20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/704

tad-19 ta' April 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (2) (“l-FSA”) ġie ffirmat fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015. L-Artikolu 27(3) tal-FSA jipprovdi aċċess bla dazju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina tal-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta' kwota tariffarja annwali ta' 12 000 tunnellata.

(2)

Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-15 ta' Diċembru 2016 sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (3) (“il-Protokoll”). L-iffirmar tiegħu f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-applikazzjoni proviżorja tiegħu kienet awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/75 (4).

(3)

L-Artikolu 2(1) tal-Protokoll jipprevedi bidliet fil-kwoti tariffarji eżistenti għaz-zokkor li joriġina fil-Bożnja-Ħerzegovina b'effett mill-1 ta' Frar 2017. Il-kwota tariffarja annwali għaz-zokkor qed tiżdied minn 12 000 tunnellata għal 13 210 tunnellata.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (5) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor, inklużi dawk li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina. Sabiex wieħed jimplimenta l-kwoti tariffarji taz-zokkor preskritti fil-Protokoll, jeħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jiġi emendat skont dan.

(5)

Billi l-Protokoll japplika mill-1 ta' Frar 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

L-Artikolu 27(3) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (*1), kif emendat bil-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (*2),

(*1)   ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2 "

(*2)   ĠU L 12, 17.1.2017, p. 3.” "

(2)

Fl-Anness I, il-Parti II jinbidel bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Frar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2.

(3)   ĠU L 12, 17.1.2017, p. 3.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/75 tal-21 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 12, 17.1.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).


ANNESS

“Parti II: Zokkor Balkani

Pajjiż Terz jew Territorju Doganali

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kwantitajiet (tunnellati)

Rata fil-kwota (EUR/tunnellata)

L-Albanija

09.4324

1701 u 1702

1 000

0

Il-Bożnija-Ħerzegovina

09.4325

1701 u 1702

13 210

0

Is-Serbja

09.4326

1701 u 1702

181 000

0

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

09.4327

1701 u 1702

7 000

0”