|
29.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/11 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/749
tal-24 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta' pajjiżi fl-Anness I tagħha
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Waqt li titqies l-adeżjoni tal-Każakistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet li l-Każakistan jitneħħa mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/755. |
|
(2) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/755 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755, jitħassar l-isem “il-Każakistan”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER