekords; |
(d) |
is-sottokopertura (stima); |
(e) |
is-soprakopertura (stima); |
(f) |
l-istima tal-popolazzjoni fil-mira. |
Għall-valutazzjoni tal-preċiżjoni għandhom jiġu pprovduti dawn il-valuri assoluti li ġejjin għall-għadd tal-persuni fil-livell nazzjonali u għandhom jiġu diżaggregati skont is-sess u l-gruppi ġenerali tal-etajiet kif definit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543:
(a) |
il-popolazzjoni taċ-ċensiment: |
(b) |
l-għadd ta' rekords tad-dejta osservati fuq is-suġġett, derivati miċ-ċensiment tradizzjonali; |
(c) |
l-għadd ta' rekords tad-dejta osservati fuq is-suġġett, derivati mir-reġistri amministrattivi; |
(d) |
l-għadd ta' rekords tad-dejta osservati fuq is-suġġett, derivati minn stħarriġiet kumpjunarji; |
(e) |
l-għadd ta' rekords tad-dejta osservati dwar is-suġġett, derivati minn sorsi tad-dejta multipli; |
(f) |
is-sett komplementari ta' unitajiet statistiċi dwar is-suġġett (għall-kampjuni); |
(g) |
in-numru ta' osservazzjonijiet imputati dwar is-suġġett; |
(h) |
in-numru ta' rekords b'informazzjoni nieqsa dwar is-suġġett. |
Il-valuri assoluti ta' hawn fuq għall-valutazzjoni tal-preċiżjoni għandhom jiġu pprovduti għas-suġġetti taċ-ċensiment li ġejjin:
(a) |
Stat Ċivili De Iure (LMS); |
(b) |
Stat ta' familja (FST); |
(c) |
Stat ta' unità domestika (HST); |
(d) |
Stat ta' attività attwali; |
(e) |
Professjoni (OCC); |
(f) |
Industrija (IND); |
(g) |
Status fl-impjieg (SIE); |
(h) |
Lok tal-post tax-xogħol (LPW); |
(i) |
Livell edukattiv milħuq (EDU); |
(j) |
Pajjiż/Post tat-twelid (POB); |
(k) |
Pajjiż taċ-ċittadinanza (COC); |
(l) |
Sena tal-wasla fil-pajjiż mill-2010 'l quddiem (YAT); |
(m) |
Sena tal-wasla fil-pajjiż mill-1980 'il quddiem (YAE); |
(n) |
Residenza abitwali sena qabel iċ-ċensiment (ROY); |
(o) |
Arranġamenti ta' akkomodazzjoni (HAR). |
4.5. Il-kompletezza
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-livell ta' kompletezza tad-dejta f'termini tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 763/2008. Dawn għandhom jagħtu dettalji fuq is-suġġetti taċ-ċensiment u t-tqassim assoċjat li għalihom ma hemmx dejta pprovduta.
4.6. Ir-rilevanza
Fil-livell tal-Unjoni għandha tingħata din l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-azzjonijiet li ttieħdu biex jiġu identifikati u ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti; |
(b) |
il-monitoraġġ tal-livell tal-estrazzjonijiet tad-dejta. |