|
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/661
tas-6 ta' April 2017
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)b, c, e u g tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (2). |
|
(2) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu jiġi aġġornat skont l-informazzjoni l-aktar reċenti pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
|
(3) |
Fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) adotta r-Riżoluzzjoni 2321 (2016) li tipprevedi miżuri ġodda kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, inkluż projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' ram, nikil, fidda, żingu u statwi, u projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' ħelikopters u bastimenti. Fis-27 ta' Frar 2017 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/330 (3) li jemenda għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 kif xieraq, biż-żieda tal-Annessi Ih, IIIa u IIIb. Ir-ram, in-nikil, il-fidda u ż-żingu, l-istatwi u l-ħelikopters u l-bastimenti li jridu jiġu inklużi f'dawn l-Annessi għandhom issa jiġu identifikati, u għandhom ikunu allokati bin-numri ta' referenza meħuda min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (4). |
|
(4) |
UNSCR 2321 (2016) barra minn hekk ikompli jirfina l-lista ta' oġġetti ta' lussu, li diġà huma soġġetti għal projbizzjoni ta' esportazzjoni, stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 329/2007. |
|
(5) |
Fis-6 ta' April 2017, il-Kunsill iddeċieda li jżid erba' persuni fiżiċi mal-lista ta' persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(6) |
L-Annessi Ih, II, III, IIIa, IIIb u V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ b'mod immedjat. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness Ih jinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Anness III hu emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
L-Anness IIIa jinbidel bit-test fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. |
|
(5) |
L-Anness IIIb jinbidel bit-test fl-Anness V ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
L-Anness V hu emendat skont l-Anness VI ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/330 tas-27 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 50, 28.2.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS I
“ANNESS Ih
Ram, nikil, fidda u ż-żingu imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(4) (1):
Ram
|
|
2603 |
Minerali u konċentrati tar-ram |
||||||
|
|
|
|
||||||
|
|
74 |
Ram u oġġetti derivati minnu |
||||||
|
|
|
|
||||||
|
|
8536 90 95 30 |
Kuntatti tar-rivets
|
||||||
|
|
|
|
||||||
|
ex |
8538 90 99 |
Partijiet tar-ram tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-apparat taħt l-intestatura 8535 , 8536 jew 8537 |
||||||
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
||||||
|
|
8544 11 |
|
||||||
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
||||||
|
ex |
8544 42 |
|
||||||
|
ex |
8544 49 |
|
||||||
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
||||||
|
|
8544 60 10 |
|
Nikil
|
|
2604 |
Minerali u konċentrati tan-nikil |
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
Ligi tal-ħadid: |
||||||||
|
|
7202 60 |
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
Wajer tal-istainless steel: |
||||||||
|
|
7223 00 11 |
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
75 |
Nikil u oġġetti derivati minnu |
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
8105 90 00 10 |
Stangi jew wajers magħmula mill-kobalt illigat li fihom, bil-piż:
li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal AMS 5842, tat-tip użat fl-industrija aerospazjali |
Fidda
|
|
2616 10 |
Minerali u konċentrati tal-fidda |
Żingu
|
|
2608 |
Minerali u konċentrati taż-żingu |
|
|
|
|
|
|
79 |
Żingu u oġġetti magħmula minnu |
(1) Il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda huma dawk applikabbli għall-prodotti rilevanti tan-Nomenklatura Magħquda definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 u kif inhuma stabbiliti fl-Anness I tiegħu.
ANNESS II
“ANNESS II
Is-siti web li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 5, 7, 8. 10 u 15, u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
|
IL-BELĠJU http://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions |
|
IL-BULGARIJA http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce |
|
ID-DANIMARKA http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/ |
|
IL-ĠERMANJA http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html |
|
L-ESTONJA http://www.vm.ee/est/kat_622/ |
|
L-IRLANDA http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519 |
|
IL-GREĊJA http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html |
|
SPANJA http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx |
|
FRANZA http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/ |
|
IL-KROAZJA http://www.mvep.hr/sankcije |
|
L-ITALJA http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm |
|
ĊIPRU http://www.mfa.gov.cy/sanctions |
|
IL-LATVJA http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539 |
|
IL-LITWANJA http://www.urm.lt/sanctions |
|
IL-LUSSEMBURGU http://www.mae.lu/sanctions |
|
L-UNGERIJA http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf |
|
MALTA https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Sanctions-Monitoring-Board-.aspx |
|
IN-NETHERLANDS https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties |
|
L-AWSTRIJA http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id =12750&LNG = en&version= |
|
IL-POLONJA http://www.msz.gov.pl |
|
IL-PORTUGALL http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx |
|
IR-RUMANIJA http://www.mae.ro/node/1548IS |
|
IS-SLOVENJA http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/ |
|
IS-SLOVAKKJA https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu |
|
IL-FINLANDJA http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet |
|
L-IŻVEZJA http://www.ud.se/sanktioner |
|
IR-RENJU UNIT https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions |
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
|
European Comission |
|
Service for Foreign Policy Instruments (FPI) |
|
EEAS 07/99 |
|
B-1049 Brussels |
|
Belgium |
|
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu |
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
“9. Twapet magħmula bl-għoqiedi bl-idejn, raggs minsuġa bl-idejn u tapezzeriji” tinbidel b'“9. Twapet, raggs u tapezzeriji minsuġa bl-idejn, magħmula bl-idejn jew le, b'valur ta' aktar minn USD 500” |
|
2. |
“13. Oġġetti tal-mejda ta' kwalità għolja tal-porċellana, tal-kina, taċ-ċeramika jew ċaqquf jew oġġetti tal-fuħħar fini” tinbidel b'“13. Oġġetti tal-mejda tal-porċellana, tal-kina, taċ-ċeramika jew ċaqquf jew oġġetti tal-fuħħar fini' ta' valur ta' aktar minn USD 100” |
ANNESS IV
“ANNESS IIIa
L-istatwi msemmija fl-Artikolu 4c(1):
|
ex |
4420 10 |
Statwi u statwetti tal-injam |
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
ex |
6802 91 |
|
||
|
ex |
6802 92 |
|
||
|
ex |
6802 93 |
|
||
|
ex |
6802 99 |
|
||
|
|
|
|
||
|
ex |
6809 90 |
Statwi u statwetti tal-ġibs jew ta' kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-ġibs |
||
|
|
|
|
||
|
ex |
6810 99 |
Statwi u statwetti tas-siment, tal-konkos jew ta' ġebel artifiċjali, rinfurzati jew le |
||
|
|
|
|
||
|
ex |
6913 |
Statwi u statwetti taċ-ċeramika |
||
|
|
|
|
||
|
|
|
Oġġetti li jintużaw minn arġentiera tad-deheb jew tal-fidda |
||
|
|
|
|
||
|
ex |
7114 11 |
|
||
|
ex |
7114 19 |
|
||
|
ex |
7114 20 |
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
ex |
8306 21 |
|
||
|
ex |
8306 29 |
|
||
|
|
|
|
||
|
ex |
9505 |
Statwi u statwetti għal użu għall-festi, il-karnival jew divertiment ieħor |
||
|
|
|
|
||
|
ex |
9602 |
Statwetti ta' materjal tat-tinqix veġetali jew minerali maħdum |
||
|
|
|
|
||
|
ex |
9703 |
Statwarji oriġinali, ta' kwalunkwe materjal |
ANNESS V
“ANNESS IIIb
Il-ħelikopters u l-bastimenti msemmija fl-Artikolu 4d(1):
Ħelikopters
|
8802 11 |
B'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000 kg |
|
8802 12 |
B'piż mingħajr tagħbija aktar minn 2 000 kg |
Bastimenti
|
8901 |
Bastimenti tal-kruċiera, dgħajjes għall-eskursjonijiet, bastimenti tal-merkanzija, braken u bastimenti simili għat-trasport ta' persuni jew oġġetti |
|
8902 |
Bastimenti tas-sajd; bastimenti fabbrika u bastimenti oħrajn għal proċessar jew preservar ta' prodotti tas-sajd |
|
8903 |
Jottijiet u bastimenti oħrajn għall-passatemp jew sports; dgħajjes tal-qdif u kenuri |
|
8904 |
Laneċ ta' rmonk u bċejjeċ li jimbuttaw |
|
8906 |
Bastimenti oħrajn, inklużi bastimenti tal-gwerra u dgħajjes tas-salvataġġ ħlief dgħajjes tal-qdif |
|
8907 10 |
Ċattri jintefħu |
ANNESS VI
Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, huma miżjuda l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)”:
|
“33. |
RI Myong Su |
Data tat-Twelid: 1937 Post tat-twelid: Myongchon, Tramuntana ta' Hamgyong |
Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Popolari. F'din il-kapaċità, Ri Myong Su għandu pożizzjoni ewlenija għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali u hu responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa. |
|
34 |
SO Hong Chan |
Data tat-Twelid: 30.12.1957 Post tat-twelid: Kangwon Nru tal-passaport: PD836410105 Data meta jiskadi l-passaport: 27.11.2021 |
L-ewwel Viċi Ministru tal-Forzi Armati Popolari, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kurunell-Ġenerali fil-Forzi Armati Popolari. F'din il-kapaċità, So Hong Chan hu responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa. |
|
35 |
WANG Chang Uk |
Data tat-Twelid: 29.05.1960 |
Ministru tal-Industrija u tal-Enerġija Atomika. F'din il-kapaċità, Wang Chang Uk hu responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa. |
|
36 |
JANG Chol |
Data tat-Twelid: 31.03.1961 Post tat-twelid: Pyongyang, Nru tal-passaport: 563310042 |
President tal-Akkademja tax-Xjenzi mill-Istat, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp ta' kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi ta' RDPK. F'din il-kapaċità, Jang Chol għandu pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp ta' attivitajiet nukleari RDPK u hu responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.” |