|
11.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/793
tal-10 ta' Mejju 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 180/2008 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta' għażla tal-Laboratorju ta' Referenza tal-UE għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(d) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 (2), għażel lil Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (ANSES), flimkien mal-laboratorji tagħha għas-saħħa tal-annimali u l-mard tal-ekwini, fi Franza, bħala laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel, u l-Anness tiegħu jistipula l-funzjonijiet, il-kompiti u l-proċeduri tagħha fir-rigward tal-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-dijanjożi ta' mard infettiv tal-ekwidi fl-Istati Membri. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 180/2008 adottat mill-Kummissjoni fl-2008, għażel lil Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) bħala laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel, għall-perjodu inizjali ta' ħames snin li skada fit-30 ta' Ġunju 2013. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2011 (3) aġġorna r-Regolament (KE) Nru 180/2008 fir-rigward tal-isem tal-istituzzjoni, jiġifieri Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (ANSES). Ir-Regolament (KE) Nru 180/2008, kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni ta' Kummissjoni (UE) Nru 72/2013 (4), estenda l-perjodu ta' għażla tal-ANSES b'ħames snin oħra li jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2018. |
|
(3) |
Għal iktar minn tmien snin, l-ANSES issodisfat il-funzjonijiet, il-kompiti u l-proċeduri tagħha, u għaldaqstant tejbet b'mod sinifikanti l-kapaċitajiet tal-laboratorji nazzjonali ta' referenza għad-dijanjożi u għad-dijanjożi differenzjali ta' mard partikolari tal-ekwini. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata kwalità għolja u l-uniformità tar-riżultati analitiċi u dijanjostiċi fl-Unjoni, huwa importanti li l-ANSES tkompli twettaq l-attivitajiet tagħha bħala l-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mard tal-ekwini għajr il-marda Afrikana taż-żwiemel, għall-perjodu ta' ħames snin oħra. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 180/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 180/2008, id-data “30 ta' Ġunju 2018” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2023”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta' Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta' referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 dwar listi u ismijiet tal-laboratorji ta' referenza tal-UE (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 29).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2013 tal-25 ta' Jannar 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 fir-rigward tal-perjodu tal-għażla ta' ċerti laboratorji bħala laboratorji ta' referenza tal-UE (ĠU L 26, 26.1.2013, p. 9).