3.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/762

tal-25 ta' April 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 479/2013 dwar eżenzjoni mill-obbligu li jiġu sottomessi dikjarazzjonijiet sommarja tad-dħul u l-ħruġ għal merkanzija tal-Unjoni li taqsam il-Kuridur Neum

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-punt (a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 479/2013 (1) jipprevedi għal eżenzjoni mill-obbligu li jiġu sottomessi dikjarazzjonijiet sommarja tad-dħul u l-ħruġ għal merkanzija tal-Unjoni li taqsam il-Kuritur Neum, meta l-kunsinni ta' merkanzija tal-Unjoni jkollhom valur totali li ma jaqbiżx l-EUR 10 000 u meta l-merkanzija tal-Unjoni tiġi akkumpanjata minn fatturi jew dokumenti tat-trasport li jissodisfaw il-kondizzjonijiet fil-punt (b) ta' dak l-Artikolu (“l-eżenzjoni”).

(2)

Il-limitu ta' EUR 10 000 ġie stabbilit bir-referenza għal-limitu ta' valur ekwivalenti li ġie stipulat fl-Artikolu 317(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2).

(3)

Wara d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),l-Artikolu 317(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ġie sostitwit bl-Artikolu 126(1) tar- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (4), li jipprevedi limitu ta' EUR 15 000 Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni doganali tal-Unjoni, huwa xieraq li l-kamp ta' applikazzjoni tal-eżenzjoni jiġi allinjat għal dak il-limitu.

(4)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u ta' ċarezza legali, jenħtieġ li ċerti referenzi fir-Regolament (UE) Nru 479/2013 jiġu aġġornati.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (UE) Nru 479/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 479/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)

“merkanzija tal-Unjoni” tfisser merkanzija tal-Unjoni kif definita fil-punt (23) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(*1)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”;"

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-figura ta' “EUR 10 000” hija sostitwita bil-figura “EUR 15 000”;

(b)

il-punt (b)(i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

jinkludu għall-inqas id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (*2);

(*2)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.(ĠU L 343. 29.12.2015, p. 1).”."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

I. BORG


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 479/2013 tat- 13 ta' Mejju 2013 dwar eżenzjoni mill-obbligu li jiġu sottomessi dikjarazzjonijiet sommarja tad-dħul u l-ħruġ għal merkanzija tal-Unjoni li taqsam il-Kuridur Neum (ĠU L 139, 25.5.2013, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).