|
26.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/716
tal-10 ta’ April 2017
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli tal-formoli li għandhom jintużaw għall-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-listi tas-soċjetajiet tat-tnissil u tal-operazzjonijiet tat-tnissil rikonoxxuti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012 jistipula li l-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata l-lista tas-soċjetajiet tat-tnissil u tal-operazzjonijiet tat-tnissil li l-awtorità kompetenti tagħhom tkun irrikonoxxiet skont l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament u li jimplimentaw mill-inqas programm ta’ tnissil wieħed li ġie approvat skont l-Artikolu 8(3) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2016/1012 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-pubbliku. |
|
(2) |
L-Artikoli 7(2) u 19(5) u l-punt 2 tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1012 jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ soċjetajiet tat-tnissil u operazzjonijiet tat-tnissil rikonoxxuti. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/1012 jistipula li l-Istati Membri għandhom jinkludu wkoll fil-lista tas-soċjetajiet tat-tnissil u tal-operazzjonijiet tat-tnissil rikonoxxuti, kull awtorità kompetenti li twettaq programm ta’ tnissil skont l-Artikolu 38 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli ta’ formoli li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għall-elenkar tas-soċjetajiet tat-tnissil ta’ anninali tar-razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina u għall-operazzjonijiet tat-tnissil ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/1012. |
|
(5) |
Fid-dawl tar-rwol tal-Istati Membri fir-rikonoxximent ta’ razza bħala razza fil-periklu, skont id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2016/1012, huwa meħtieġ li dik l-informazzjoni tiġi inkluża fil-listi ta’ soċjetajiet tat-tnissil rikonoxxuti previsti f’dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Biex ikun iffaċilitat il-kummerċ tal-annimali għat-tnissil u tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, huwa wkoll neċessarju li jiġi indikat fil-listi tas-soċjetajiet tat-tnissil u tal-operazzjonijiet tat-tnissil rikonoxxuti stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/1012, id-dati ta’ meta ngħata jew ġie rtirat ir-rikonoxximent, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 64(4) ta’ dak ir-Regolament jew meta approvazzjoni ta’ programm tat-tnissil tkun ingħatat, ġiet sospiża jew ġiet irtirata. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Novembru 2018 skont id-data ta’ applikazzjoni stipulata fir-Regolament (UE) 2016/1012. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Żootekniku Permanenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-listi tas-soċjetajiet tat-tnissil u tal-operazzjonijiet tat-tnissil rikonoxxuti stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/1012 għandha tiġi ppreżentata f’konformità mal-mudell tal-formoli li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
I. Soċjetajiet tat-tnissil li jżommu kotba tat-tnissil għall-annimali ta’ razza pura għat-tnissil
(a) Annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina
|
Lingwa uffiċjali/ Stat Membru (daħħal l-isem) |
Lingwa uffiċjali/ Lista ta’ soċjetajiet tat-tnissil rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(3), u l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-programmi ta’ tnissil fuq annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/1012 |
Lingwa uffiċjali/ Verżjoni (daħħal jj.xx.ssss) |
||||||||||||||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/ Is-soċjetà tat-tnissil jew l-awtorità kompetenti |
Lingwa uffiċjali/ Programm ta’ tnissil (1) |
Lingwa uffiċjali/ Sospensjoni, irtirar u limitazzjoni taż-żmien |
||||||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/ It-territorju ġeografiku ta’ kull programm ta’ tnissil approvat |
Lingwa uffiċjali/ Derogi (3) |
Lingwa uffiċjali/ Data tal-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil (jj.xx.ssss) |
Lingwa uffiċjali/
|
|||||||||||||||||
|
Isem
www (2) Data tar-rikonoxximent: (jj.xx.ssss) |
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||
(b) Annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi porċina
|
Lingwa uffiċjali/ Stat Membru (daħħal l-isem) |
Lingwa uffiċjali/ Lista ta’ soċjetajiet tat-tnissil rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(3), u l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-programmi ta’ tnissil fuq annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi porċina, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/1012 |
Lingwa uffiċjali/ Verżjoni (daħħal jj.xx.ssss) |
||||||||||||||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/ Is-soċjetà tat-tnissil jew l-awtorità kompetenti |
Lingwa uffiċjali/ Programm ta’ tnissil (5) |
Lingwa uffiċjali/ Sospensjoni, irtirar u limitazzjoni taż-żmien |
||||||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/ It-territorju ġeografiku ta’ kull programm ta’ tnissil approvat |
Lingwa uffiċjali/ Derogi (7) |
Lingwa uffiċjali/ Data tal-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil (jj.xx.ssss) |
Lingwa uffiċjali/
|
|||||||||||||||||
|
Isem
www (6) Data tar-rikonoxximent: (jj.xx.ssss) |
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||
(c) Annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ovina
|
Lingwa uffiċjali/ Stat Membru (daħħal l-isem) |
Lingwa uffiċjali/ Lista ta’ soċjetajiet tat-tnissil rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(3), u l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-programmi ta’ tnissil fuq annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ovina, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/1012 |
Lingwa uffiċjali/ Verżjoni (daħħal jj.xx.ssss) |
||||||||||||||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/ Is-soċjetà tat-tnissil jew l-awtorità kompetenti |
Lingwa uffiċjali/ Programm ta’ tnissil (9) |
Lingwa uffiċjali/ Sospensjoni, irtirar u limitazzjoni taż-żmien |
||||||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/ It-territorju ġeografiku ta’ kull programm ta’ tnissil approvat |
Lingwa uffiċjali/ Derogi (11) |
Lingwa uffiċjali/ Data tal-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil (jj.xx.ssss) |
Lingwa uffiċjali/
|
|||||||||||||||||
|
Isem
www (10) Data tar-rikonoxximent: (jj.xx.ssss) |
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||
(d) Annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi kaprina
|
Lingwa uffiċjali/ Stat Membru (daħħal l-isem) |
Lingwa uffiċjali/ Lista ta’ soċjetajiet tat-tnissil rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(3), u l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-programmi ta’ tnissil fuq annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi kaprina, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/1012 |
Lingwa uffiċjali/ Verżjoni (daħħal jj.xx.ssss) |
||||||||||||||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/ Is-soċjetà tat-tnissil jew l-awtorità kompetenti |
Lingwa uffiċjali/ Programm ta’ tnissil (13) |
Lingwa uffiċjali/ Sospensjoni, irtirar u limitazzjoni taż-żmien |
||||||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/ It-territorju ġeografiku ta’ kull programm ta’ tnissil approvat |
Lingwa uffiċjali/ Derogi (15) |
Lingwa uffiċjali/ Data tal-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil (jj.xx.ssss) |
Lingwa uffiċjali/
|
|||||||||||||||||
|
Isem
www (14) Data tar-rikonoxximent: (jj.xx.ssss) |
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||
(e) Annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina
|
Lingwa uffiċjali/ Stat Membru (daħħal l-isem) |
Lingwa uffiċjali/ Lista ta’ soċjetajiet tat-tnissil rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(3), u l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-programmi ta’ tnissil fuq annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/1012 |
Lingwa uffiċjali/ Verżjoni (daħħal jj.xx.ssss) |
|||||||||||||||||||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|||||||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/ Is-soċjetà tat-tnissil jew l-awtorità kompetenti |
Lingwa uffiċjali/ Programm ta’ tnissil (17) |
Lingwa uffiċjali/ Sospensjoni, irtirar u limitazzjoni taż-żmien |
|||||||||||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/ It-territorju ġeografiku ta’ kull programm ta’ tnissil approvat |
Lingwa uffiċjali/ Derogi (19) |
Lingwa uffiċjali/ Data tal-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil (jj.xx.ssss) |
Lingwa uffiċjali/ Il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini tar-razza (20)
|
Lingwa uffiċjali/
|
|||||||||||||||||||||
|
Isem
www (18) Data tar-rikonoxximent: (jj.xx.ssss) |
|
|
|
|
Isem
www (18) |
|
|||||||||||||||||||||
II. Operazzjonijiet tat-tnissil li jżommu reġistri ta’ razez għall-ħnieżer tat-tnissil ibridi
|
Lingwa uffiċjali/ Stat Membru (daħħal l-isem) |
Lingwa uffiċjali/ Lista ta’ operazzjonijiet tat-tnissil li jwettqu programmi ta’ tnissil fuq ħnieżer tat-tnissil ibridi (23) kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012 rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(3) |
Lingwa uffiċjali/ Verżjoni (daħħal jj.xx.ssss) |
||||||||||||||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 5 |
6 |
7 |
|||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/ Operazzjoni tat-tnissil |
Lingwa uffiċjali/Programm tat-tnissil (24) |
Lingwa uffiċjali/ Sospensjoni, irtirar u limitazzjoni taż-żmien |
||||||||||||||||||||
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/
|
Lingwa uffiċjali/ It-territorju ġeografiku ta’ kull programm ta’ tnissil imwettaq |
Lingwa uffiċjali/ Data tal-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil(jj.xx.ssss) |
Lingwa uffiċjali/
|
||||||||||||||||||
|
Isem ir-razza jew il-linja ta’ razza pura |
Isem l-inkroċju |
|||||||||||||||||||||
|
Isem
www (25) Data tar-rikonoxximent: (jj.xx.ssss) |
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||
(1) Kull linja tat-tabella għandha timtela għal kull programm ta’ tnissil imwettaq minn soċjetà tat-tnissil.
(2) Meta disponibbli.
(3) Indika, jekk applikabbli, waħda mid-derogi li ġejjin:
|
“1” |
il-ħolqien ta’ razza ġdida (l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“2” |
ir-rikostruzzjoni ta’ razza (l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“3” |
it-titjib fil-kwalità tal-wild ta’ annimali reġistrati fit-taqsima supplimentari għat-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil (il-punt 2 tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“4” |
għal programm ta’ tnissil imwettaq fuq razza fil-periklu ta’ estinzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2016/1012; |
(4) Daħħal l-informazzjoni li ġejja skont kif applikabbli:
|
“A |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tar-rikonoxximent bħala soċjetà tat-tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“B |
jj.xx.ssss” għad-data tas-sospensjoni tal-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“C |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tal-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“D |
jj.xx.ssss” għad-data sa meta l-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil hija limitata biż-żmien. |
(5) Kull linja tat-tabella għandha timtela għal kull programm ta’ tnissil imwettaq minn soċjetà tat-tnissil.
(6) Meta disponibbli.
(7) Indika, jekk applikabbli, waħda mid-derogi li ġejjin:
|
“1” |
il-ħolqien ta’ razza ġdida (l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“2” |
ir-rikostruzzjoni ta’ razza (l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“3” |
it-titjib fil-kwalità tal-wild ta’ annimali reġistrati fit-taqsima supplimentari għat-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil (il-punt 2 tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“4” |
għal programm ta’ tnissil imwettaq fuq razza fil-periklu ta’ estinzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2016/1012; |
(8) Daħħal l-informazzjoni li ġejja skont kif applikabbli:
|
“A |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tar-rikonoxximent bħala soċjetà tat-tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“B |
jj.xx.ssss” għad-data tas-sospensjoni tal-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“C |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tal-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“D |
jj.xx.ssss” għad-data sa meta l-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil hija limitata biż-żmien. |
(9) Kull linja tat-tabella għandha timtela għal kull programm ta’ tnissil imwettaq minn soċjetà tat-tnissil.
(10) Meta disponibbli.
(11) Indika, jekk applikabbli, waħda mid-derogi li ġejjin:
|
“1” |
il-ħolqien ta’ razza ġdida (l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“2” |
ir-rikostruzzjoni ta’ razza (l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“3” |
it-titjib fil-kwalità tal-wild ta’ annimali reġistrati fit-taqsima supplimentari għat-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil (il-punt 2 tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“4” |
għal programm ta’ tnissil imwettaq fuq razza fil-periklu ta’ estinzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2016/1012; |
(12) Daħħal l-informazzjoni li ġejja skont kif applikabbli:
|
“A |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tar-rikonoxximent bħala soċjetà tat-tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“B |
jj.xx.ssss” għad-data tas-sospensjoni tal-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“C |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tal-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“D |
jj.xx.ssss” għad-data sa meta l-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil hija limitata biż-żmien. |
(13) Kull linja tat-tabella għandha timtela għal kull programm ta’ tnissil imwettaq minn soċjetà tat-tnissil.
(14) Meta disponibbli.
(15) Indika, jekk applikabbli, waħda mid-derogi li ġejjin:
|
“1” |
il-ħolqien ta’ razza ġdida (l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“2” |
ir-rikostruzzjoni ta’ razza (l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“3” |
it-titjib fil-kwalità tal-wild ta’ annimali reġistrati fit-taqsima supplimentari għat-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil (il-punt 2 tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“4” |
għal programm ta’ tnissil imwettaq fuq razza fil-periklu ta’ estinzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2016/1012; |
(16) Daħħal l-informazzjoni li ġejja skont kif applikabbli:
|
“A |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tar-rikonoxximent bħala soċjetà tat-tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“B |
jj.xx.ssss” għad-data tas-sospensjoni tal-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“C |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tal-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“D |
jj.xx.ssss” għad-data sa meta l-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil hija limitata biż-żmien. |
(17) Kull linja tat-tabella għandha timtela għal kull programm ta’ tnissil imwettaq minn soċjetà tat-tnissil.
(18) Meta disponibbli.
(19) Indika, jekk applikabbli, waħda mid-derogi li ġejjin:
|
“1” |
il-ħolqien ta’ razza ġdida (l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“2” |
ir-rikostruzzjoni ta’ razza (l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“3” |
għal programm ta’ tnissil imwettaq fuq razza fil-periklu ta’ estinzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2016/1012; |
|
“4” |
il-projbizzjoni jew il-limitazzjoni tal-ġbir ta’ semen għall-inseminazzjoni artifiċjali u/jew il-ġbir ta’ ooċiti għall-produzzjoni ta’ embrijuni jew il-ġbir ta’ embrijuni għat-trasferiment ta’ embrijuni (l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/1012). |
(20) Ipprovdi informazzjoni jekk il-ktieb tat-tnissil jinżamm minn soċjetà tat-tnissil/awtorità kompetenti differenti minn dik is-soċjetà tat-tnissil/l-awtorità kompetenti fil-kolonna 1.
(21) Daħħal l-informazzjoni li ġejja skont kif applikabbli:
|
“A |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tar-rikonoxximent bħala soċjetà tat-tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“B |
jj.xx.ssss” għad-data tas-sospensjoni tal-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“C |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tal-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |
|
“D |
jj.xx.ssss” għad-data sa meta l-approvazzjoni tal-programm ta’ tnissil hija limitata biż-żmien. |
(22) Daħħal il-kodiċi bi tliet (3) ċifri tal-pajjiż u l-kodiċi bi tliet (3) ċifri tal-bażi tad-dejta kif xieraq.
(23) Kif definit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2016/1012.
(24) Kull linja tat-tabella għandha timtela għal kull programm ta’ tnissil imwettaq minn operazzjoni tat-tnissil.
(25) Meta disponibbli.
(26) Daħħal l-informazzjoni li ġejja skont kif applikabbli:
|
“A |
jj.xx.ssss” għad-data tal-irtirar tar-rikonoxximent bħala operazzjoni tat-tnissil (l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1012); |