|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/35 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/645
tal-5 ta' April 2017
li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Latvjana tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sar żball fil-verżjoni tal-lingwa Latvjana tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2013 (3). Għalhekk hemm bżonn ta' korrezzjoni fit-test tan-noti ta' qiegħ il-paġna fit-tabelli tal-punti 5.1.1, 5.1.3 u 5.1.5 fl-Anness I fil-verżjoni tal-lingwa Latvjana tar-Regolament (KE) Nru 152/2009. Il-verżjonijiet tal-lingwi l-oħrajn mhumiex affettwati. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Jikkonċerna biss il-verżjoni tal-lingwa Latvjana.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2013 tad-19 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 152/2009 dwar metodi ta' kampjunar u analiżi (ĠU L 197, 20.7.2013, p. 1).