|
3.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/764
tat-2 ta' Mejju 2017
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjonijiet ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Ovčí hrudkový syr — salašnícky (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tas-Slovakkja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Ovčí hrudkový syr — salašnícky”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 984/2010 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(b) ta' dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Ovčí hrudkový syr — salašnícky” (STG), hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 984/2010 tat-3 ta' Novembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Ovčí hrudkový syr — salašnícky (STG)] (ĠU L 286, 4.11.2010, p. 3.).