7.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/660

tas-6 ta' April 2017

dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2018, l-2019 u l-2020 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali kkoordinat u ta' kontroll li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Il-programm tkompla permezz ta' Regolamenti konsekuttivi tal-Kummissjoni. L-aktar wieħed riċenti kien ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/662 (3).

(2)

Hemm bejn tletin u erbgħin prodott tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta' tliet snin, il-pestiċidi f'dawk il-prodotti tal-ikel għandhom jiġu ssorveljati tul sensiela ta' ċikli ta' tliet snin biex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità), bagħtet rapport xjentifiku dwar valutazzjoni tad-disinn tal-programm ta' monitoraġġ tal-pestiċidi. Hija kkonkludiet li rata ta' skorriment tal-MRL li tkun ogħla minn 1 % tista' tiġi stmata b'marġini ta' żball ta' 0,75 % billi jintgħażlu 683 unità ta' kampjun għal minimu ta' 32 prodott differenti tal-ikel (4). Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont il-kobor tal-popolazzjoni, b'minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena.

(4)

Ir-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta' kontroll preċedenti tal-Unjoni tqiesu biex jiġi żgurat li l-firxa ta' pestiċidi koperti mill-programm ta' kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati.

(5)

Gwida dwar il-proċeduri ta' kontroll analitiku tal-kwalità u ta' validazzjoni tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf (Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed) tinsab ippubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni (5).

(6)

Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti li jirriżultaw minn diżintegrazzjoni jew minn reazzjoni, dawk il-komposti għandhom jiġu rrappurtati separatament sakemm jiġu mkejla b'mod individwali.

(7)

L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel laħqu qbil dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) (6) (7) għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, li huma relatati mat-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri.

(8)

Għall-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (8), li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius.

(9)

Jeħtieġ li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (9) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (10) humiex qed jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Fir-rigward tal-metodi ta' residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta' analiżi tagħhom billi jirrikorru għal-laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalutati meħtieġa.

(11)

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena.

(12)

Sabiex tkun evitata kwalunkwe konfużjoni minħabba t-trikkib bejn il-programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/662 jenħtieġ li jitħassar fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt. Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2017.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Matul is-snin 2018, 2019 u 2020, l-Istati Membri għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjonijiet ta' prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.

L-għadd ta' kampjuni ta' kull prodott, fosthom prodotti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.

Artikolu 2

1.   Il-lott li minnu jittieħdu l-kampjuni għandu jintgħażel b'mod aleatorju.

Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni, inkluż l-għadd ta' unitajiet, għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2002/63/KE.

2.   Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-prodotti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi stabbiliti fl-Anness I, skont id-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

3.   Għall-prodotti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni għandhom jiġu vvalutati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-MRLs stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE. F'każijiet meta dawn il-prodotti tal-ikel ikunu ta' tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f'forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2018, fl-2019 u fl-2020 sal-31 ta' Awwissu tal-2019, tal-2020 u tal-2021 rispettivament. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu skont id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD).

Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva, metabolit u/jew prodotti li jirriżultaw minn diżintegrazzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni sħiħa tar-residwi. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwi għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jiġu mkejla fuq bażi individwali.

Artikolu 4

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/662 huwa mħassar.

Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni li jiġu ttestjati fl-2017.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta' kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/662 tal-1 ta' April 2016 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2017, l-2018 u l-2019 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 115, 29.4.2016, p. 2).

(4)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; il-programm ta' monitoraġġ tal-pestiċidi: il-valutazzjoni tad-disinn. The EFSA Journal 2015;13(2):4005.

(5)  Id-Dokument Nru SANTE/11945/2015 http://ec.europa.eu/food/plant/docs/plant_pesticides_mrl_guidelines_wrkdoc_11945_en.pdf l-aktar verżjoni riċenti tiegħu.

(6)  Deskrizzjoni standard tal-kampjuni għall-ikel u l-għalf (EFSA Journal 2010; 8(1): 1457).

(7)  L-użu tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni tal-EFSA ver. 2.0 (SSD) għar-rappurtar ta' dejta dwar il-kontroll marbut mar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (EFSA Supporting publication 2015: EN-918).

(8)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).

(9)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).


ANNESS I

PARTI A

Prodotti li joriġinaw mill-pjanti  (1) li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2018, fl-2019 u fl-2020

2018

2019

2020

(b)

(c)

(a)

Għeneb tal-mejda (2)

Tuffieħ (2)

Larinġ (2)

Banana (2)

Frawli (2)

Lanġas (2)

Grejpfrut (2)

Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili (2)

Frott tal-kiwi (2)

Brunġiel (2)

Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Jekk l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”)

Pastard (2)

Brokkoli (2)

Ħass (2)

Basal (2)

Bettieħ (2)

Kaboċċi kkapoċċati (2)

Karrotti (2)

Faqqiegħ ikkultivat (2)

Tadam (2)

Patata (2)

Bżar ħelu (2)

Spinaċi (2)

Fażola (imnixxfa) (2)

Ħbub tal-qamħ (3)

Żerriegħa tal-ħafur (3)  (4)

Żerriegħa tas-segala (3)

Żejt taż-żebbuġa verġni (Jekk l-ebda fattur speċifiku ta' pproċessar għaż-żejt mhuwa disponibbli, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 5 għal sustanzi li jinħallu fix-xaħam, filwaqt li jitqies ir-rendiment standard tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta' 20 % tal-ħsad taż-żebbuġ; għal sustanzi li jinħallu f'sustanzi mhux xaħmin, jista' jintuża fattur standard ta' pproċessar għaż-żejt ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”).

Żerriegħa tax-xgħir (3)  (5)

Ross ismar (ross imfesdaq), definit bħala ross wara t-tneħħija tal-qoxra minn ross fil-fosdqa (6)

PARTI B

Prodotti li joriġinaw mill-annimali  (7) li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2018, fl-2019 u fl-2020

2018

2019

2020

(d)

(e)

(f)

Xaħam tal-bovini (8)

Ħalib tal-baqar (9)

Xaħam tal-pollam (8)

Bajd tat-tiġieġ (8)  (10)

Xaħam tal-majjal (8)

Xaħam tan-nagħaġ (8)

PARTI C

Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti

 

2018

2019

2020

Rimarki

2,4-D

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fil-grejpfrut, fl-għeneb tal-mejda, fil-brunġiel, fil-brokkoli u fuqhom fl-2018; fil-ħass, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2019; fil-larinġ, fil-pastard, fir-ross ismar, fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2020.

2-Fenilfenol

(b)

(c)

(a)

 

Abamektina

(b)

(c)

(a)

 

Aċefat

(b)

(c)

(a)

 

Aċetamiprid

(b)

(c)

(a)

 

Akrinatrina

(b)

(c)

(a)

 

Aldikarb

(b)

(c)

(a)

 

Aldrin u dieldrin

(b)

(c)

(a)

 

Ażinfos-metil

(b)

(c)

(a)

 

Ażossistrobin

(b)

(c)

(a)

 

Bifentrin

(b)

(c)

(a)

 

Bifenil

(b)

(c)

(a)

 

Bitertanol

(b)

(c)

(a)

 

Boskalid

(b)

(c)

(a)

 

Jon tal-bromur

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fil-bżar ħelu u fuqu fl-2018; fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2019; fir-ross ismar u fuqu fl-2020.

Bromopropilat

(b)

(c)

(a)

 

Bupirimat

(b)

(c)

(a)

 

Buprofeżin

(b)

(c)

(a)

 

Kaptan

(b)

(c)

(a)

 

Karbaril

(b)

(c)

(a)

 

Karbendażim u benomil

(b)

(c)

(a)

 

Karbofuran

(b)

(c)

(a)

 

Klorantraniliprol

(b)

(c)

(a)

 

Klorfenapir

(b)

(c)

(a)

 

Klormekwat

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fl-għeneb tal-mejda, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2018; fit-tadam, fil-ħafur u fuqhom fl-2019; fil-karrotti, fil-lanġas, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2020.

Klorotalonil

(b)

(c)

(a)

 

Klorprofam

(b)

(c)

(a)

 

Klorpirifos

(b)

(c)

(a)

 

Klorpirifos-metil

(b)

(c)

(a)

 

Klofenteżina

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata għall-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Klotijanidin

(b)

(c)

(a)

 

Ċiflutrin

(b)

(c)

(a)

 

Ċimoksanil

(b)

(c)

(a)

 

Ċipermetrina

(b)

(c)

(a)

 

Ċiprokonażol

(b)

(c)

(a)

 

Ċiprodinil

(b)

(c)

(a)

 

Ċiromażina

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-bżar ħelu, fil-bettieħ, fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2018; fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2019; fil-patata, fil-basal, fil-karrotti u fuqhom fl-2020.

Deltametrina

(b)

(c)

(a)

 

Diażinon

(b)

(c)

(a)

 

Diklorvos

(b)

(c)

(a)

 

Dikloran

(b)

(c)

(a)

 

Dikofol

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata għall-prodotti kollha elenkati għajr iċ-ċereali.

Dietofenkarb

(b)

(c)

(a)

 

Difenokonażol

(b)

(c)

(a)

 

Diflubenżuron

(b)

(c)

(a)

 

Dimetoat

(b)

(c)

(a)

 

Dimetomorf

(b)

(c)

(a)

 

Dinikonażol

(b)

(c)

(a)

 

Difenilammina

(b)

(c)

(a)

 

Ditijanon

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fl-għeneb tal-mejda u fuqu fl-2018; fit-tuffieħ, fil-ħawħ u fuqhom fl-2019; fil-lanġas, fir-ross ismar u fuqhom fl-2020.

Ditijokarbamati

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom, għajr il-brokkoli, il-pastard, il-kaboċċi kkapoċċati, iż-żejt taż-żebbuġa, l-inbid u l-basal.

Dodina

(b)

(c)

(a)

 

Endosulfan

(b)

(c)

(a)

 

EPN

(b)

(c)

(a)

 

Epoksikonażol

(b)

(c)

(a)

 

Etefon

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fil-bżar ħelu, fil-qamħ, fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2018; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fit-tadam, fl-inbid u fuqhom fl-2019; fil-larinġ, fil-lanġas u fuqhom fl-2020.

Etijon

(b)

(c)

(a)

 

Etirimol

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Etofenproks

(b)

(c)

(a)

 

Famoksadon

(b)

(c)

(a)

 

Fenamidon

(b)

(c)

(a)

 

Fenamifos

(b)

(c)

(a)

 

Fenarimol

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Fenażakin

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Fenbukonażol

(b)

(c)

(a)

 

Ossidu tal-fenbutatin

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-grejpfrut,fil-bżar ħelu, fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2018; fit-tuffieħ, fil-frawli, fil-ħawħ, fit-tadam, fl-inbid u fuqhom fl-2019; analizzata fil-larinġ, fil-lanġas u fuqhom fl-2020.

Feneżammid

(b)

(c)

(a)

 

Fenitrotijon

(b)

(c)

(a)

 

Fenoksikarb

(b)

(c)

(a)

 

Fenpropatrina

(b)

(c)

(a)

 

Fenpropidina

(b)

(c)

(a)

 

Fenpropimorf

(b)

(c)

(a)

 

Fenpirossimat

(b)

(c)

(a)

 

Fentijon

(b)

(c)

(a)

 

Fenvalerat

(b)

(c)

(a)

 

Fipronil

(b)

(c)

(a)

 

Flonikamid

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fl-għeneb tal-mejda, fil-grejpfrut, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2018; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fl-ispinaċi, fil-ħass, fit-tadam, fil-ħafur, fix-xgħir u fuqhom fl-2019; fil-patata, fil-lanġas, fir-ross ismar, fis-segala u fuqhom fl-2020.

Fluważifop-P

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-brokkoli, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2018; fil-frawli, fil-kaboċċa kkapoċċata, fil-ħass, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2019; fil-pastard, fil-fażola mnixxfa, fil-patata, fil-karrotti u fuqhom fl-2020.

Flubendiammid

(b)

(c)

(a)

 

Fludioksonil

(b)

(c)

(a)

 

Flufenoksuron

(b)

(c)

(a)

 

Fluwopikolid

(b)

(c)

(a)

 

Fluwopiram

(b)

(c)

(a)

 

Flukwinkonażol

(b)

(c)

(a)

 

Flusilażol

(b)

(c)

(a)

 

Flutrijafol

(b)

(c)

(a)

 

Folpet

(b)

(c)

(a)

 

Formetanat

(b)

(c)

(a)

 

Fostijażat

(b)

(c)

(a)

 

Glifosat

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fl-għeneb tal-mejda, fil-qamħ u fuqhom fl-2018; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fl-inbid, fix-xgħir, fil-ħafur u fuqhom fl-2019; fil-lanġas, fil-larinġ, fis-segala u fuqhom fl-2020.

Aloksifop inkluż l-aloksifop-P

(b)

(c)

 

Għandha tiġi analizzata biss fil-brokkoli, fil-grejpfrut, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2018; fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati u fuqhom fl-2019. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi kwalunkwe prodott jew fuqu fl-2020.

Eżakonażol

(b)

(c)

(a)

 

Eksitijażoks

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata għall-prodotti kollha elenkati għajr iċ-ċereali.

Imażalil

(b)

(c)

(a)

 

Imidakloprid

(b)

(c)

(a)

 

Indoksakarb

(b)

(c)

(a)

 

Iprodion

(b)

(c)

(a)

 

Iprovalikarb

(b)

(c)

(a)

 

Iżokarbofos

(b)

(c)

(a)

 

Iżoprotijolan

 

 

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2020. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi kwalunkwe prodott jew fuqu fl-2018 u fl-2019.

Kreżoksim-metil

(b)

(c)

(a)

 

Lambda-ċjalotrina

(b)

(c)

(a)

 

Linuron

(b)

(c)

(a)

 

Lufenuron

(b)

(c)

(a)

 

Malatijon

(b)

(c)

(a)

 

Mandipropammid

(b)

(c)

(a)

 

Mepanipirim

(b)

(c)

(a)

 

Mepikwat

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2018; fix-xgħir, fil-ħafur u fuqhom fl-2019; fil-lanġas, fis-segala,fir-ross ismar u fuqhom fl-2020.

Metalaksil u metalaksil-M

(b)

(c)

(a)

 

Metamidofos

(b)

(c)

(a)

 

Metidatijon

(b)

(c)

(a)

 

Metijokarb

(b)

(c)

(a)

 

Metomil u tijodikarb

(b)

(c)

(a)

 

Metossifenożid

(b)

(c)

(a)

 

Monokrotofos

(b)

(c)

(a)

 

Miklobutanil

(b)

(c)

(a)

 

Oksadiksil

(b)

(c)

(a)

 

Oksamil

(b)

(c)

(a)

 

Oksidemeton-metil

(b)

(c)

(a)

 

Paklobutrażol

(b)

(c)

(a)

 

Paratijon

(b)

(c)

(a)

 

Paratijon-metil

(b)

(c)

(a)

 

Penkonażol

(b)

(c)

(a)

 

Penċikuron

(b)

(c)

(a)

 

Pendimetalina

(b)

(c)

(a)

 

Permetrina

(b)

(c)

(a)

 

Fosmet

(b)

(c)

(a)

 

Pirimikarb

(b)

(c)

(a)

 

Pirimifos-metil

(b)

(c)

(a)

 

Proċimidon

(b)

(c)

(a)

 

Profenofos

(b)

(c)

(a)

 

Propamokarb

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fl-għeneb tal-mejda, fil-bettieħ, fil-brunġiel, fil-brokkoli, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2018; fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati, fl-ispinaċi, fil-ħass, fit-tadam, fix-xgħir u fuqhom fl-2019; fil-karrotti, fil-pastard, fil-basal, fil-patata u fuqhom fl-2020.

Propargit

(b)

(c)

(a)

 

Propikonażol

(b)

(c)

(a)

 

Propiżammid

(b)

(c)

(a)

 

Prosulfokarb

(b)

(c)

(a)

 

Protijokonażol

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata biss fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2018; fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħass, fit-tadam, fil-ħafur, fix-xgħir u fuqhom fl-2019; fil-karrotti, fil-basal, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2020.

Pimetrożina

(b)

(c)

 

Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2018; fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħass, fil-frawli, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2019. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi kwalunkwe prodott jew fuqu fl-2020.

Piraklostrobin

(b)

(c)

(a)

 

Piridaben

(b)

(c)

(a)

 

Pirimetanil

(b)

(c)

(a)

 

Piriproksifen

(b)

(c)

(a)

 

Kinoksifen

(b)

(c)

(a)

 

Spinosad

(b)

(c)

(a)

 

Spirodiklofen

(b)

(c)

(a)

 

Spiromesifen

(b)

(c)

(a)

 

Spiroksamina

(b)

(c)

(a)

 

Taw-Fluvalinat

(b)

(c)

(a)

 

Tebukonażol

(b)

(c)

(a)

 

Tebufenożid

(b)

(c)

(a)

 

Tebufenpirad

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Teflubenżuron

(b)

(c)

(a)

 

Teflutrina

(b)

(c)

(a)

 

Terbutilażina

(b)

(c)

(a)

 

Tetrakonażol

(b)

(c)

(a)

 

Tetradifon

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Tijabendażol

(b)

(c)

(a)

 

Tijakloprid

(b)

(c)

(a)

 

Tijametoksam

(b)

(c)

(a)

 

Tijofanat-metil

(b)

(c)

(a)

 

Tolklofos-metil

(b)

(c)

(a)

 

Tolilfluwanid

(b)

(c)

(a)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Triadimefon u triadimenol

(b)

(c)

(a)

 

Triażofos

(b)

(c)

(a)

 

Trifloksistrobin

(b)

(c)

(a)

 

Triflumuron

(b)

(c)

(a)

 

Vinklożolin

(b)

(c)

(a)

 

PARTI D

Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali

 

2018

2019

2020

Rimarki

Aldrin u dieldrin

(d)

(e)

(f)

 

Bifentrin

(d)

(e)

(f)

 

Klordan

(d)

(e)

(f)

 

Klorpirifos

(d)

(e)

(f)

 

Klorpirifos-metil

(d)

(e)

(f)

 

Ċipermetrina

(d)

(e)

(f)

 

DDT

(d)

(e)

(f)

 

Deltametrina

(d)

(e)

(f)

 

Diażinon

(d)

(e)

(f)

 

Endosulfan

(d)

(e)

(f)

 

Famoksadon

(d)

(e)

(f)

 

Fenvalerat

(d)

(e)

(f)

 

Ettakloru

(d)

(e)

(f)

 

Eżaklorobenżen

(d)

(e)

(f)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH, Alfa-Isomeru)

(d)

(e)

(f)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH, Beta-Isomeru)

(d)

(e)

(f)

 

Indoksakarb

 

(e)

 

Għandha tiġi analizzata biss fil-ħalib fl-2019.

Lindan

(d)

(e)

(f)

 

Metoksiklor

(d)

(e)

(f)

 

Paratijon

(d)

(e)

(f)

 

Permetrina

(d)

(e)

(f)

 

Pirimifos-metil

(d)

(e)

(f)

 


(1)  Għall-prodotti naturali li jridu jiġu analizzati, il-partijiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 752/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 208, 15.7.2014, p. 1) sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

(2)  Prodotti mhux ipproċessati (inkluż prodotti ffriżati) għandhom jiġu analizzati.

(3)  Jekk l-ebda kampjun suffiċjenti ta' segala, qamħ, ħafur jew żerriegħa tax-xgħir ma huma disponibbli, jista' jiġi analizzat ukoll id-dqiq integrali tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur u tax-xgħir u għandu jiġi rrappurtat fattur ta' pproċessar. Jekk il-fatturi speċifiċi tal-ipproċessar ma jkunux disponibbli, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 1.

(4)  Jekk ma jkunx hemm għadd suffiċjenti ta' kampjuni taż-żerriegħa tal-ħafur disponibbli, il-parti tal-għadd ta' kampjuni meħtieġa għaż-żerriegħa tal-ħafur li ma setgħetx tittieħed, tista' tiżdied mal-għadd ta' kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir jiżdied b'mod proporzjonali.

(5)  Jekk ma jkunx hemm għadd suffiċjenti ta' kampjuni taż-żerriegħa tax-xgħir disponibbli, il-parti tal-għadd ta' kampjuni meħtieġa għaż-żerriegħa tax-xgħir li ma setgħetx tittieħed, tista' tiżdied mal-għadd ta' kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur jiżdied b'mod proporzjonali.

(6)  Fejn xieraq, tista' tiġi analizzata wkoll iż-żerriegħa tar-ross illostrat. Għandu jiġi rrappurtat lill-EFSA jekk ġiex analizzat ross illostrat jew ross imfesdaq. Jekk ġie analizzat ross illostrat, għandu jiġi rrappurtat fattur ta' pproċessar. Jekk il-fatturi speċifiċi tal-ipproċessar ma jkunux disponibbli, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 0,5.

(7)  Għall-prodotti naturali li jridu jiġu analizzati, il-partijiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 752/2014 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

(8)  Prodotti mhux ipproċessati (inkluż prodotti ffriżati) għandhom jiġu analizzati.

(9)  Ħalib frisk (mhux ipproċessat) għandu jiġu analizzat, inkluż il-ħalib iffriżat, ippasturizzat, imsaħħan sterilizzat jew iffiltrat.

(10)  Bajd sħiħ mingħajr il-qoxra għandu jkun analizzat.


ANNESS II

L-għadd ta' kampjuni msemmija fl-Artikolu 1

(1)

L-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull prodott u li għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5).

(2)

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2018 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2019 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta' prosegwiment u ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2020 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza ħames kampjuni ta' formuli tat-trabi u ħames kampjuni ta' formuli ta' prosegwiment għat-trabi.

(3)

Skont it-tabella fil-punt (5), il-kampjuni minn prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, fejn ikunu disponibbli, għandhom jittieħdu b'mod li hu proporzjonat mas-sehem tas-suq ta' dawk il-prodotti f'kull Stat Membru, b'minimu ta' 1.

(4)

L-Istati Membri li jużaw metodi ta' analiżi ta' residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella f'punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta' skrinjar kwalitattiv, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta' metodi kwantitattivi ta' residwi multipli.

Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu ta' mmirar li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet.

(5)

Għadd minimu ta' kampjuni għal kull Stat Membru għal kull prodott:

Stat Membru

Kampjuni

 

Stat Membru

Kampjuni

BE

12

LU

12

BG

12

HU

12

CZ

12

MT

12

DK

12

NL

18

DE

97

AT

12

EE

12

PL

47

EL

12

PT

12

ES

50

RO

20

FR

71

SI

12

IE

12

SK

12

IT

69

FI

12

CY

12

SE

12

LV

12

UK

71

LT

12

HR

12

L-GĦADD TOTALI TA' KAMPJUNI: 683