6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/623
tat-30 ta' Marzu 2017
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-aċekinoċil, għall-amitraz, għall-kumafos, għad-diflufenikan, għall-flumekina, għall-metribużin, għall-permetrina, għall-piraklostrobin u għas-streptomiċina f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għad-diflufenikan u għall-piraklostrobin, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-amitraz u għall-permetrina, l-MRLs ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. Għall-aċekinoċil u għall-metribużin, l-MRLs ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. Għall-kumafos, għall-flumekina u għas-streptomiċina, ma ġewx stabbiliti MRLs speċifiċi u l-anqas ma ġew inklużi fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament, u għaldaqstant għalihom japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg stabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) tiegħu. |
(2) |
Fil-kuntest ta' proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva aċekinoċil fuq il-gherkins, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jinbidel l-MRL eżistenti. |
(3) |
Fir-rigward tad-diflufenikan u l-metribużin, tressqet applikazzjoni bħal din għaż-żebbuġ li jintuża għall-produzzjoni taż-żejt. Għall-piraklostrobin, tressqet applikazzjoni bħal din għaċ-chards. |
(4) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti tal-evalwazzjoni tressqu lill-Kummissjoni. |
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti tal-evalwazzjoni u eżaminat b'mod partikulari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat l-opinjonijiet motivati tagħha dwar l-MRLs proposti (2). L-Awtorità għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u qegħdithom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(6) |
F'dak li għandu x'jaqsam ma' dawk l-applikazzjonijiet kollha, l-Awtorità kkonkludiet li kienu ssodisfati r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta u li, abbażi ta' valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp speċifiku Ewropew ta' konsumaturi, il-modifiki fl-MRLs li talbu l-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumaturi. L-Awtorità qieset l-aktar informazzjoni riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanza. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minn konsum estrem tal-prodotti rilevanti ma wrew li kien hemm riskju li jinqabżu l-konsum aċċettabbli ta' kuljum jew id-doża akuta ta' referenza. |
(7) |
L-amitraz, il-flumekina, il-permetrina u s-streptomiċina huma sustanzi farmakoloġikament attivi fil-mediċina veterinarja. Fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, l-MRLs għandhom jiġu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 bl-istess livelli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (3) minħabba li l-esponiment mill-użu fi prodotti mediċinali veterinarji huwa mistenni li jkun ogħla milli mill-użu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dawk l-MRLs huma sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni (4). |
(8) |
Fir-rigward tal-kumafos, l-Awtorità identifikat tħassib b'rabta mal-valutazzjoni tar-riskju kroniku, li jeħtieġ li jiġi indirizzat permezz ta' deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji. Filwaqt li jitqies li r-Regolament (UE) Nru 37/2010 jistabbilixxi MRL għall-kumafos fl-għasel biss u meta wieħed iqis il-kontribuzzjoni baxxa ta' dak il-prodott għall-esponiment kroniku tal-konsumatur, huwa xieraq li jiġi stabbilit MRL għall-għasel u għal prodotti oħra tal-apikultura fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 fl-istess livell. |
(9) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, l-emendi xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(10) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA huma disponibbli onlajn fuq: http://www.efsa.europa.eu:
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue level for acequinocyl in gherkins. EFSA Journal 2016;14(8):4568 [13 pp.]. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue level for diflufenican in olives for oil production. EFSA Journal 2016;14(10):4585 [15 pp.]. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue level for metribuzin in olives for oil production. EFSA Journal 2016;14(10):4591 [13 pp.]. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue level for pyraclostrobin in beet leaves (chards). EFSA Journal 2016;14(8):4552 [14 pp.]. |
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
(4) Reasoned opinion on the setting of maximum residue levels for amitraz, coumaphos, flumequine, oxytetracycline, permethrin and streptomycin in certain products of animal origin. EFSA Journal 2016;14(8):4570 [39 pp.].
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(F) |
= |
Idub fix-xaħam |
Diflufenikan (F)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istabbiltà tal-ħażna bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sas-17 ta' April 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istabbilità tal-ħażna, il-provi tar-residwu u l-Prattiki Agrikoli Tajbin għal barra fit-Tramuntana bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sas-17 ta' April 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istabbiltà tal-ħażna bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sas-17 ta' April 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sas-17 ta' April 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
Piraklostrobin (F)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.”
(*2) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(3) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
Aċekinoċil
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|