|
9.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/788
tat-8 ta' Mejju 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tad-data (dejta) u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 107(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2014 (2) jistabbilixxi d-dejta li jridu jirreġistraw u jipprovdu lill-Kummissjoni l-Istati Membri biex ikun jista' jsir il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' operazzjonijiet sostnuti b'ġestjoni kondiviża mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014, dik id-dejta għandha tiġi aġġornata fil-ħin tal-approvazzjoni ta' kull operazzjoni u fil-ħin meta din tintemm. B'kuntrast ma' dan, ir-rapport dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, meħtieġ skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), irid jintbagħat kull sena mill-Istati Membri, bid-dejta aġġornata kull sena sat-tmiem tas-sena ta' qabel. Barra minn hekk, hemm ukoll id-disparitajiet fil-kontenut tad-dejta taż-żewġ rapporti u dan jimponi piż amministrattiv żejjed fuq l-Istati Membri li jkunu qegħdin iħejju r-rapporti. |
|
(3) |
Biex tiżdied il-konsistenza bejn ir-rapporti differenti u b'hekk tkun aktar sempliċi biex wieħed jissodisfa l-obbligi tar-rappurtar, jeħtieġ li d-dejta meħtieġa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014 tiġi aġġornata kull sena wkoll, u jeħtieġ li tkun dwar l-istess sett ta' operazzjonijiet u ta' dejta koperti mir-rapport dwar l-implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014 jistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2014 (4) jistabbilixxi r-regoli dwar il-preżentazzjoni tad-dejta kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet. Biex jiġi ċċarat li dawn ir-Regolamenti jirreferu għall-istess obbligi tar-rappurtar mill-Istati Membri, għandha tiġi stabbilita rabta ċara bejn iż-żewġ Regolamenti u l-obbligi tar-rappurtar imposti minnhom. |
|
(5) |
Għaldaqstant jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-lista tad-dejta għandha tiġi rreġistrata u tintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu kull sena, skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242.2014 (*1), għal kull operazzjoni li tintgħażel għall-finanzjament skont il-programm operazzjonali msostni mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. (*1) ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2014 tal-20 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew Marittimu u s-Sajd rigward il-preżentazzjoni ta' data (dejta) kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet. (ĠU L 334, 21.11.2014, p. 11).”;" |
|
(2) |
jitħassar l-Artikolu 3; |
|
(3) |
it-tabella fil-Parti A tal-Anness I hija mibdula bit-tabella elenkata fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
it-tabella fil-Parti B tal-Anness I hija mibdula bit-tabella fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
|
(5) |
it-tabella fil-Parti C tal-Anness I hija mibdula bit-tabella fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
it-tabella fil-Parti D tal-Anness I hija mibdula bit-tabella fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2014 tal-20 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tad-data (dejta) u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta (ĠU L 334, 21.11.2014, p. 39).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.)
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2014 tal-20 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew Marittimu u s-Sajd rigward il-preżentazzjoni ta' data (dejta) kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet (ĠU L 334, 21.11.2014, p. 11).
ANNESS I
“IL-PARTI A
Informazzjoni amministrativa
|
Entrata |
Il-kontenut tal-entrata |
Deskrizzjoni |
Ħtiġijiet u sinerġiji tad-dejta |
|
1 |
CCI |
Kodiċi Komuni ta' Identifikazzjoni tal-programm operazzjonali |
L-entrata tad-dejta 19 tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal- Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (1) |
|
2 |
L-identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID) |
Meħtieġ għall-operazzjonijiet kollha appoġġati mill-Fond |
L-entrata tad-dejta 5 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014. |
|
3 |
Isem l-operazzjoni |
Jekk dan huwa disponibbli u jekk l-entrata 2 hija numru |
L-entrata tad-dejta 5 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014. |
|
4 |
In-numru tal-bastiment “In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità” (CFR (2)) |
Fejn hu rilevanti |
Speċifiku għall-FEMS |
|
5 |
Il-kodiċi NUT (3) |
Daħħal l-aktar livell tan-NUTS rilevanti (awtomatikament = il-livell III) |
Speċifiku għall-FEMS |
|
6 |
Benefiċjarju |
Isem il-benefiċjarju (entitajiet legali u persuni fiżiċi biss skont il-liġi nazzjonali) |
L-entrata tad-dejta 1 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 |
|
7 |
Is-sess tal-benefiċjarju |
Fejn hu rilevanti (il-valur possibbli: 1: raġel, 2: mara, 3: ieħor) |
Speċifiku għall-FEMS |
|
8 |
Id-daqs tal-intrapriża |
Fejn hu rilevanti (4) (il-valuri possibbli: 1: mikro, 2: żgħira, 3: medja, 4: kbira) |
Speċifiku għall-FEMS |
|
9 |
L-istat ta' progress tal-operazzjoni |
numru wieħed: il-kodiċi 0= operazzjoni koperta b'deċiżjoni li tagħti l-għajnuna iżda li ma ġiet iddikjarata l-ebda nefqa għaliha lill-Awtorità ta' Ġestjoni mill-benefiċjarju il-kodiċi 1= operazzjoni interrotta wara implimentazzjoni parzjali (li ġiet iddikjarata xi nefqa għaliha mill-benefiċjarju lill-Awtorità ta' Ġestjoni) il-kodiċi 2= operazzjoni abbandunata wara implimentazzjoni parzjali (li ġiet iddikjarata xi nefqa għaliha lill-Awtorità ta' Ġestjoni mill-benefiċjarju) il-kodiċi 3= operazzjoni kompluta (li għaliha n-nefqiet kollha tħallsu lill-benefiċjarju) il-kodiċi 4= operazzjoni li qed tiġi implimentata (li għaliha ġiet iddikjarata xi nefqa lill-Awtorità ta' Ġestjoni mill-benefiċjarju) il-kodiċi 5= operazzjoni implimentata bis-sħiħ (iżda li mhux bilfors tħallsu lill-benefiċjarju n-nefqiet kollha għaliha) |
Speċifiku għall-FEMS |
(1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta'Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).
(2) L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(4) Skont l-Artikolu 2(28) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320) għall-SMEs.”
ANNESS II
“IL-PARTI B
Tbassir tan-nefqa (Bil-munita applikabbli għall-operazzjoni)
|
Entrata |
Il-kontenut tal-entrata |
Deskrizzjoni |
Ħtiġijiet u sinerġiji tad-dejta |
|
10 |
L-ispiża totali eliġibbli |
L-ammont tal-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjoni approvata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ |
L-entrata tad-dejta 41 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 |
|
11 |
L-ispiża pubblika eliġibbli totali |
L-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli li jikkostitwixxu nefqa pubblika kif iddefinita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
L-entrata tad-dejta 42 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 |
|
12 |
L-appoġġ mill-FEMS |
L-ammont ta' appoġġ mill-FEMS, kif indikat fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ |
Speċifiku għall-FEMS |
|
13 |
Id-data tal-approvazzjoni |
Id-data tal-ħruġ tad-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ |
L-entrata tad-dejta 12 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014” |
ANNESS III
“IL-PARTI C
Implimentazzjoni finanzjarja tal-operazzjoni (f'EUR)
|
Entrata |
Il-kontenut tal-entrata |
Deskrizzjoni |
Ħtiġijiet u sinerġiji tad-dejta |
|
14 |
In-nefqa eliġibbli totali |
In-nefqa eliġibbli totali ddikjarata mill-benefiċjarju lill-Awtorità ta' Ġestjoni bħala talba/talbiet għall-ħlas |
L-entrata tad-dejta 46 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 |
|
15 |
In-nefqa pubblika eliġibbli totali |
L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li jikkorrispondi man-nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarju lill-Awtorità ta' Ġestjoni bħala talba/talbiet għall-ħlas |
L-entrata tad-dejta 47 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 |
|
16 |
In-nefqa eliġibbli tal-FEMS |
In-nefqa tal-FEMS li tikkorrispondi man-nefqa eleġibbli ddikjarata mill-benefiċjarju lill-Awtorità ta' Ġestjoni bħala talba/talbiet għall-ħlas |
Speċifiku għall-FEMS |
|
17 |
Id-data tal-aħħar pagament lill-benefiċjarju |
|
L-entrata tad-dejta 45 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 (id-data tal-pagament finali biss lill-benefiċjarju)” |
ANNESS IV
“IL-PARTI D
Id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni
|
Entrata |
Il-kontenut tal-entrata |
Kumment |
Ħtiġijiet u sinerġiji tad-dejta |
|
18 |
Il-miżura kkonċernata |
Il-kodiċi tal-miżura (ara l-Anness II) |
Speċifiku għall-FEMS |
|
19 |
Indikatur tal-output |
Valur numeriku |
Speċifiku għall-FEMS |
|
20 |
Id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni |
Ara l-Anness II |
Speċifiku għall-FEMS |
|
21 |
Il-valur tad-dejta dwar l-implimentazzjoni |
Valur numeriku |
Speċifiku għall-FEMS (għandu jiġi aġġornat darbtejn biss, meta l-entrata 9 tkun l-istess bħall-kodiċi 0 u l-kodiċi 5)” |