26.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/717

tal-10 ta’ April 2017

li jistipula regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil u għall-prodotti ġerminali tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u li jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(10) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/1012 jistabilixxi r-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ fl-annimali għat-tnissil u għall-prodotti ġerminali tagħhom, u għad-dħul tagħhom fl-Unjoni, inklużi regoli għall-ħruġ ta’ ċertifikati żootekniċi għal dawk il-prodotti bażiċi. L-Artikolu 30(4) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li fejn l-annimali għat-tnissil li jkunu ddaħħlu fi ktieb tat-tnissil minn soċjetà tat-tnissil jew jiġu rreġistrati f’reġistru tat-tnissil miżmum minn entità tat-tnissil, jew il-prodotti ġerminali tagħhom jiġu nnegozjati u fejn dawk l-annimali għat-tnissil jew il-wild prodott minn dawk il-prodotti ġerminali, huma maħsuba biex jiddaħħlu jew jiġu rreġistrati fi ktieb tat-tnissil jew reġistru tat-tnissil, dawk l-annimali għat-tnissil, jew il-prodotti ġerminali tagħhom, iridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat żootekniku.

(2)

L-Artikolu 30(5) tar-Regolament (UE) 2016/1012 jistipula wkoll li fejn l-annimali għat-tnissil li ġew imdaħħla fi ktieb tat-tnissil jew reġistrati f’reġistru tat-tnissil miżmum minn korp tat-tnissil inkluż fil-lista prevista fl-Artikolu 34 ta’ dak ir-Regolament, jew il-prodotti ġerminali tagħhom, jiddaħħlu fl-Unjoni u fejn dawk l-annimali għat-tnissil, jew il-frieħ prodotti minn dawk il-prodotti ġerminali huma maħsuba biex jiddaħħlu fi ktieb tat-tnissil miżmum minn soċjetà tat-tnissil jew reġistrati f’reġistru tat-tnissil miżmum minn entità tat-tnissil, dawk l-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom, iridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat żootekniku.

(3)

Iċ-ċertifikat żootekniku previst fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/1012 għandu jinħareġ biss mis-soċjetà tat-tnissil, mill-entità tat-tnissil jew mill-awtorità kompetenti minn fejn jintbagħtu l-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom, jekk dawk il-konsenji jiġu kkumerċjati fl-Unjoni, jew mill-korp tat-tnissil jew mis-servizz uffiċjali tal-pajjiż terz minn fejn jintbagħtu, jekk dawk il-konsenji jidħlu fl-Unjoni.

(4)

Barra minn hekk, l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012 jipprevedi li l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li l-prodotti ġerminali jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat żootekniku maħruġ fuq il-bażi ta’ informazzjoni riċevuta mingħand is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil, minn ċentru ta’ ġbir jew ħżin tas-semen, jew minn tim ta’ ġbir jew produzzjoni ta’ embrijuni, approvat għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni f’dawk il-prodotti ġerminali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali.

(5)

L-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) 2016/1012 jispeċifika li ċ-ċertifikati żootekniċi jridu jinkludu l-informazzjoni stabbilita fil-Partijiet u fil-Kapitoli rilevanti tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament u jikkonformaw mal-formoli mudell korrispondenti taċ-ċertifikati żootekniċi previsti f’atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni.

(6)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti formuli mudell għaċ-ċertifikati żootekniċi li jridu jakkumpanjaw konsenji ta’ annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom meta dawk il-konsenji jiġu kkumerċjati fl-Unjoni jew meta jidħlu fl-Unjoni.

(7)

L-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2016/1012 jistipula li fejn ir-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika jkunu disponibbli pubblikament fuq websajt, fiċ-ċertifikat żootekniku jista’ jkun hemm referenza għall-websajt minn fejn wieħed ikun jista’ jara dawk ir-riżultati, minflok dawk ir-riżultati jiġu inklużi fiċ-ċertifikat żootekniku. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà tkun riflessa fil-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi stabbiliti b’dan ir-Regolament.

(8)

L-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012 jipprevedi li fil-każ ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, l-informazzjoni stabbilita fil-Kapitolu I tal-Parti 2 tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament għandha tkun inkluża f’dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku għall-equidae u jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar il-kontenut u l-format ta’ tali dokumenti ta’ identifikazzjoni. Għalhekk, mhux meħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi formola mudell ta’ ċertifikat żootekniku għall-kummerċ f’annimali għat-tnissil ta’ razza pura tal-ispeċi ekwina.

(9)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2018 f’konformità mad-data tal-applikazzjoni prevista fir-Regolament (UE) 2016/1012.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Żootekniku Permanenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal ċertifikati żootekniċi għall-kummerċ u għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom kif previst fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2016/1012.

Artikolu 2

Ċertifikati żootekniċi għall-kummerċ f’annimali ta’ razza pura għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom u fi ħnieżer ibridi għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom

1.   Għall-kummerċ f’annimali ta’ razza pura għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom, l-informazzjoni stabbilita fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/1012 li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikati żootekniċi li jakkumpanjaw il-konsenji ta’ dawk il-prodotti għandha tiġi ppreżentata skont il-formoli mudell stabbiliti fis-Sezzjonijiet li ġejjin tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

(a)

is-Sezzjoni A għall-annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini u kaprini;

(b)

is-Sezzjoni B għas-semen ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini;

(c)

is-Sezzjoni C għall-ooċiti ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini;

(d)

is-Sezzjoni D għall-embrijuni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini.

2.   Għall-kummerċ fi ħnieżer ibridi għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom, l-informazzjoni stabbilita fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/1012 li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikati żootekniċi li jakkumpanjaw il-konsenji ta’ dawk il-prodotti għandha tiġi ppreżentata skont il-formoli mudell stabbiliti fis-Sezzjonijiet li ġejjin tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament:

(a)

is-Sezzjoni A għall-ħnieżer ibridi għat-tnissil;

(b)

is-Sezzjoni B għas-semen ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil;

(c)

is-Sezzjoni C għall-ooċiti ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil;

(d)

is-Sezzjoni D għall-embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil.

Artikolu 3

Ċertifikati żootekniċi għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom u ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom

1.   Għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom, l-informazzjoni stabbilita fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/1012 li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikati żootekniċi li jakkumpanjaw il-konsenji ta’ dawk il-prodotti għandha tiġi ppreżentata skont il-formoli mudell stabbiliti fis-Sezzjonijiet li ġejjin tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament:

(a)

is-Sezzjoni A għall-annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini;

(b)

is-Sezzjoni B għas-semen ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini;

(c)

is-Sezzjoni C għall-ooċiti ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini;

(d)

is-Sezzjoni D għall-embrijuni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini.

2.   Għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom, l-informazzjoni stabbilita fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/1012 li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikati żootekniċi li jakkumpanjaw il-konsenji ta’ dawk il-prodotti għandha tiġi ppreżentata skont il-formoli mudell stabbiliti fis-Sezzjonijiet li ġejjin tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament:

(a)

is-Sezzjoni A għall-ħnieżer ibridi għat-tnissil;

(b)

is-Sezzjoni B għas-semen ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil;

(c)

is-Sezzjoni C għall-ooċiti ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil;

(d)

is-Sezzjoni D għall-embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Novembru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66.


ANNESS I

FORMOLI MUDELL GĦAL ĊERTIFIKATI ŻOOTEKNIĊI GĦALL-KUMMERĊ TA’ ANNIMALI TA’ RAZZA PURA GĦAT-TNISSIL U L-PRODOTTI ĠERMINALI TAGĦHOM

SEZZJONI A

Ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini u kaprini

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI B

Ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ semen ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI C

Ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ ooċiti ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI D

Ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ embrijuni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

FORMOLI MUDELL GĦAL ĊERTIFIKATI ŻOOTEKNIĊI GĦALL-KUMMERĊ TA’ ĦNIEŻER IBRIDI GĦAT-TNISSIL U L-PRODOTTI ĠERMINALI TAGĦHOM

SEZZJONI A

Ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI B

Ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ semen ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI C

Ċertifikati żootekniċi għall-kummerċ ta’ ooċiti ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI D

Ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

FORMOLI MUDELL GĦAL ĊERTIFIKATI ŻOOTEKNIĊI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ANNIMALI TA’ RAZZA PURA GĦAT-TNISSIL U L-PRODOTTI ĠERNIMALI TAGĦHOM

SEZZJONI A

Ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI B

Ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimal ta’ razza pura għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI C

Ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ ooċiti ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI D

Ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni tal-embrijuni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

FORMOLI MUDELL GĦAL ĊERTIFIKATI ŻOOTEKNIĊI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ĦNIEŻER IBRIDI GĦAT-TNISSIL U L-PRODOTTI ĠERMINALI TAGĦHOM

SEZZJONI A

Ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI B

Ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni tas-semen ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI C

Ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni tal-ooċiti ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

SEZZJONI D

Ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni