31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/417


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/589

tad-19 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzattivi tad-ditti ta' investiment involuti f'negozjar algoritmiku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (d) tal-Artikolu 17(7) tagħha.

Billi:

(1)

Is-sistemi u l-kontrolli tar-riskji użati minn ditta ta' investiment involuta f'negozjar algoritmiku, li jipprovdu aċċess elettroniku dirett u jaġixxu bħala membri ġenerali tal-ikklirjar, huma effiċjenti, reżiljenti u għandhom kapaċità xierqa, wara li kkunsidraw in-natura, id-daqs u l-komplessità tal-mudell ta' negozju ta' dawn id-ditti ta' investiment.

(2)

Minħabba f'hekk, ditta ta' investiment għandha tindirizza r-riskji kollha li jistgħu jaffettwaw l-elementi ewlenin ta' sistema ta' negozjar algoritmiku, inklużi riskji relatati mal-ħardwer, mas-softwer u mal-linji ta' komunikazzjoni assoċjati użati minn dik id-ditta biex twettaq l-attivitajiet ta' negozjar tagħha. Sabiex jiġu żgurati l-istess kundizzjonijiet għal negozjar algoritmiku b'mod indipendenti mill-forma ta' negozjar, kwalunkwe tip ta' sistema ta' eżekuzzjoni jew sistema ta' ġestjoni marbuta mal-ordnijiet li titħaddem minn ditta ta' investiment għandha tkun koperta minn dan ir-Regolament.

(3)

Bħala parti mill-qafas ta' governanza ġenerali u l-qafas tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha, ditta ta' investiment għandu jkollha arranġament ta' governanza ċar u formalizzat, inklużi linji ta' kontabbiltà ċari, proċeduri effettivi għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni u separazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet. Dan l-arranġament għandu jiżgura dipendenza mnaqqsa fuq persuna jew unità individwali.

(4)

It-testijiet tal-konformità għandhom isiru sabiex jivverifikaw li s-sistemi ta' negozjar ta' ditta ta' investiment jikkomunikaw u jinteraġixxu kif suppost mas-sistemi ta' negozjar taċ-ċentru ta' negozjar jew tal-fornitur ta' aċċess għas-suq dirett (ASD) u li d-dejta tas-suq tiġi pproċessata b'mod korrett.

(5)

Algoritmi għad-deċiżjoni ta' investiment jieħdu deċiżjonijiet ta' negozjar awtomatiċi billi jiġi ddeterminat liema strument finanzjarju għandu jinxtara jew jinbiegħ. Algoritmi għall-eżekuzzjoni tal-ordniijiet jottimizzaw il-proċessi ta' eżekuzzjoni tal-ordnijiet b'ġenerazzjoni awtomatika u sottomissjoni ta' ordnijiet jew kwotazzjonijiet, lil ċentru ta' negozjar wieħed jew ħafna ladarba d-deċiżjoni ta' investiment tkun ittieħdet. Algoritmi ta' negozjar li huma algoritmi għad-deċiżjoni ta' investiment għandhom jiġu ddifferenzjati mill-algoritmi għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet wara li jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-funzjonament ġenerali, ġust u xieraq tas-suq.

(6)

Ir-rekwiżiti dwar l-ittestjar ta' algoritmi ta' negozjar għandhom ikunu bbażati fuq l-impatt potenzjali li dawk l-algoritmi jista' jkollhom fuq il-funzjonament ġenerali, ġust u xieraq tas-suq. F'dan ir-rigward, algoritmi għad-deċiżjoni ta' investiment puri biss li jiġġeneraw ordnijiet li għandhom jiġu eżegwiti biss minn mezzi mhux awtomatizzati u b'intervent tal-bniedem għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta' ttestjar.

(7)

Meta jiġu introdotti l-algoritmi ta' negozjar, ditta ta' investiment għandha tiżgura skjerament ikkontrollat ta' algoritmi ta' negozjar, irrispettivament minn jekk dawn l-algoritmi ta' negozjar ikunux ġodda jew ikunux ġew skjerati b'suċċess preċedentament f'ċentru ieħor ta' negozjar, u jekk l-arkitettura tagħhom ġietx immodifikata b'mod materjali. L-iskjerament ikkontrollat tal-algoritmi ta' negozjar għandhom jiżguraw li l-algoritmi ta' negozjar iġibu ruħhom kif mistenni f'ambjent ta' produzzjoni. Id-ditta ta' investiment għalhekk għandha tistipula limiti kawti fuq l-għadd ta' strumenti finanzjarji li qegħdin jiġu nnegozjati, il-prezz, il-valur u n-numru ta' ordnijiet, il-pożizzjonijiet ta' strateġija u l-għadd ta' swieq involuti u billi jsir monitoraġġ tal-attività tal-algoritmu b'mod aktar intensiv.

(8)

Il-konformità mar-rekwiżiti organizzattivi speċifiċi għal ditta ta' investiment għandha tiġi ddeterminata skont awtovalutazzjoni li tinkludi valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk din l-awtovalutazzjoni għandha tinkludi ċ-ċirkostanzi l-oħrajn kollha li jista' jkollhom impatt fuq l-organizzazzjoni ta' dik id-ditta ta' investiment. Dik l-awtovalutazzjoni għandha ssir regolarment u għandha tippermetti lid-ditta ta' investiment tikseb fehim sħiħ tas-sistemi ta' negozjar u l-algoritmi ta' negozjar li hija tuża u r-riskji li jirriżultaw min-negozjar algoritmiku, irrispettivament minn jekk dawk is-sistemi u l-algoritmi jkunux ġew żviluppati mid-ditta ta' investiment innifisha, inxtrawx minn parti terza, jew ġewx iddisinjati jew żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib ma' klijent jew parti terza.

(9)

Ditta ta' investiment għandha tkun kapaċi tirtira l-ordnijiet kollha tagħha jew uħud minnhom fejn dan isir neċessarju (funzjonalità ta' kanċellazzjoni, “kill functionality”). Biex dan l-irtirar ikun effettiv, ditta ta' investiment għandha dejjem tkun f'pożizzjoni li tkun taf liema algoritmi ta' negozjar, negozjanti jew klijenti huma responsabbli għal ordni.

(10)

Ditta ta' investiment involuta f'negozjar algoritmiku għandha tagħmel monitoraġġ li s-sistemi tagħha ta' negozjar ma jistgħu jintużaw għall-ebda skop li jmur kontra r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew ir-regoli ta' ċentru ta' negozjar li din tkun marbuta miegħu. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet suspettużi għandhom jiġu rapportati lill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

(11)

Tipi differenti ta' riskji għandhom jiġu indirizzati minn tipi differenti ta' kontrolli. Kontrolli qabel in-negozjar għandhom isiru qabel ma ordni tiġi ppreżentata lil ċentru ta' negozjar. Ditta ta' investiment għandha tagħmel monitoraġġ ukoll tal-attività tagħha ta' negozjar u timplimenta twissijiet f'ħin reali li jidentifikaw sinjali ta' negozjar diżordinat jew ksur tal-limiti tagħha ta' qabel in-negozjar. Għandhom jiġu implimentati kontrolli ta' wara n-negozjar sabiex isir monitoraġġ tas-suq u r-riskji ta' kreditu tad-ditta ta' investiment permezz ta' rikonċiljazzjoni ta' wara n-negozjar. Barra dan, għandu jiġi evitat abbuż potenzjali tas-suq u ksur tar-regoli taċ-ċentru ta' negozjar permezz ta' sistemi ta' sorveljanza speċifiċi li jiġġeneraw twissijiet mhux aktar tard mill-jum ta' wara u li jkunu kalibrati biex inaqqsu twissijiet pożittivi foloz u negattivi foloz.

(12)

Il-ġenerazzjoni ta' twissijiet wara l-monitoraġġ f'ħin reali għandha ssir bl-aktar mod istantanju u tekniku possibbli. Kwalunkwe azzjoni wara dak il-monitoraġġ għandha ssir kemm jista' jkun malajr wara li jiġi kkunsidrat livell raġonevoli ta' effiċjenza u nefqa tal-persuni u s-sistemi kkonċernati.

(13)

Ditta ta' investiment li tipprovdi aċċess elettroniku dirett (“fornitur ta' DEA”) għandha tibqa' responsabbli għan-negozjar li jsir permezz tal-użu ta' kodiċi tagħha ta' negozjar mill-klijenti tad-DEA tagħha. Fornitur ta' DEA għandu għalhekk jistabbilixxi politiki u proċeduri sabiex jiżgura li n-negozjar tal-klijenti DEA tiegħu jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għal dak il-fornitur. Dik ir-responsabbiltà għandha tikkostitwixxi l-fattur prinċipali għat-twaqqif ta' kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar u għall-valutazzjoni tal-adegwatezza ta' klijenti prospettivi tad-DEA. Fornitur tad-DEA għalhekk għandu jkollu għarfien suffiċjenti dwar l-intenzjonijiet, il-kapaċitajiet, ir-riżorsi finanzjarji u l-affidabbiltà tal-klijenti tiegħu tad-DEA, inkluż, meta disponibbli għall-pubbliku, informazzjoni dwar l-istorja dixxiplinarja tal-klijenti prospettivi tad-DEA ma' awtoritajiet kompetenti u ċentri ta' negozjar.

(14)

Fornitur tad-DEA għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament anke fejn dan ma jkunx involut f'negozjar algoritmiku, peress li l-klijenti tiegħu jistgħu jużaw d-DEA biex ikunu involuti f'negozjar algoritmiku.

(15)

Valutazzjoni tad-diliġenza dovuta ta' klijenti prospettivi tad-DEA għandha tiġi adattata għar-riskji li jirriżultaw min-natura, mid-daqs u mill-komplessità tal-attivitajiet ta' negozjar mistennija tagħhom u għad-DEA li qiegħed jiġi pprovdut. B'mod partikolari, għandhom jiġu vvalutati l-livell mistenni ta' negozjar u l-volum tal-ordnijiet u t-tip ta' konnessjoni offruta liċ-ċentri rilevanti ta' negozjar.

(16)

Il-kontenut u l-format tal-forom li għandhom jintużaw minn ditta ta' investiment involuta f'teknika ta' negozjar ta' frekwenza għolja biex jiġu ppreżentati r-rekords tal-ordnijiet tagħha lill-awtoritajiet kompetenti u t-tul ta' żmien li għandhom jinżammu dawn ir-rekords għandhom jiġu stabbiliti.

(17)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-obbligu ġenerali għal ditta ta' investiment biex iżżomm rekords ta' ordnijiet, il-perjodi meħtieġa għaż-żamma tar-rekords għal ditta ta' investiment involuta f'teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(18)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(19)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(20)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

REKWIŻITI ORGANIZZAZZJONALI ĠENERALI

Artikolu 1

Rekwiżiti organizzazzjonali ġenerali

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Bħala parti mill-governanza ġenerali u l-qafas tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, ditta ta' investiment għandha tistabbilixxi u tagħmel monitoraġġ tas-sistemi ta' negozjar u l-algoritmi ta' negozjar tagħha permezz ta' arranġament ta' governanza ċar u formalizzat, wara li tiġi kkunsidrata n-natura, id-daqs u l-komplessità tan-negozju tagħha u t-twaqqif ta':

(a)

linji ċari ta' responsabbiltà, li jinkludu proċeduri għall-approvazzjoni tal-iżvilupp, l-użu u l-aġġornament sussegwenti tal-algoritmi tan-negozjar u sabiex jiġu solvuti l-problemi identifikati waqt il-monitoraġġ tal-algoritmi tan-negozjar;

(b)

proċeduri effettivi għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni fid-ditta ta' investiment, b'mod li l-istruzzjonijiet jistgħu jintalbu u jiġu implimentati b'manjiera effiċjenti u fil-ħin;

(c)

fuq naħa s-separazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' postijiet tan-negozjar u fuq in-naħa l-oħra l-funzjonijiet ta' appoġġ, inklużi funzjonijiet ta' kontroll tar-riskju u dawk ta' konformità, sabiex jiġi żgurat li attività ta' negozjar mhux awtorizzata ma tkunx tista' tinħeba.

Artikolu 2

Rwol tal-funzjoni ta' konformità

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tiżgura li l-persunal ta' konformità tagħha jkollu mill-inqas fehim ġenerali tal-mod li bih jaħdmu s-sistemi ta' negozjar algoritmiku u n-negozju tal-algoritmi tad-ditta ta' investiment. Il-persunal ta' konformità għandu jkun f'kuntatt kontinwu mal-persuni fid-ditta li għandhom għarfien tekniku ddettaljat tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku u l-algoritmi tad-ditta.

2.   Ditta ta' investiment għandha tiżgura wkoll li l-persunal ta' konformità, fi kwalunkwe ħin, ikollu kuntatt mal-persuna jew mal-persuni fid-ditta ta' investiment li jkollhom aċċess għall-funzjonalità msemmija fl-Artikolu 12 (“funzjonalità ta' kanċellazzjoni”) jew aċċess dirett għal dik il-funzjonalità ta' kanċellazzjoni u għal dawk li jkunu responsabbli għal kull sistema ta' negozjar jew algoritmu.

3.   Meta funzjoni ta' konformità jew elementi tagħha jiġu esternalizzati lil parti terza, ditta ta' investiment għandha tipprovdi lill-parti terza l-istess aċċess għall-informazzjoni li kieku tagħti lill-persunal ta' konformità proprju tagħha. Ditta ta' investiment għandha tiżgura li permezz ta' tali funzjoni esterna ta' konformità:

(a)

il-privatezza tad-dejta hija ggarantita;

(b)

il-funzjoni ta' konformità tista' tiġi vverifikata minn awdituri interni u esterni jew minn awtorità kompetenti.

Artikolu 3

Persunal

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha timpjega għadd suffiċjenti ta' persunal bil-ħiliet meħtieġa biex iġestixxu s-sistemi ta' negozjar algoritmiku u b'għarfien tekniku suffiċjenti ta':

(a)

is-sistemi ta' negozjar u algoritmi rilevanti;

(b)

il-monitoraġġ u l-ittestjar ta' tali sistemi u algoritmi;

(c)

l-istrateġiji ta' negozjar li d-ditta ta' investiment tuża permezz tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku u l-algoritmi tan-negozjar tagħha;

(d)

l-obbligi legali tad-ditta ta' investiment

2.   Ditta ta' investiment għandha tispeċifika l-ħiliet meħtieġa msemmijin fil-paragrafu 1. Il-persunal imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu dawk il-ħiliet meħtieġa fil-mument tar-reklutaġġ jew għandu jakkwistahom permezz ta' taħriġ wara r-reklutaġġ. Id-ditta ta' investiment għandha tiżgura li dawk il-ħiliet tal-persunal jibqgħu aġġornati permezz ta' taħriġ kontinwu u għandha tivvaluta l-ħiliet tiegħu fuq bażi regolari.

3.   It-taħriġ tal-persunal imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun adattat għall-esperjenza u r-responsabbiltajiet tal-persunal, wara li tkun ġiet ikkunsidrata n-natura, id-daqs u l-komplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment. B'mod partikolari, il-persunal involut fis-sottomissjoni ta' ordnijiet għandu jirċievi taħriġ fuq is-sistemi ta' sottomissjoni tal-ordnijiet u l-abbuż tas-suq.

4.   Ditta ta' investiment għandha tiżgura li l-persunal responsabbli għall-funzjonijiet ta' riskju u konformità ta' negozjar algoritmiku jkollu:

(a)

biżżejjed għarfien ta' negozjar algoritmiku u strateġiji;

(b)

biżżejjed ħiliet biex isegwi l-informazzjoni pprovduta minn twissijiet awtomatiċi;

(c)

biżżejjed awtorità biex jikkontesta l-persunal responsabbli min-negozjar algoritmiku meta tali attività ta' negozjar twassal għal kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati jew suspetti ta' abbuż tas-suq.

Artikolu 4

Esternalizzazzjoni u akkwist tal-IT

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tibqa' responsabbli bis-sħiħ għall-obbligi tagħha skont dan ir-Regolament fejn din testernalizza jew takkwista softwer jew ħardwer użati f'attivitajiet ta' negozjar algoritmiku.

2.   Ditta ta' investiment għandu jkollha għarfien biżżejjed u d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità effettiva mal-paragrafu 1 fir-rigward ta' kwalunkwe ħardwer jew softwer akkwistat jew esternalizzat u użat f'negozjar algoritmiku.

KAPITOLU II

REŻILJENZA TAS-SISTEMI TA' NEGOZJAR

TAQSIMA I

Ittestjar u skjerament ta' sistemi u strateġiji ta' algoritmi ta' negozjar

Artikolu 5

Metodoloġija ġenerali

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Qabel l-iskjerament jew aġġornament sostanzjali ta' sistema ta' negozjar algoritmiku, algoritmu ta' negozjar jew strateġija ta' negozjar algoritmiku, ditta ta' investiment għandha tistabbilixxi b'mod ċar metodoloġiji delineati sabiex tiżviluppa u tittestja tali sistemi, algoritmi jew strateġiji.

2.   Persuna maħtura mill-maniġment superjuri tad-ditta ta' investiment għandha tawtorizza l-iskjerament jew l-aġġornament sostanzjali ta' sistema ta' negozjar algoritmiku, algoritmu ta' negozjar jew strateġija ta' negozjar algoritmiku.

3.   Il-metodoloġiji msemmijin fil-paragrafu 1 jindirizzaw id-disinn, iż-żamma ta' rekords u l-approvazzjoni tas-sistema ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmu ta' negozjar jew l-istrateġija ta' negozjar algoritmiku. Jistabbilixxu wkoll l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet, l-allokazzjoni ta' biżżejjed riżorsi u l-proċeduri sabiex jinstabu struzzjonijiet fi ħdan id-ditta ta' investiment.

4.   Il-metodoloġiji msemmijin fil-paragrafu 1 jiżguraw li s-sistema ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmu ta' negozjar jew l-istrateġija ta' negozjar algoritmiku:

(a)

ma taġixxix b'mod mhux intenzjonat;

(b)

tikkonforma mal-obbligi tad-ditta ta' investiment skont dan ir-Regolament;

(c)

tikkonforma mar-regoli u s-sistemi taċ-ċentri ta' negozjar aċċessibbli mid-ditta ta' investiment;

(d)

ma tikkontribwix għal kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar, tkompli taħdem b'mod effettiv f'kundizzjonijiet tas-suq taħt tensjoni u, fejn meħtieġ skont dawk il-kundizzjonijiet, tippermetti li s-sistema ta' negozjar algoritmiku jew l-algoritmu ta' negozjar jintfew.

5.   Ditta ta' investiment għandha tadatta l-metodoloġiji ta' ttestjar tagħha għaċ-ċentri ta' negozjar u s-swieq fejn ikun se jiġi skjerat l-algoritmu ta' negozjar. Ditta ta' investiment għandha twettaq ittestjar ulterjuri jekk ikun hemm bidliet sostanzjali fis-sistema ta' negozjar algoritmiku jew fl-aċċess għaċ-ċentru ta' negozjar li fih għandha tintuża s-sistema ta' negozjar algoritimku, l-algoritmu ta' negozjar jew l-istrateġija ta' negozjar algoritmiku.

6.   Il-paragrafi 2 sa 5 japplikaw biss għal algoritmi ta' negozjar li jwasslu għall-eżekuzzjoni tal-ordni.

7.   Ditta ta' investiment għandha żżomm rekords ta' kwalunkwe bidla materjali li ssir fis-softwer użat għan-negozjar algoritmiku, li jippermettulha li tiddetermina:

(a)

meta saret bidla;

(b)

il-persuna li għamlet il-bidla;

(c)

il-persuna li approvat il-bidla;

(d)

in-natura tal-bidla.

Artikolu 6

Ittestjar tal-konformità

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tittestja l-konformità tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku u tal-algoritmi ta' negozjar tagħha ma':

(a)

is-sistema taċ-ċentru ta' negozjar f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

meta jsir aċċess f'dak iċ-ċentru ta' negozjar bħala membru;

(ii)

meta jkun hemm konnessjoni ma' dak iċ-ċentru ta' negozjar permezz ta' arranġament ta' aċċess sponsorjat għall-ewwel darba;

(iii)

meta jkun hemm bidla materjali fis-sistemi ta' dak iċ-ċentru ta' negozjar;

(iv)

qabel l-iskjerament jew l-aġġornament materjali tas-sistema ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmu ta' negozjar jew l-istrateġija ta' negozjar algoritmiku ta' dik id-ditta ta' investiment.

(b)

is-sistema tal-fornitur tal-aċċess dirett għas-suq f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

meta jkun hemm aċċess għal dak iċ-ċentru ta' negozjar permezz ta' arranġament ta' aċċess dirett għall-ewwel darba;

(ii)

meta jkun hemm bidla materjali li taffettwa l-funzjonalità tal-aċċess dirett għas-suq ta' dak il-fornitur;

(iii)

qabel l-iskjerament jew l-aġġornament materjali tas-sistema ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmu ta' negozjar jew l-istrateġija ta' negozjar algoritmiku ta' dik id-ditta ta' investiment.

2.   It-testijiet ta' konformità jivverifikaw jekk l-elementi bażiċi tas-sistema ta' negozjar algoritmiku jew l-algoritmu ta' negozjar jaħdmux tajjeb u skont ir-rekwiżiti taċ-ċentru ta' negozjar jew il-fornitur tal-aċċess dirett għas-suq. Għal dan il-għan, l-ittestjar jivverifika li s-sistema ta' negozjar algoritmiku jew l-algoritmu ta' negozjar:

(a)

jinteraġixxu mal-loġika ta' tqabbil taċ-ċentru ta' negozjar kif maħsub;

(b)

jipproċessaw adegwatament il-flussi tad-dejta li jkunu tniżżlu miċ-ċentru ta' negozjar.

Artikolu 7

Ambjenti tal-ittestjar

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tiżgura li l-ittestjar skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (d) jitwettaq f'ambjent separat mill-ambjent ta' produzzjoni tagħha, li jintuża speċifikament għall-ittestjar u l-iżvilupp ta' sistemi ta' negozjar algoritmiku u algoritmi ta' negozjar.

Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, ambjent ta' produzzjoni jfisser ambjent fejn sistemi ta' negozjar algoritmiku jaħdmu effettivament, u jinkludi softwer u ħardwer użati minn negozjati, ordni ta' rotta għal ċentri ta' negozjar, dejta tas-suq, bażijiet tad-dejta dipendenti, sistemi ta' kontroll tar-riskju, ġbir tad-dejta, sistemi ta' analiżi u sistemi ta' pproċessar wara n-negozjar.

2.   Ditta ta' investiment tista' tkun konformi mar-rekwiżiti ta' ttestjar imsemmija fil-paragrafu 1 billi tuża l-ambjent ta' ttestjar proprju tagħha jew ambjent ta' ttestjar ipprovdut minn ċentru ta' negozjar, fornitur ta' DEA jew bejjiegħ.

3.   Ditta ta' investiment għandha żżomm ir-responsabbiltà sħiħa għall-ittestjar tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmi ta' negozjar jew l-istrateġiji ta' negozjar algoritmiku tagħha u biex tagħmlilhom kwalunkwe bidla meħtieġa.

Artikolu 8

Skjerament ikkontrollat ta' algoritmi

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Qabel l-iskjerament ta' algorittmu ta' negozjar, ditta ta' investiment għandha tistipula limiti predefiniti dwar:

(a)

l-għadd ta' strumenti finanzjarji li qed jiġu nnegozjati;

(b)

il-prezz, il-valur u n-numru ta' ordnijiet;

(c)

il-pożizzjonijiet ta' strateġija; kif ukoll

(d)

in-numru ta' ċentri ta' negozjar li qed jintbagħtulhom l-ordnijiet.

TAQSIMA 2

Immaniġġjar wara l-iskjerament

Artikolu 9

Awtovalutazzjoni annwali u validazzjoni

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha twettaq awtovalutazzjoni annwali u proċess ta' validazzjoni u abbażi ta' dan il-proċess toħroġ rapport ta' validazzjoni. Matul dan il-proċess, id-ditta ta' investiment għandha tirrevedi, tevalwa u tivvalida l-oqsma li ġejjin:

(a)

is-sistemi ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmi tan-negozjar u l-istrateġiji ta' negozjar algoritmiku tagħha;

(b)

il-qafas tagħha ta' governanza, responsabbiltà u approvazzjoni;

(c)

l-arranġament tagħha għall-kontinwità tan-negozju;

(d)

il-konformità ġenerali tagħha mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2014/65/UE, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha.

L-awtovalutazzjoni tinkludi mill-anqas analiżi tal-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji tad-ditta ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (5), tfassal ir-rapport ta' validazzjoni u, għal dan il-għan, għandha tinvolvi persunal bl-għarfien tekniku neċessarju. Il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji għandha tinforma lill-funzjoni ta' verifika tal-konformità dwar kwalunkwe nuqqas identifikat fir-rapport ta' validazzjoni.

3.   Ir-rapport ta' validazzjoni jiġi awditjat mill-uffiċċju tal-awditjar intern tad-ditta, meta tkun teżisti tali funzjoni, u jkun soġġett għall-approvazzjoni mill-maniġment superjuri tad-ditta ta' investiment.

4.   Ditta ta' investiment għandha tirrimedja kwalunkwe nuqqas identifikat abbażi tar-rapport ta' validazzjoni.

5.   Meta ditta ta' investiment ma tkunx stabbiliet funzjoni għall-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/565, ir-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward tal-funzjoni għall-ġestjoni tar-riskju f'dan ir-Regolament japplikaw għal kwalunkwe funzjoni oħra stabbilita mid-ditta ta' investiment skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/565.

Artikolu 10

Test tal-istress

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Bħala parti mill-awtovalutazzjoni annwali tagħha msemmija fl-Artikolu 9, ditta ta' investiment għandha tittestja li s-sistemi ta' negozjar algoritmiku tagħha u l-proċeduri u l-kontrolli tagħha msemmija fl-Artikoli 12 sa 18 jistgħu jifilħu għal żidiet fil-flussi tal-ordnijiet jew stress tas-suq. Id-ditta ta' investiment għandha tfassal dawn it-testijiet, wara li tqis in-natura tal-attività ta' negozjar tagħha u s-sistemi ta' negozjar tagħha. Id-ditta ta' investiment għandha tassigura li t-testijiet jitwettqu b'mod li ma jaffettwawx l-ambjent tal-produzzjoni. Dawn it-testijiet jinkludu:

(a)

testijiet b'volum għoli ta' messaġġi billi jintuża l-akbar għadd ta' messaġġi riċevuti u mibgħuta mid-ditta ta' investiment matul is-sitt xhur ta' qabel, immultiplikat bi tnejn;

(b)

testijiet b'volum għoli ta' negozjar, billi jintuża l-ogħla volum ta' negozjar milħuq mid-ditta ta' investiment matul is-sitt xhur ta' qabel, immultiplikat bi tnejn.

Artikolu 11

Ġestjoni ta' bidliet materjali

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tassigura li kwalunkwe bidla materjali proposta fl-ambjent tal-produzzjoni relatata man-negozjar algoritmiku tkun preċeduta minn analiżi ta' dik il-bidla minn persuna maħtura mill-maniġment superjuri tad-ditta ta' investiment. Id-dettall tal-analiżi għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-bidla proposta.

2.   Ditta ta' investiment għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tassigura li kwalunkwe bidla fil-funzjonalità tas-sistemi tagħha tiġi kkomunikata lin-negozjanti responsabbli mill-algoritmu u lill-funzjoni tal-konformità u lill-funzjoni ta' ġestjoni tar-riskju.

TAQSIMA 3

Mezzi sabiex tkun assigurata r-reżiljenza

Artikolu 12

Funzjonalità ta' kanċellazzjoni

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tkun kapaċi tikkanċella immedjatament, bħala miżura ta' emerġenza, kwalunkwe ordni mhux eżegwita tagħha, jew kollha kemm huma, fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar, jew kollha kemm huma, li magħhom tkun konnessa d-ditta ta' investiment (funzjonalità ta' kanċellazzjoni).

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ordnijiet mhux eżegwiti għandhom jinkludu dawk oriġinati minn negozjanti, postijiet tan-negozjar jew, fejn applikabbli, klijenti individwali.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u 2, ditta ta' investiment għandha tkun kapaċi tidentifika liema algoritmu ta' negozjar u liema negozjant, post tan-negozjar jew, fejn applikabbli, liema klijent ikunu responsabbli għal kull ordni li tkun intbagħtet lil ċentru tan-negozjar.

Artikolu 13

Sistema ta' sorveljanza awtomatika għall-identifikazzjoni ta' manipulazzjoni tas-suq

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tagħmel monitoraġġ tal-attività ta' negozjar kollha li sseħħ permezz tas-sistemi ta' negozjar tagħha, inkluża dik tal-klijenti tagħha, għal sinjali ta' manipulazzjoni potenzjali tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-ditta ta' investiment għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta' sorveljanza li tkun awtomatizzata u li tagħmel monitoraġġ b'mod effettiv tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet, tiġġenera twissijiet u rapporti u, fejn ikun xieraq, tuża għodod ta' viżwalizzazzjoni.

3.   Is-sistema ta' sorveljanza awtomatizzata għandha tkopri l-firxa sħiħa tal-attivitajiet ta' negozjar imwettqa mid-ditta ta' investiment u l-ordnijiet kollha ppreżentati minnha. Għandha tkun iddisinjata b'kunsiderazzjoni tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attività ta' negozjar tad-ditta ta' investiment, bħat-tip u l-volum tal-istrumenti negozjati, id-daqs u l-kumplessità tal-fluss tal-ordnijiet tagħha, u s-swieq aċċessati.

4.   Id-ditta ta' investiment għandha tikkontroverifika kwalunkwe indikazzjoni ta' attività ta' negozjar suspettuża li tkun ġiet iġġenerata mis-sistema ta' sorveljanza awtomatizzata tagħha waqt il-fażi tal-investigazzjoni ma' attivitajiet ta' negozjar rilevanti oħra mwettqa minn dik id-ditta.

5.   Is-sistema ta' sorveljanza awtomatizzata tad-ditta ta' investiment għandha tkun adattabbli għall-bidliet fl-obbligi regolatorji u l-attività ta' negozjar tad-ditta ta' investiment, inklużi bidliet fl-istrateġija ta' negozjar proprja tagħha u f'dik tal-klijenti tagħha.

6.   Id-ditta ta' investiment għandha teżamina s-sistema ta' sorveljanza awtomatizzata tagħha mill-anqas darba fis-sena sabiex tivvaluta jekk is-sistema u l-parametri u l-filtri li tuża jkunux għadhom adegwati għall-obbligi regolatorji tad-ditta ta' investiment u l-attività ta' negozjar tagħha, inkluża l-kapaċità tagħha li timminimizza l-ġenerazzjoni ta' twissijiet ta' sorveljanza pożittivi u negattivi foloz iġġenerati mis-sistema ta' sorveljanza.

7.   Bl-użu ta' livell dettaljat biżżejjed ta' granularità tal-ħin, is-sistema ta' sorveljanza awtomatizzata tad-ditta ta' investiment għandha tkun kapaċi taqra, terġa' ddur u tanalizza d-dejta tal-ordni u tat-tranżazzjoni fuq bażi ex post, b'kapaċità biżżejjed sabiex tkun kapaċi topera f'ambjent ta' negozjar b'latenza baxxa awtomatizzat fejn hu rilevanti. Għandha tkun kapaċi wkoll tiġġenera twissijiet operabbli fil-bidu tal-ġurnata ta' negozjar li jmiss jew, fejn huma involuti proċessi manwali, fit-tmiem tal-ġurnata ta' negozjar li jmiss. Is-sistema ta' sorveljanza tad-ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ dokumentazzjoni u proċeduri adegwati għas-segwitu effettiv tat-twissijiet iġġenerati minnha.

8.   Il-persunal responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' negozjar tad-ditta ta' investiment għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 7, għandu jirrapporta lill-funzjoni tal-konformità kwalunkwe attività ta' negozjar li tista' ma tkunx konformi mal-politiki u l-proċeduri tad-ditta ta' investiment jew mal-obbligi regolatorji tagħha. Il-funzjoni ta' verifika tal-konformità għandha tivvaluta dik l-informazzjoni u tieħu l-azzjoni xierqa. Azzjoni bħal din għandha tinkludi r-rappurtar liċ-ċentru ta' negozjar jew il-preżentazzjoni ta' rapport dwar tranżazzjoni jew ordni suspettuża skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

9.   Ditta ta' investiment għandha tassigura li r-rekords tagħha tal-informazzjoni dwar in-negozjar u l-kontijiet ikunu preċiżi, sħaħ u konsistenti billi tirrikonċilja bl-aktar mod fis prattikabbli d-dejta tan-negozjar elettroniku proprju tagħha mar-rekords ipprovduti miċ-ċentri tan-negozjar, is-sensara, il-membri tal-ikklirjar, il-kontropartijiet ċentrali, il-fornituri tad-dejta jew sħab kummerċjali rilevanti oħra tagħha, kif ikun applikabbli u xieraq għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju.

Artikolu 14

Arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju għas-sistemi ta' negozjar algoritmiku tagħha li jkunu adatti għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu dokumentati f'mezz durabbli.

2.   L-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju ta' ditta ta' investiment għandhom jittrattaw b'mod effettiv inċidenti ta' tħarbit u, fejn ikun xieraq, jassiguraw bidu mill-ġdid f'waqtu tan-negozjar algoritmiku. Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu adattati għas-sistemi ta' negozjar ta' kull ċentru ta' negozjar aċċessat u għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

qafas ta' governanza għall-iżvilupp u l-użu tal-arranġament ta' kontinwità tan-negozju;

(b)

firxa ta' xenarji avversi possibbli relatati mal-operat tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku, inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' sistemi, persunal, spazju ta' ħidma, fornituri esterni jew ċentri tad-dejta jew it-telf jew l-alterazzjoni ta' dejta u dokumenti kritiċi;

(c)

proċeduri għar-rilokazzjoni tas-sistema ta' negozjar f'sit ta' riżerva u t-tħaddim tas-sistema ta' negozjar minn dak is-sit, fejn il-pussess ta' tali sit ikun xieraq għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' negozjar algoritmiku tad-ditta ta' investiment;

(d)

taħriġ lill-persunal dwar it-tħaddim tal-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju;

(e)

politika dwar l-użu fir-rigward tal-funzjonalità msemmija fl-Artikolu 12;

(f)

arranġamenti għat-tifi tal-algoritmu tan-negozjar jew tas-sistema ta' negozjar rilevanti fejn ikun xieraq;

(g)

arranġamenti alternattivi għad-ditta ta' investiment sabiex timmaniġġja ordnijiet u pożizzjonijiet pendenti.

3.   Ditta ta' investiment għandha tassigura li l-algoritmu tan-negozjar jew is-sistema tan-negozjar tagħha jistgħu jintfew skont l-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju tagħha mingħajr ma jinħolqu kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati.

4.   Ditta ta' investiment għandha teżamina u tittestja l-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju tagħha fuq bażi annwali u timmodifika l-arranġamenti fid-dawl ta' dak l-eżami.

Artikolu 15

Kontrolli ta' qabel in-negozjar mad-dħul ta' ordni

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha twettaq il-kontrolli ta' qabel in-negozjar li ġejjin mad-dħul ta' ordni għall-istrumenti finanzjarji kollha:

(a)

collars tal-prezzijiet, li jimblukkaw jew jikkanċellaw awtomatikament ordnijiet li ma jissodisfawx il-parametri stabbiliti tal-prezzijiet, billi jiddifferenzjaw bejn strumenti finanzjarji differenti, kemm fuq bażi ta' ordni b'ordni kif ukoll fuq perjodu ta' żmien speċifikat;

(b)

il-valuri massimi tal-ordni, li jimpedixxu ordnijiet b'valur kbir mhux tas-soltu tal-ordni milli jidħlu fil-ktieb tal-ordnijiet;

(c)

il-volumi massimi tal-ordni, li jimpedixxu ordnijiet b'daqs kbir mhux tas-soltu tal-ordni milli jidħlu fil-ktieb tal-ordnijiet;

(d)

il-limiti massimi tal-messaġġi, li jimpedixxu li jintbagħat numru eċċessiv ta' messaġġi lill-kotba tal-ordnijiet rigward il-preżentazzjoni, il-modifika jew il-kanċellazzjoni ta' ordni.

2.   Ditta ta' investiment għandha tinkludi immedjatament l-ordnijiet kollha mibgħuta lil ċentru ta' negozjar fil-kalkolu tal-limiti ta' qabel in-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ mekkaniżmi ta' regolazzjoni ta' eżekuzzjoni awtomatizzata ripetuta li jikkontrollaw in-numru ta' drabi li tkun ġiet applikata strateġija ta' negozjar algoritmiku. Wara numru determinat minn qabel ta' eżekuzzjonijiet ripetuti, is-sistema ta' negozjar għandha tiġi diżattivata b'mod awtomatiku sakemm terġa' tiġi attivata minn membru tal-persunal magħżul.

4.   Ditta ta' investiment għandha tistipula limiti tar-riskju tas-suq u ta' kreditu li jkunu stabbiliti abbażi tal-bażi kapitali, l-arranġamenti tal-ikklirjar tagħha, l-istrateġija ta' negozjar tagħha, it-tolleranza tar-riskju tagħha u l-esperjenza tagħha u ċerti varjabbli bħat-tul ta' żmien minn meta d-ditta tkun ilha involuta f'negozjar algoritmiku u d-dipendenza tagħha fuq bejjiegħa ta' partijiet terzi. Id-ditta ta' investiment għandha taġġusta l-limiti tar-riskju tas-suq u tal-kreditu sabiex tpatti għall-impatt li jinbidel tal-ordnijiet fuq is-suq rilevanti minħabba l-livelli differenti tal-prezzijiet u l-likwidità.

5.   Ditta ta' investiment għandha timblokka jew tikkanċella awtomatikament l-ordnijiet minn negozjant jekk hija ssir taf li dak in-negozjant ma jkollux il-permess biex jinnegozja strument finanzjarju partikolari. Ditta ta' investiment timblokka jew tikkanċella ordnijiet meta dawk l-ordnijiet jirriskjaw li jikkompromettu l-limiti tar-riskju proprji tad-ditta ta' investiment. Fejn ikun xieraq, għandhom jiġu applikati kontrolli fuq l-esponimenti għal klijenti, strumenti finanzjarji, negozjanti u desks tan-negozjar individwali jew għad-ditta tal-investiment sħiħa.

6.   Ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ proċeduri u arranġamenti sabiex tieħu ħsieb ordnijiet li jkunu ġew imblukkati mill-kontrolli ta' qabel in-negozjar tad-ditta ta' investiment iżda li d-ditta ta' investiment tkun tixtieq tippreżeneta xorta. Tali proċeduri u arranġamenti jiġu applikati b'rabta ma' negozju speċifiku fuq bażi temporanja u f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Dawn ikunu soġġetti għal verifika mill-funzjoni ta' ġestjoni tar-riskji u awtorizzazzjoni minn individwu maħtur tad-ditta ta' investiment.

Artikolu 16

Monitoraġġ f'ħin real

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha, matul il-ħinijiet li tkun qiegħda tibgħat ordnijiet liċ-ċentri ta' negozjar, tagħmel monitoraġġ f'ħin reali tal-attività kollha ta' negozjar algoritmiku li sseħħ taħt il-kodiċi tan-negozjar tagħha, inkluża dik tal-klijenti tagħha, għal sinjali ta' negozjar diżordinat, inkluż negozjar bejn is-swieq, klassijiet ta' assi, jew prodotti, f'każijiet fejn id-ditta jew il-klijenti tagħha jieħdu sehem f'attivitajiet bħal dawn.

2.   Il-monitoraġġ f'ħin reali tal-attività ta' negozjar algoritmiku għandu jitwettaq min-negozjant responsabbli mill-algoritmu tan-negozjar jew mill-istrateġija ta' negozjar algoritmiku, u mill-funzjoni ta' ġestjoni tar-riskju jew minn funzjoni indipendenti ta' kontroll tar-riskji stabbilita għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni. Dik il-funzjoni ta' kontroll tar-riskji titqies li hija indipendenti, irrispettivament minn jekk il-monitoraġġ f'ħin reali jsirx minn membru tal-persunal tad-ditta ta' investiment jew minn parti terza, bil-kundizzjoni li din ma tkunx ġerarkikament dipendenti fuq in-negozjant u tkun tista' tikkontesta lin-negozjant kif ikun xieraq u neċessarju fi ħdan il-qafas ta' governanza msemmi fl-Artikolu 1.

3.   Il-membri tal-persunal responsabbli mill-monitoraġġ f'ħin reali għandhom jirrispondu għal kwistjonijiet operattivi u regolatorji fil-ħin u għandhom jibdew azzjoni ta' rimedju fejn ikun meħtieġ.

4.   Ditta ta' investiment għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti, iċ-ċentri ta' negozjar rilevanti u, fejn ikun applikabbli, il-fornituri ta' DEA, il-membri tal-ikklirjar u l-kontropartijiet ċentrali jistgħu f'kull ħin ikollhom aċċess għall-membri tal-persunal responsabbli mill-monitoraġġ f'ħin reali. Għal dak il-għan, id-ditta ta' investiment għandha tidentifika u perjodikament tittestja l-kanali ta' komunikazzjoni tagħha, inklużi l-proċeduri ta' kuntatt tagħha għall-ħinijiet li ma jkunux il-ħinijiet ta' negozjar, sabiex tassigura li f'emerġenza, il-membri tal-persunal b'livell adegwat ta' awtorità jkunu jistgħu jikkuntattjaw lil xulxin fil-ħin.

5.   Is-sistemi ta' monitoraġġ f'ħin reali għandu jkollhom twissijiet f'ħin reali sabiex jassistu lill-persunal fl-identifikazzjoni ta' attivitajiet ta' negozjar mhux previsti mwettqa permezz ta' algoritmu. Ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ proċess sabiex tieħu azzjoni ta' rimedju mill-aktar fis possibbli wara li tiġi ġġenerata twissija, inkluż, fejn ikun meħtieġ, irtirar ordnat mis-suq. Dawn is-sistemi għandhom jipprovdu wkoll twissijiet fir-rigward ta' algoritmi u ordnijiet ta' DEA li jattivaw is-salvaviti ta' ċentru tan-negozjar. Twissijiet f'ħin reali għandhom jiġu ġġenerati fi żmien ħames sekondi wara l-avveniment rilevanti.

Artikolu 17

Kontrolli ta' wara n-negozjar

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tħaddem kontinwament il-kontrolli ta' wara n-negozjar li jkollha fis-seħħ. Meta jiġi attivat kontroll ta' wara n-negozjar, id-ditta ta' investiment għandha tieħu azzjoni xierqa, li tista' tinkludi l-aġġustament jew it-tifi tal-algoritmu tan-negozjar jew is-sistema ta' negozjar rilevanti jew irtirar b'mod ordnat mis-suq.

2.   Il-kontrolli ta' wara n-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-valutazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi tar-riskju tas-suq u ta' kreditu tad-ditta ta' investiment f'termini ta' esponiment effettiv.

3.   Ditta ta' investiment għandha żżomm rekords tal-informazzjoni dwar in-negozjar u l-kontijiet, li jkunu sħaħ, preċiżi u konsistenti. Id-ditta ta' investiment għandha tirrikonċilja l-logs tan-negozjar elettroniku proprju tagħha ma' informazzjoni dwar l-ordnijiet pendenti u l-esponimenti għar-riskju tagħha kif ipprovduta miċ-ċentri tan-negozjar li lilhom tibgħat l-ordnijiet, mis-sensara jew il-fornituri ta' DEA tagħha, mill-membri tal-ikklirjar jew il-kontropartijiet ċentrali tagħha, u mill-fornituri tad-dejta tagħha jew sħab kummerċjali rilevanti oħra. Għandha ssir rikonċiljazzjoni f'ħin reali meta l-parteċipanti tas-suq hawn fuq imsemmija jipprovdu l-informazzjoni f'ħin reali. Ditta ta' investiment għandu jkollha l-kapaċità li tikkalkula f'ħin reali l-esponiment pendenti tagħha u dak tan-negozjanti u l-klijenti tagħha.

4.   Għad-derivattivi, il-kontrolli ta' wara n-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu kontrolli rigward il-pożizzjonijiet massimi ta' strateġija twila u qasira u ġenerali, bil-limiti ta' negozjar għandhom jiġu stabbiliti f'unitajiet li huma xierqa għat-tipi ta' strumenti finanzjarji involuti.

5.   Il-monitoraġġ ta' wara n-negozjar għandu jitwettaq min-negozjanti responsabbli għall-algoritmu u funzjoni ta' kontroll tar-riskju tad-ditta ta' investiment.

Artikolu 18

Sigurtà u limiti għall-aċċess

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha timplimenta strateġija tal-IT b'għanijiet u miżuri definiti li:

(a)

hija f'konformità mal-istrateġija kummerċjali u dwar ir-riskju tad-ditta ta' investiment u hija adattata għall-attivitajiet operattivi tagħha u r-riskji li tkun esposta għalihom;

(b)

hija bbażata fuq organizzazzjoni affidabbli tal-IT, li tinkludi s-servizz, il-produzzjoni u l-iżvilupp;

(c)

tikkonforma ma' ġestjoni effettiva tas-sigurtà tal-IT.

2.   Ditta ta' investiment għandha tistabbilixxi u żżomm arranġamenti xierqa għas-sigurtà fiżika u elettronika li jimminimizzaw ir-riskji ta' attakki kontra s-sistemi ta' informazzjoni tagħha, u li tinkludi ġestjoni effettiva tal-identità u tal-aċċess. Dawn l-arranġamenti għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità, l-awtentiċità, u d-disponibbiltà tad-dejta u l-affidabbiltà u r-robustezza tas-sistemi tal-informazzjoni tad-ditta ta' investiment.

3.   Ditta ta' investiment għandha tinforma fil-pront lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe ksur materjali tal-miżuri tas-sigurtà fiżika u elettronika tagħha. Għandha tipprovdi rapport tal-inċident lill-awtorità kompetenti, li fih jiġu indikati n-natura tal-inċident, il-miżuri meħuda wara l-inċident u l-inizjattivi meħuda sabiex jiġi evitat li jseħħu inċidenti simili.

4.   Ditta ta' investiment għandha kull sena twettaq testijiet ta' penetrazzjoni u skannjar tal-vulnerabbiltà sabiex tissimula attakki ċibernetiċi.

5.   Ditta ta' investiment għandha tassigura li tkun kapaċi tidentifika l-persuni kollha li jkollhom drittijiet kritiċi ta' aċċess tal-utent għas-sistemi tal-IT tagħha. Id-ditta ta' investiment għandha tillimita l-għadd ta' dawn il-persuni u għandha tagħmel monitoraġġ tal-aċċess tagħhom għas-sistemi tal-IT sabiex tassigura t-traċċabilità f'kull ħin.

KAPITOLU III

AĊĊESS ELETTRONIKU DIRETT

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet ġenerali għad-DEA

(Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Fornitur ta' DEA għandu jistabbilixxi politiki u proċeduri sabiex jiżgura li n-negozjar tal-klijenti tad-DEA tiegħu jikkonforma mar-regoli taċ-ċentru tan-negozjar sabiex jiżgura li l-fornitur tad-DEA jissodisfa r-rekwiżiti skont l-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014//65/UE.

Artikolu 20

Kontrolli tal-fornituri ta' DEA

(Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fornitur ta' DEA għandu japplika l-kontrolli stabbiliti fl-Artikoli 13, 15 u 17 u l-monitoraġġ f'ħin reali stabbilit fl-Artikolu 16 għall-fluss tal-ordnijiet ta' kull wieħed mill-klijenti tad-DEA tiegħu. Dawk il-kontrolli u dak il-monitoraġġ għandhom ikunu separati u distinti mill-kontrolli u l-monitoraġġ applikati mill-klijenti tad-DEA. B'mod partikolari, l-ordnijiet ta' klijent tad-DEA dejjem għandhom jgħaddu mill-kontrolli ta' qabel in-negozjar li huma stabbiliti u kkontrollati mill-fornitur tad-DEA.

2.   Fornitur ta' DEA jista' juża l-kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar proprji tiegħu, kontrolli pprovduti minn parti terza jew kontrolli offruti miċ-ċentru ta' negozjar u monitoraġġ f'ħin reali. Fiċ-ċirkustanzi kollha, il-fornitur ta' DEA għandu jibqa' responsabbli għall-effettività ta' dawk il-kontrolli. Il-fornitur ta' DEA għandu jassigura wkoll li huwa jkollu d-dritt biss li jistabbilixxi jew jimmodifika l-parametri jew il-limiti ta' dawk il-kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar u l-monitoraġġ f'ħin reali. Il-fornitur ta' DEA għandu jagħmel monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar fuq bażi kontinwa.

3.   Il-limiti tal-kontrolli ta' qabel in-negozjar mas-sottomissjoni tal-ordnijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-kreditu u l-limiti ta' riskju li l-fornitur tad-DEA japplika għall-attività ta' negozjar tal-klijenti tiegħu b'DEA. Dawk il-limiti għandhom ikunu bbażati fuq id-diliġenza dovuta inizjali u l-valutazzjoni perjodika tal-klijent tad-DEA mill-fornitur tad-DEA.

4.   Il-parametri u l-limiti tal-kontrolli applikati għall-klijenti tad-DEA li jużaw aċċess sponsorjat għandhom ikunu strinġenti daqs dawk imposti fuq klijenti tad-DEA li jużaw DMA.

Artikolu 21

Speċifikazzjonijiet għas-sistemi tal-fornituri ta' DEA

(Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fornitur ta' DEA għandu jiżgura li s-sistemi ta' negozjar tiegħu jippermettulu li:

(a)

jagħmel monitoraġġ tal-ordnijiet ippreżentati minn klijent tad-DEA billi juża l-kodiċi tan-negozjar tal-fornitur tad-DEA;

(b)

jimblokka jew jikkanċella b'mod awtomatiku ordnijiet minn individwi li joperaw sistemi ta' negozjar li jibagħtu ordnijiet relatati ma' negozjar algoritmiku u li ma ħandhomx awtorizzazzjoni li jibagħtu ordnijiet permezz tad-DEA;

(c)

jimblokka jew jikkanċella b'mod awtomatiku ordnijiet minn klijent tad-DEA għal strumenti finanzjarji li l-klijent ma jkunx awtorizzat li jinnegozja, permezz ta' sistema interna ta' mmarkar biex tidentifika u timblokka klijenti singoli tad-DEA jew grupp ta' klijenti tad-DEA;

(d)

jimblokka jew jikkanċella b'mod awtomatiku ordnijiet ta' klijent tad-DEA li jiksru l-limiti ta' ġestjoni tar-riskju tal-fornitur tad-DEA, billi japplika kontrolli għall-esponimenti ta' klijenti individwali tad-DEA, strumenti finanzjarji jew gruppi ta' klijenti tad-DEA;

(e)

iwaqqaf flussi ta' ordnijiet trażmessi mill-klijenti tiegħu tad-DEA;

(f)

jissospendi jew jirtira s-servizzi ta' DEA lil kwalunkwe klijent tad-DEA meta l-fornitur tad-DEA ma jkunx sodisfatt li t-tkomplija tal-aċċess tkun konsistenti mar-regoli u l-proċeduri tiegħu għal negozjar ġust u ordnat u għall-integrità tas-suq;

(g)

kull meta jkun meħtieġ, iwettaq eżami tas-sistemi interni ta' kontroll tar-riskju tal-klijenti tad-DEA.

2.   Fornitur ta' DEA għandu jkollu proċeduri sabiex jevalwa, jimmaniġġja u jimmitiga tfixkil tas-suq u riskji speċifiċi għad-ditta. Il-fornitur ta' DEA għandu jkun kapaċi jidentifika l-persuni li għandhom jiġu nnotifikati f'każ li żball jirriżulta fi ksur tal-profil tar-riskju jew fi ksur potenzjali tar-regoli taċ-ċentru tan-negozjar.

3.   Fornitur ta' DEA għandu f'kull ħin ikun kapaċi jidentifika l-klijenti tad-DEA differenti tiegħu, u l-postijiet tan-negozjar ta' dawn il-klijenti tad-DEA, li jippreżentaw ordnijiet permezz tas-sistemi tal-fornitur ta' DEA billi jassenjalhom kodiċi ta' identifikazzjoni uniku.

4.   Fornitur ta' DEA li jippermetti lil klijent tad-DEA li jipprovdi l-aċċess DEA tiegħu lill-klijenti proprji tiegħu (“sottodelega”) għandu jkun kapaċi jidentifika l-flussi ta' ordnijiet differenti mill-benefiċjarji ta' tali sottodelega mingħajr ma jeħtieġlu jkun jaf l-identità tal-benefiċjarji ta' tali arranġament.

5.   Fornitur ta' DEA għandu jirreġistra d-dejta relatata mal-ordnijiet ippreżentati mill-klijenti tiegħu tad-DEA, li tinkludi l-modifiki u l-kanċellazzjonijiet, it-twissijiet iġġenerati mis-sistemi ta' monitoraġġ tiegħu u l-modifiki magħmula fil-proċess tiegħu ta' filtrazzjoni.

Artikolu 22

Valutazzjoni tad-diliġenza dovuta ta' klijenti prospettivi tad-DEA

(Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fornitur tad-DEA għandu jwettaq valutazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-klijenti prospettivi tiegħu tad-DEA sabiex jiżgura li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-regoli taċ-ċentru ta' negozjar li għalih joffru aċċess.

2.   Il-valutazzjoni tad-diliġenza dovuta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri:

(a)

l-istruttura ta' governanza u sjieda tal-klijent prospettiv tad-DEA;

(b)

it-tipi ta' strateġiji li għandhom jitwettqu mill-klijent prospettiv tad-DEA;

(c)

l-arranġament organizzattiv, is-sistemi, il-kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar u l-monitoraġġ f'ħin reali tal-klijent prospettiv tad-DEA. Id-ditta ta' investiment li toffri DEA li jippermetti lill-klijenti tad-DEA li jużaw softwer tan-negozjar ta' parti terza sabiex jaċċessaw iċ-ċentri ta' negozjar għandha tassigura li s-softwer jinkludi kontrolli ta' qabel in-negozjar li jkunu ekwivalenti għall-kontrolli ta' qabel in-negozjar stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(d)

ir-responsabbiltajiet fi ħdan il-klijent prospettiv tad-DEA sabiex jiġu indirizzati l-azzjonijiet u l-iżbalji;

(e)

il-mudell u l-imġiba storiċi tan-negozjar tal-klijent prospettiv tad-DEA;

(f)

il-livell tal-volum mistenni ta' negozjar u ordnijiet tal-klijent prospettiv tad-DEA;

(g)

l-abbiltà tal-klijent prospettiv tad-DEA li jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu lejn il-fornitur tad-DEA;

(h)

l-istorja dixxiplinarja tal-klijent prospettiv tad-DEA, meta tkun disponibbli.

3.   Fornitur ta' DEA li jippermetti sottodelega għandu jiżgura li klijent prospettiv tad-DEA, qabel ma jagħti tali aċċess, ikollu fis-seħħ qafas ta' diliġenza dovuta li tkun mill-anqas ekwivalenti għal dik deskritta fil-paragrafu 1 u 2.

Artikolu 23

Eżami perjodiku tal-klijenti tad-DEA

(Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fornitur ta' DEA għandu jeżamina l-proċessi tiegħu ta' valutazzjoni tad-diliġenza dovuta kull sena.

2.   Fornitur ta' DEA għandu jwettaq rivalutazzjoni annwali bbażata fuq ir-riskju, tal-adegwatezza tas-sistemi u l-kontrolli tal-klijenti tiegħu, li tikkunsidra b'mod partikolari l-bidliet fl-iskala, in-natura jew il-kumplessità tal-attivitajiet jew fl-istrateġiji ta' negozjar tagħhom, il-bidliet fil-persunal, l-istruttura tas-sjieda, il-kont tan-negozjar jew bankarju, l-istatus regolatorju, il-pożizzjoni finanzjarja u jekk klijent tad-DEA ikunx esprima l-intenzjoni li jissottodelega l-aċċess li jirċievi mill-fornitur tad-DEA.

KAPITOLU IV

DITTI TA' INVESTIMENT LI JAĠIXXU BĦALA MEMBRI ĠENERALI TAL-IKKLIRJAR

Artikolu 24

Sistemi u kontrolli tad-ditti ta' investiment li jaġixxu bħala membri ġenerali tal-ikklirjar

(Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Kwalunkwe sistema użata minn ditta ta' investiment li taġixxi bħala membru ġenerali tal-ikklirjar (“ditta tal-ikklirjar”) sabiex tappoġġa l-għoti tas-servizzi ta' kklirjar tagħha lill-klijenti tagħha għandha tkun soġġetta għal valutazzjonijiet, kontrolli u monitoraġġ xierqa tad-diliġenza dovuta.

Artikolu 25

Valutazzjonijiet tad-diliġenza dovuta tal-klijenti tal-ikklirjar prospettivi

(Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta tal-ikklirjar għandha tagħmel valutazzjoni inizjali tal-klijenti prospettivi tal-ikklirjar, b'kunsiderazzjoni tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-klijent prospettiv tal-ikklirjar. Kull klijent prospettiv tal-ikklirjar għandu jiġi valutat ma' dawn il-kriterji:

(a)

is-saħħa tal-kreditu, inkluż kwalunkwe garanzija mogħtija;

(b)

is-sistemi interni ta' kontroll tar-riskju;

(c)

l-istrateġija maħsuba tan-negozjar;

(d)

sistemi u arranġamenti ta' pagament li jippermettu lill-klijent tal-ikklirjar prospettiv li jiżgura t-trasferiment f'waqtu ta' assi jew flus kontanti bħala marġini kif meħtieġ mid-ditta tal-ikklirjar fir-rigward tas-servizzi tal-ikklirjar li tipprovdi;

(e)

is-settings tas-sistemi u l-aċċess għal informazzjoni li tgħin lill-klijent tal-ikklirjar prospettiv jirrispetta kwalunkwe limitu massimu ta' negozjar maqbul mad-ditta tal-ikklirjar;

(f)

kwalunkwe kollateral ipprovdut lid-ditta tal-ikklirjar mill-klijent tal-ikklirjar prospettiv;

(g)

ir-riżorsi operattivi, inklużi l-interfaċċji u l-konnettività teknoloġiċi;

(h)

kwalunkwe involviment tal-klijent tal-ikklirjar prospettiv fi ksur tar-regoli li jassiguraw l-integrità tas-swieq finanzjarji, inkluż l-involviment f'abbuż tas-suq, reati finanzjarji jew attivitajiet ta' ħasil tal-flus.

2.   Ditta tal-ikklirjar għandha tivvaluta kull sena l-prestazzjoni kontinwa tal-klijenti tal-ikklirjar tagħha mal-kriterji elenkati fil-paragrafu 1. Il-ftehim bil-miktub vinkolanti msemmi fl-Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jinkludi dawk il-kriterji u għandu jistabbilixxi l-frekwenza li biha d-ditta tal-ikklirjar għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-klijenti tagħha tal-ikklirjar kontra dawk il-kriterji meta dan l-eżami jkollu jsir aktar ta' spiss minn darba fis-sena. Il-ftehim bil-miktub vinkolanti jistabbilixxi l-konsegwenzi għall-klijenti tal-ikklirjar li ma jikkonformawx ma' dawn il-kriterji.

Artikolu 26

Limiti tal-pożizzjoni

(Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta tal-ikklirjar għandha tistabbilixxi u tikkomunika lill-klijenti tal-ikklirjar tagħha limiti xierqa tan-negozjar u tal-pożizzjoni sabiex ittaffi u timmaniġġja r-riskji proprji tagħha tal-kontroparti, tal-likwidità, operattivi u riskji oħra.

2.   Ditta tal-ikklirjar għandha tagħmel montoraġġ tal-pożizzjonijiet tal-klijenti tal-ikklirjar tagħha kontra l-limiti msemmija fil-paragrafu 1 kemm jista' jkun f'ħin reali u jkollha proċeduri xierqa qabel in-negozjar u wara n-negozjar sabiex timmaniġġja r-riskju ta' ksur tal-limiti tal-pożizzjoni, permezz ta' prattika ta' marġini xierqa u mezzi xierqa oħra.

3.   Ditta tal-ikklirjar għandha tiddokumenta bil-miktub il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2 u tirreġistra jekk il-klijenti tal-ikklirjar jikkonformawx ma' dawk il-proċeduri.

Artikolu 27

Żvelar ta' informazzjoni dwar is-servizzi pprovduti

(Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta tal-ikklirjar għandha tippubblika l-kundizzjonijiet li bihom hija toffri s-servizzi ta' kklirjar tagħha. Hija għandha toffri dawk is-servizzi b'termini kummerċjali raġonevoli.

2.   Ditta tal-ikklirjar għandha tinforma lill-klijenti tal-ikklirjar prospettivi u eżistenti tagħha dwar il-livelli ta' protezzjoni u tal-ispejjeż assoċjati mal-livelli differenti ta' segregazzjoni li tipprovdi. Informazzjoni dwar il-livelli differenti ta' segregazzjoni għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-effetti legali prinċipali tal-livelli ta' segregazzjoni rispettivi offruti, inkluża informazzjoni dwar il-liġi tal-insolvenza applikabbli fil-ġurisdizzjoni rilevanti.

KAPITOLU V

TEKNIKA TA' NEGOZJAR ALGORITMIKU BI FREKWENZA GĦOLJA U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Kontenut u format tar-rekords tal-ordnijiet

(Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment li tuża teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja għandha, immedjatament wara l-preżentazzjoni tal-ordni, tirreġistra d-dettalji ta' kull ordni ppreżentata billi tuża l-format stabbilit fit-tabelli 2 u 3 tal-Anness II.

2.   Ditta ta' investiment li tuża teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja għandha taġġorna l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fl-istandards u l-formati speċifikati fir-raba' kolonna tat-tabelli 2 u 3 tal-Anness II.

3.   Ir-rekords imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jinżammu għal ħames snin mid-data tas-sottomissjoni ta' ordni lil ċentru tan-negozjar jew lil ditta ta' investiment oħra għall-eżekuzzjoni.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

(Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tad-ditti tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Kriterji li għandhom jitqiesu l-awtovalutazzjoni tal-kumpanija tal-investiment kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)

1.

Meta wieħed iqis in-natura tan-negozju, ditta tal-investiment għandha tikkunsidra dan li ġej, fejn applikabbli:

(a)

l-istatus regolatorju tad-ditta u, fejn applikabbli, tal-klijenti DEA tagħha, inklużi r-rekwiżiti regolatorji li għalihom hija suġġetta bħala ditta tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE, u rekwiżiti regolatorji rilevanti oħrajn;

(b)

ir-rwoli tad-ditta fis-suq, inkluż jekk hijiex ġeneratur tas-suq u jekk din teżegwixxi ordnijiet tal-klijenti jew tinnegozjax biss f'isimha;

(c)

il-livell ta' awtomazzjoni ta' negozjar u ta' proċessi jew attivitajiet oħra tad-ditta;

(d)

it-tipi u l-istatus regolatorju tal-istrumenti, prodotti u klassijiet ta' assi li d-ditta tinnegozja fihom;

(e)

it-tipi ta' strateġiji li timpjega d-ditta u r-riskji li jkun hemm f'dawn l-istrateġiji proprji tal-kumpanija tal-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonament ġust u ordnat tas-swieq; id-ditta għandha tqis b'mod partikolari n-natura ta' dawn l-istrateġiji, bħall-ġenerazzjoni tas-suq jew l-arbitraġġ, u jekk dawn l-istrateġiji humiex għal żmien twil, għal żmien qasir, direzzjonali, jew nondirezzjonali;

(f)

Is-sensittività għal-latenza tal-istrateġiji tad-ditta u l-attivitajiet ta' negozjar;

(g)

it-tip u l-istatus regolatorju ta' ċentri tan-negozjar u puli ta' likwidità disponibbli u b'mod partikolari jekk l-attività ta' negozjar f'dawk iċ-ċentri tan-negozjar u f'puli ta' likwidità oħrajn tkun lit trading, dark trading jew over-the-counter trading;

(h)

is-soluzzjonijiet ta' konnettività tad-ditta u jekk taċċedix ċentri tan-negozjar bħala membru, bħala klijent DEA jew bħala fornitur DEA;

(i)

sa fejn il-kumpanija sserraħ fuq partijiet terzi għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' sistemi tan-negozjar u l-algoritmi tagħha jew jekk dawn l-algoritmi jew sistemi tan-negozjar humiex awtożviluppati, kożviluppati ma' parti terza, jew mixtrija minn, jew esternalizzati għal parti terza;

(j)

is-sjieda u l-istruttura ta' governanza tad-ditta, kif inhi strutturata mil-lat organizzattiv u operattiv, u jekk hijiex sħubija, sussidjarja, kumpanija nnegozjata pubblikament, jew b'mod ieħor;

(k)

l-immaniġġjar tar-riskju, il-konformità, l-istruttura tal-awditjar u l-organizzazzjoni tad-ditta;

(l)

id-data tat-twaqqif tad-ditta u l-livell ta' esperjenza u kompetenza tal-persunal tagħha u jekk tkunx ġiet stabbilita reċentement.

2.

Meta wieħed iqis in-natura tan-negozju tagħha, ditta tal-investiment għandha tikkunsidra dan li ġej, fejn applikabbli:

(a)

in-numru ta' algoritmi u strateġiji li jkunu qed isiru b'mod parallel;

(b)

l-għadd ta' strumenti individwali, prodotti u klassijiet ta' assi negozjati;

(c)

in-numru ta' uffiċċji ta' negozjar operati u identifikaturi kummerċjali individwali tal-persuni fiżiċi responsabbli għat-twettiq tal-ordnijiet u l-algoritmi użati;

(d)

il-kapaċitajiet ta' volum ta' messaġġi u b'mod partikolari l-għadd ta' ordnijiet ippreżentati, aġġustati, ikkanċellati u eżegwiti;

(e)

il-valur monetarju tal-pożizzjonijiet grossi u netti ta' negozju għal dakinhar jew mil-lum għal għada;

(f)

l-għadd ta' swieq aċċessibbli kemm bħala membru kif ukoll bħala parteċipant jew permezz tad-DEA;

(g)

l-għadd u d-daqs tal-klijenti tad-ditta, u l-aktar il-klijenti DEA tad-ditta;

(h)

in-numru ta' kolokazzjoni jew siti ta' proximity hosting li għalihom id-ditta għandha l-konnettività;

(i)

id-daqs tal-kapaċità ta' volum tal-infrastruttura ta' konnettività tad-ditta;

(j)

in-numru tal-membri tal-ikklirjar jew sħubijiet tas-CCP tad-ditta;

(k)

id-daqs tad-ditta f'termini tan-numru ta' persunal front-office, middle-office u back-office impjegat bħala ekwivalenti full-time;

(l)

l-għadd tal-postijiet fiżiċi tad-ditta;

(m)

l-għadd ta' pajjiżi u reġjuni fejn il-kumpanija qed twettaq attivitajiet ta' negozjar;

(n)

il-qligħ u l-profitti annwali tad-ditta.

3.

Meta tqis il-kumplessità tan-negozju, ditta tal-investiment għandha tikkunsidra dan li ġej, fejn applikabbli:

(a)

in-natura tal-istrateġiji mwettaq mid-ditta jew mill-klijenti tagħha, sal-punt li dawn l-istrateġiji huma magħrufa mid-ditta u, b'mod partikolari, jekk dawn l-istrateġiji jimplikawx algoritmi li jibdew ordnijiet relatati ma' strumenti kkorrelati jew f'diversi ċentri ta' negozjar jew puli ta' likwidità;

(b)

l-algoritmi tad-ditta, f'termini ta' kodifikazzjoni, inputs li fuqhom jiddependu l-algoritmi, interdipendenzi u l-eċċezzjonijiet tar-regoli li hemm fl-algoritmi, jew b'mod ieħor;

(c)

is-sistemi ta' negozjar tad-ditta f'termini ta' diversità ta' sistemi ta' negozjar użati, u sa fejn id-ditta jkollha kontroll fuq l-istabbiliment, l-aġġustament, l-ittestjar, u r-reviżjoni tas-sistemi tan-negozjar tagħha;

(d)

l-istruttura tad-ditta f'termini ta' sjieda u governanza u l-istabbiliment organizzazzjonali, operazzjonali, tekniku, fiżiku, jew ġeografiku tagħha;

(e)

id-diversità tal-konnettività, it-teknoloġiji jew is-soluzzjonijiet ta' kklerjar tad-ditta,

(f)

id-diversità tal-infrastrutturi fiżiċi ta' negozju tad-ditta;

(g)

il-livell ta' esternalizzazzjoni mwettaq jew offrut mid-ditta u b'mod partikolari fejn funzjonijiet ewlenin qed jiġu esternalizzati;

(h)

id-dispożizzjoni jew l-użu ta' DEA tad-ditta, kemm jekk huwa DMA jew aċċess sponsorjat, u l-kondizzjonijiet li taħthom huwa offrut id-DEA lill-klijenti; kif ukoll,

(i)

il-veloċità tan-negozjar mid-ditta jew il-klijenti tagħha.


ANNESS II

Il-kontenut u l-format tar-rekords tal-ordnijiet kif imsemmi fl-Artikolu 28

Tabella 1

Tifsiriet għat-Tabelli 2 u 3

SIMBOLU

TIPI TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu.

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217

{DATE_TIME_FORMAT}

il-format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format li ġej:

SSSS-XX-JJThh:mm:ss.ddddddZ.

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li l-ittra “T” għandha tintuża

“hh” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjoni ta' sekonda;

Z huwa l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifra b'kollox li minnhom sa m ċifra jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

iċ-ċifri negattivi huma prefissi b'“-” (minus);

il-valuri huma arrotondati u mhux maqtugħa.

{INTEGER-n}

Numru sħiħ sa n ċifra b'kollox

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi ta' numri sħaħ.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166.

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur tal-entità ġuridika kif definit f'ISO 17442.

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.

{NATIONAL_ID}

35 karattru alfanumeriku

L-identifikatur huwa dak stabbilit fl-Artikolu 6 u fl-ANNESS II [RTS 22 dwar l-obbligi ta' rappurtar skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014].


Tabella 2

Informazzjoni dwar kull deċiżjoni inizjali li jsir negozju u l-ordnijiet deħlin mingħand il-klijenti

N.

Kaxxa

Deskrizzjoni

Standards u Formati

1

L-isem/l-ismijiet tal-klijenti

L-ewwel isem/ismijiet sħiħ/sħaħ tal-klijent. Meta jkun hemm iktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha għandhom jiġu inklużi f'din il-kaxxa u għandhom ikunu separati b'virgola.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ ta' kopertura b'Identifikatur ta' Entita Ġuridika (LEI).

{ALPHANUM-140}

2

Kunjom (ijiet) tal-klijent

Kunjom/ijiet sħiħ/sħaħ tal-klijent. Meta jkun hemm iktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha għandhom jiġu inklużi f'din il-kaxxa u għandhom ikunu separati b'virgola.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ ta' kopertura b'LEI

{ALPHANUM-140}

3

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-klijent

Kodiċi użata biex tidentifika lill-klijent tad-ditta tal-investiment. Fil-każ li jkun hemm DEA, għandu jintuża l-kodiċi tal-utent tad-DEA.

Meta l-klijent ikun entità ġuridika għandu jintuża l-kodiċi LEI tal-klijent.

Meta l-klijent ma jkunx entità ġuridika għandu jintuża {NATIONAL_ID}.

Fil-każ ta' ordnijiet aggregati, għandha tintuża l-markatura AGGR kif speċifikat fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 (1)

Fil-każ ta' allokazzjonijiet pendenti, għandha tintuża l-markatura PNAL kif speċifikat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/580

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta biss jekk id-ditta tal-investiment ma jkollhiex klijenti.

{LEI}

{NATIONAL_ID}

“AGGR” — ordnijiet aggregati

“PNAL” — allokazzjonijiet pendenti

4

Isem (ismijiet) tal-persuna li taġixxi f'isem il-klijent

Din il-kaxxa għandu jkun fiha l-ewwel isem(ismijiet) sħiħ/sħaħ tal-persuna li tkun qiegħda taġixxi f'isem il-klijent.

Meta jkun hemm iktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha għandhom jiġu inklużi f'din il-kaxxa u għandhom ikunu separati b'virgola.

{ALPHANUM-140}

5

Kunjom (kunjomijiet) tal-persuna li taġixxi f'isem il-klijent

Din il-kaxxa għandu jkun fiha l-kunjom(ijiet) sħiħ/sħaħ tal-persuna li tkun qiegħda taġixxi f'isem il-klijent. Meta jkun hemm iktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha għandhom jiġu inklużi f'din il-kaxxa u għandhom ikunu separati b'virgola.

{ALPHANUM-140}

6

Deċiżjoni ta' investiment fi ħdan id-ditta

Kodiċi użat biex jidentifika lill-persuna jew lill-algoritmu fid-ditta tal-investiment li huwa responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (2).

Meta persuna fiżika tkun responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment, il-persuna li tkun responsabbli jew li jkollha r-responsabilità ewlenija għad-deċiżjoni tal-investiment għandha tiġi identifikata permezz tan-{NATIONAL_ID}.

Meta algoritmu jkun responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment il-kaxxa għandha timtela skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta d-deċiżjoni tal-investiment ma tkunx saret minn persuna jew algoritmu fid-ditta tal-investiment.

{NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

7

L-għażla tal-ordni inizjali

Il-kodiċi użat biex jidentifika l-ordni li waslet mingħand il-klijent jew iġġenerata mid-ditta ta' investiment qabel ma l-ordni tiġi pproċessata u ppreżentata lill-ċentru tan-negozjar jew id-ditta ta' investiment.

{ALPHANUM-50}

8

Indikatur xiri-bejgħ

Biex juri jekk l-ordni hijiex ta' xiri jew ta' bejgħ.

Fil-każ ta' opzjonijiet u swapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li jkollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tbigħ l-opzjoni u jirċievi primjum.

Fil-każ ta' futures u forwards għajr futures u forwards marbuta ma' muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-istrument u l-bejjiegħ il-kontroparti li tbigħ l-istrument.

Fil-każ ta' swaps marbuta ma' titoli, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li terfa' r-riskju tal-varjazzjoni fil-prezz tat-titolu sottostanti u li tirċievi l-ammont tat-titolu. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tħallas l-ammont tat-titolu.

Fil-każ ta' swaps marbuta ma' rati tal-imgħax jew ma' indiċijiet tal-inflazzjoni, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa. Fil-każ ta' swaps bażi (swaps tar-rata tal-imgħax varjabbli għal varjabbli), ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas il-firxa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi l-firxa.

Fil-każ ta' swaps u forwards relatati ma' muniti u swaps bejn muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-munita li tiġi l-ewwel meta rranġati alfabetikament skont l-istandard ISO 4217 u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti tforni din il-munita.

Fil-każ ta' swap relatata ma' dividendi, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-ekwivalenti tal-pagamenti tad-dividendi reali. Il-bejjiegħ huwa l-kontroparti li tħallas id-dividend u tirċievi r-rata fissa.

Fil-każ ta' strumenti derivattivi għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu għajr l-opzjonijiet u l-iswapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-protezzjoni. Il-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tbigħ il-protezzjoni.

Fil-każ ta' kuntratti derivattivi marbuta ma' komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-komodità jew il-kwota tal-emissjonijiet speċifikata fir-rapport u l-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tforni din il-komodità jew il-kwota tal-emissjonijiet.

F'każ ta' ftehim tar-rata forward, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa.

Għal żieda fin-nozzjonali x-xerrej għandu jkun l-akkwirent tal-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali u l-bejjiegħ għandu jkun l-istess wieħed li biegħ l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali.

Għal tnaqqis fin-nozzjonali x-xerrej għandu jkun dak li biegħ l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali u l-bejjiegħ għandu jkun l-akkwirent tal-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali.

“BUYI” — xiri

“SELL” — bejgħ

9

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

Identifikatur uniku u mhux ambigwu tal-istrument finanzjarju

{ISIN}

10

Prezz

Il-prezz tal-limitu tal-ordni ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax akkumulat.

Għal ordnijiet ta' waqfien, dan għandu jkun il-prezz ta' ordni ta' waqfien.

Fil-każ ta' kuntratti ta' opzjoni, dan il-prezz għandu jkun il-primjum tal-kuntratt tad-derivattivi għal kull punt sottostanti jew punt ta' indiċi.

Fil-każ ta' mħatri fuq il-firxa (spread bets) il-prezz għandu jkun il-prezz ta' referenza tal-istrument sottostanti dirett.

Għal swaps ta' inadempjenza tal-kreditu, il-prezz għandu jkun il-kupun f'punti bażi.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jingħata fl-unità tal-akbar munita.

Meta l-prezz ma jkunx applikabbli, il-kaxxa għandha timtela bil-valur “NOAP”.

Meta l-prezz attwalment ma jkunx disponibbli iżda pendenti, il-valur għandu jkun “PNDG”.

Fejn il-prezz miftiehem huwa żero, għandu jintuża prezz ta' żero.

Fejn japplika, il-valuri m'għandhomx jiġu irrawndjati jew imqassra.

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

“PNDG” fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz.

“NOAP” fil-każ li ma jkunx applikabbli l-prezz.

11

Notazzjoni tal-prezz

Indikazzjoni dwar jekk il-prezz u l-prezz tal-eżerċitar humiex espressi f'valur monetarju, f'perċentwali, f'rendiment jew f'punti bażi.

“MONE” — Valur monetarju

“PERC” — Perċentwali

“YIEL” — Rendiment

“BAPO” — Punti bażi

12

Multiplikatur tal-prezzijiet

Numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti rrappreżentati minn kuntratt ta' derivattiv wieħed.

Valur monetarju kopert minn kuntratt swap wieħed, fejn il-kaxxa tal-kwantità tindika n-numru ta' kuntratti swap fit-tranżazzjoni. Għal futur jew opzjoni fuq indiċi, l-ammont għal kull punt ta' indiċi.

Għal spreadbets il-moviment fil-prezz tal-istrument sottostanti li fuqu hija bbażata spreadbet.

L-informazzjoni rrappurtata f'din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valuri mogħtija fil-kaxxi 10 u 26.

{DECIMAL- 18/17}

“1” — jekk l-istrumenti finanzjarji mhux derivattivi ma jkunux innegozjati permezz ta' kuntratti.

13

Munita tal-prezz

Il-munita li jkun espress fiha l-prezz għall-istrument finanzjarju marbut mal-ordni (applikabbli meta l-prezz ikun espress bħala valur monetarju).

{CURRENCYCODE_3}

14

Munita tas-segment 2

Meta jkun hemm diversi muniti jew swaps bejn il-muniti, il-munita tas-segment 2 għandha tkun il-munita li jkun denominat fiha s-segment 2 tal-kuntratt.

Għal swapzjonijiet fejn l-iswap sottostanti tkun diversi muniti, il-munita tas-segment 2 għandha tkun il-munita li fiha jkun denominat is-segment 2 tal-iswap.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss għal kuntratti derivattivi fuq il-munita u r-rata tal-imgħax.

{CURRENCYCODE_3}

15

Kodiċi tal-istrument sottostanti

Kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti.

Għal ADRs, GDRs u strumenti simili, il-kodiċi {ISIN} tal-istrument finanzjarju li fuqu jkunu bbażati dawk l-istrumenti.

Għal bonds konvertibbli, l-{ISIN} tal-istrument li fih jista' jiġi kkonvertit il-bond.

Għal derivati jew strumenti oħra li jkollhom sottostanti, il-kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti, meta s-sottostanti huwa ammess għan-negozjar jew negozjat f'ċentru tan-negozjar. Meta s-sottostanti jkun dividend tal-istokk, il-kodiċi ISIN tal-ishma relatati li jagħtu dritt fuq id-dividend sottostanti.

Għal swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, għandu jingħata l-ISIN tal-obbligu referenzjarju.

F'każ li s-sottostanti ikun indiċi u jkollu ISIN, il-kodiċi ISIN għal dak l-indiċi.

Meta s-sottostanti jkun basket, daħħal l-ISINs ta' kull kostitwent tal-basket li jkun ammess għall-kummerċ jew li jkun innegozjat f'ċentru tan-negozjar. Din il-kaxxa għandha tiġi ripetuta kemm il-darba jkun meħtieġ biex jiġu elenkati l-istrumenti kollha fil-basket.

{ISIN}

16

Tip ta' opzjoni

Indika jekk il-kuntratt tad-derivattivi huwiex call (id-dritt ta' xiri ta' assi sottostanti speċifiċi) jew huwiex put (id-dritt tal-bejgħ ta' assi sottostanti speċifiċi), jew jekk ma hux possibbli li jiġi ddeterminat huwiex call jew put fil-ħin li fih titpoġġa l-ordni. F'każ ta' opzjonijiet fuq swaps ikun:

“PUTO”, fil-każ ta' swapzjoni ta' riċevitur, li fiha x-xerrej ikollu dritt li jidħol fi swap bħala riċevitur b'rata fissa.

“CALL” fil-każ ta' opzjonijiet fuq swaps tal-pagatur, fejn ix-xerrej ikollu dritt li jidħol fi swap bħala pagatur b'rata fissa.

F'każ ta' limitu massimu u limitu minimu għandha tkun:

“PUTO”, fil-każ ta' limitu minimu.

“CALL”, fil-każ ta' limitu massimu.

Il-kaxxa tapplika biss għal derivati li huma opzjonijiet jew ċertifikati.

“PUTO” — Put

“CALL” — Call

“OTHR” — fejn ma jistax jiġi ddeterminat jekk huwiex “call” jew “put”

17

Il-prezz tal-eżerċitar

Prezz predeterminat li fih id-detentur ikollu jixtri jew ibigħ l-istrumenti sottostanti, jew indikazzjoni li l-prezz ma jistax jiġi ddeterminat fil-mument li fih titpoġġa l-ordni.

Il-kaxxa tapplika biss għal opzjoni jew ċertifikat, fejn il-prezz tal-eżerċitar ikun jista' jiġi ddeterminat fil-mument tal-eżekuzzjoni.

Meta l-prezz tal-eżerċitar ma jkunx applikabbli, il-kaxxa ma timteliex.

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

“PNDG” fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz.

18

Munita tal-prezz tal-eżerċitar

Il-munita tal-Prezz tal-Eżerċitar

{CURRENCYCODE_3}

19

Pagament bil-quddiem

Il-valur monetarju ta' kwalunkwe pagament bil-quddiem f'punti bażi tal-valur nozzjonali riċevut jew imħallas mill-bejjiegħ.

Meta l-bejjiegħ jirċievi pagament bil-quddiem, il-valur li jimtela għandu jkun pożittiv. Meta l-bejjiegħ jirċievi pagament bil-quddiem, il-valur li jimtela għandu jkun negattiv.

Għal żieda jew tnaqqis ta' nozzjonali f'kuntratti derivattivi, in-numru għandu jirrifletti l-valur assolut ta' din il-bidla u għandu jiġi espress bħala numru pożittiv.

{DECIMAL-18/5}

20

Tip ta' konsenja

Indika jekk it-tranżazzjoni hijiex saldata fiżikament jew fi flus.

Meta ma tistax tkun determinata t-tip ta' konsenja fil-mument li fih titpoġġa l-ordni il-valur għandu jkun “OPTL”.

Il-kaxxa trid timtela biss meta jkun hemm derivati.

“PHYS” — Ħlas fiżiku

“CASH” — Ħlas bi flus

“OPTL” — Fakultattiva għall-kontroparti jew meta ddeterminata minn parti terza.

21

Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni

Jindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f'data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f'sensiela ta' dati speċifikati minn qabel (Bermudan) jew fi kwalunkwe ħin matul il-kuntratt attiv (Stil Amerikan).

Din il-kaxxa hija applikabbli biss għal opzjonijiet.

“EURO” — Ewropew

“AMER” — Amerikan

“ASIA” — Ażjatiku

“BERM” — tal-Bermuda

“OTHR” — Kull tip ieħor

22

Data tal-maturità

Id-data tal-maturità tal-istrument finanzjarju.

Il-kaxxa hija applikabbli biss għal strumenti ta' dejn b'data ta' maturità definita.

{DATEFORMAT}

23

Data ta' skadenza

Data ta' skadenza tal-istrument finanzjarju rrappurtat.

Din il-kaxxa tapplika għal derivattivi b'data ta' skadenza definita.

{DATEFORMAT}

24

Munita tal-kwantità

Munita li fiha hija espressal-kwantità.

Il-kaxxa hija applikabbli biss jekk il-kwantità tkun espressa bħala valur nominali jew valur monetarju.

{CURRENCYCODE_3}

25

Notazzjoni tal-kwantità

Jindika jekk il-kwantità rappurtata hijiex espressa f'għadd ta' unitajiet, bħala valur nominali jew bħala valur monetarju.

“UNIT” — Għadd ta' unitajiet

“NOML” — Valur nominali

“MONE” — Valur monetarju

26

Kwantità inizjali

L-għadd ta' unitajiet tal-istrument finanzjarju, jew l-għadd ta' kuntratti derivattivi fl-ordni.

Il-valur nominali jew monetarju tal-istrument finanzjarju.

Għal imħatri tal-firxiet, il-kwantità għandha tkun il-valur monetarju milgħub għal kull punt ta' moviment fl-istrument finanzjarju sottostanti.

Għal żieda jew tnaqqis fin-nozzjonali għal kuntratti tad-derivattivi, in-numru għandu jirrifletti l-valur assolut ta' din il-bidla u għandu jiġu espress bħala numru pożittiv.

Għal swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, il-kwantità għandha tkun l-ammont nozzjonali li għalih tkun akkwistata jew mibjugħa il-protezzjoni.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet

{DECIMAL-18/5} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

27

Data u ħin

Id-data u l-ħin eżatt ta' meta ġiet riċevuta l-ordni, jew id-data u l-ħin eżatt ta' meta saret id-deċiżjoni għan-negozjar. Fejn applikabbli, din il-kaxxa għandha tinżamm skont l-Artikolu 3 u t-tabella 2 fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 (3).

{DATE_TIME_FORMAT}

Fejn applikabbli, l-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” għandu jiġi stabbilit bi qbil mat-Tabella 2 fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

28

Informazzjoni addizzjonali mingħand il-klijent

Kull struzzjoni, parametru, kundizzjonijiet u kwalunkwe dettalji oħra tal-ordni li ntbagħtu mill-klijent lid-ditta ta' investiment.

Test liberu


Tabella 3

Informazzjoni relatata ma' ordnijiet eżegwiti u li ħerġin

N.

Kaxxa/Kontenut

Deskrizzjoni

Il-format

1

Indikatur xiri-bejgħ

Jindika jekk l-ordni hija għax-xiri jew għall-bejgħ, kif stabbilit fid-deskrizzjoni tal-kaxxa 8 tat-tabella 2.

“BUYI” — xiri

“SELL” — bejgħ

2

il-kapaċità ta' negozjar

Jindika jekk il-preżentazzjoni tal-ordni rriżultatx mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent taċ-ċentru tan-negozjar li jwettaq negozjar matched principal skont l-Artikolu 4(38) tad-Direttiva 2014/65/UE jew li jinnegozja f'ismu stess skont l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Meta l-preżentazzjoni tal-ordni ma tirriżultax mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent taċ-ċentru tan-negozjar li jwettaq negożjar matched principal jew li jinnegozja f'ismu stess, il-kaxxa għandha tindika li t-tranżazzjoni twettqet taħt xi kapaċità oħra.

“DEAL” — Negozjar għan-nom proprju

“MTCH” — Matched principal

“OTHR” — Kwalunkwe kapaċità oħra

3

Attività ta' forniment ta' likwidità

Indikazzjoni dwar jekk ordni ġietx ippreżentata lil ċentru tan-negozjar bħala parti minn strateġija ta' ġenerazzjoni tas-suq skont l-Artikoli 17 u 48 tad-Direttiva 2014/65/UE jew jekk ġietx ippreżentata bħala parti minn attività oħra f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/575 (4).

“veru”

“falz”

4

L-eżekuzzjoni fid-ditta

Kodiċi użat biex jidentifika lill-persuna jew lill-algoritmu fid-ditta tal-investiment li huwa responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni li tirriżulta mill-ordni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

Meta persuna fiżika tkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, il-persuna għandha tiġi identifikata minn {NATIONAL_ID}

Meta algoritmu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni, din il-kaxxa għandha timtela skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

Meta aktar minn persuna waħda jew taħlita ta' persuni u algoritmi jkunu involuti fl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, id-ditta għandha tistabilixxi l-operatur tas-suq jew l-algoritmu primarjament responsabbli kif speċifikat fl-Artikolu 9 tal-Regolament Delegat (UE) 2017/590. u timla din il-kaxxa bl-identità ta' dak l-operatur tas-suq jew l-algoritmu.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss għal ordnijiet eżegwiti.

{NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

5

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-ordni ppreżentata lill-ċentru tan-negozjar jew lil ditta oħra tal-investiment

Kodiċi intern użat mid-ditta ta' investiment biex tidentifika l-ordni mibgħuta liċ-ċentri tan-negozjar jew lil ditta ta' investiment oħra, dment li l-kodiċi huwa uniku għal kull jum ta' negozjar u għal kull strument finanzjarju.

{ALPHANUM-50}

6

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-ordni assenjati minn ditta tal-investiment jew ċentru tan-negozjar oħra li fihom ġiet ippreżentata l-ordni

Kodiċi alfanumeriku assenjat minn ditta oħra tal-investiment jew iċ-ċentru tan-negozjar li lilhom ġie ippreżentata l-ordni mid-ditta tal-investiment għall-eżekuzzjoni. Din il-kaxxa għandha timtela b'kodiċi ta' identifikazzjoni assenjat minn din id-ditta tal-investiment jew ċentru tan-negozjar.

{ALPHANUM-50}

7

Kodiċi tal-identifikazzjoni tar-riċevitur tal-ordni

Il-kodiċi tad-ditta ta' investiment li għalih ġiet trażmessal-ordni jew il-kodiċi tal-post tan-negozjar li lilu ġiet trażmessal-ordni.

Għal ditta tal-investiment: {LEI}

għal ċentru tan-negozjar:{MIC}

8

Tip ta' ordni

Identifikazzjoni tat-tip ta' ordni sottomessa liċ-ċentru ta' negozjar skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċentru ta' negozjar.

{ALPHANUM-50}

9

Limitu tal-prezz

Il-prezz massimu li tista' tinnegozja bih ordni ta' xiri jew il-prezz minimu li bih tista' tinnegozja ordni ta' bejgħ.

Il-firxa tal-prezz għal ordni ta' strateġija. Tista' jkun negattiva jew pożittiva.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ ta' ordnijiet li ma jkollhomx limitu fuq il-prezz jew f'każ ta' ordnijiet bla prezz.

Fil-każ ta' bond konvertibbli, f'din il-kaxxa għandu jitniżżel il-prezz reali (bla interessi akkumulati jew bl-interessi akkumulati) użat għal din l-ordni.

Fejn ordni tiġi eżegwita, id-ditta tal-investiment għandha tirreġistra wkoll il-prezz li bih twettqet it-tranżazzjoni.

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jingħata fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

10

Munita tal-prezz

Il-munita li biha jiġi espress il-prezz tan-negozjar (applikabbli jekk il-prezz jiġi espress bħala valur monetarju) għall-istrument finanzjarju relatat mal-ordni.

{CURRENCYCODE_3}

11

Notazzjoni tal-prezz

Jindika jekk il-prezz u l-prezz tal-eżerċitar humiex espressi f'valur monetarju, f'perċentwali, f'rendiment jew f'punti bażi.

“MONE” — Valur monetarju

“PERC” — Perċentwali

“YIEL” — Rendiment

“BAPO” — Punti bażi

12

Prezz limitu addizzjonali

Kwalunkwe prezz limitu ieħor li jista' japplika għall-ordni. Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} meta l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

13

Prezz ta' waqfien

Il-prezz li jrid jintlaħaq biex l-ordni ssir attiva.

Għal ordnijiet ta' waqfien skattati minn eventi indipendenti mill-prezz tal-istrument finanzjarju, din il-kaxxa għandha timtela bi prezz ta' waqfien li jkun żero.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

14

Prezz limitu pegged

Il-prezz massimu li tista' tinnegozja bih ordni pegged ta' xiri jew il-prezz minimu li bih tista' tinnegozja ordni pegged ta' bejgħ.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} meta l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

15

Il-kwantità li jifdal inkluża dik moħbija

Il-kwantità totali li jibqa' fil-ktieb tal-ordnijiet wara eżekuzzjoni parzjali jew fil-każ ta' kwalunkwe event ieħor li jaffettwa l-ordni.

Malli jseħħ event ta' eżekuzzjoni parzjali dan għandu jkun il-volum totali li jibqa' wara dik fl-eżekuzzjoni parzjali. Mad-dħul tal-ordni dan għandu jkun daqs il-kwantità inizjali.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet.

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

16

Kwantità murija

Il-kwantità li tkun viżibbli (għall-kuntrarju ta' moħbija) fil-ktieb tal-ordnijiet.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet.

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

17

Kwantità negozjata

Meta jkun hemm eżekuzzjoni totali jew parzjali din il-kaxxa għandha timtela bil-kwantità eżegwita.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet.

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

18

Kwantità Minima Aċċettabbli (MAQ)

Il-kwantità minima aċċettabbli biex ordni tiġi eżegwita li tista' tikkonsisti f'għadd ta' eżekuzzjonijiet parzjali u normalment tgħodd biss għal ordni tat-tip mhux persistenti.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet.

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

19

Daqs minimu eżegwibbli (Minimum executable size — MES)

Id-daqs minimu tal-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe eżekuzzjoni potenzjali individwali.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet.

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

20

MES l-ewwel eżekuzzjoni biss

Speċifikazzjoni dwar jekk l-MES hijiex rilevanti għall-ewwel tal-eżekuzzjoni biss.

Din il-kaxxa tista' titħalla vojta jekk il-kaxxa 19 ma tkunx imtliet.

“veru”

“falz”

21

Indikatur passiv biss

Jindika jekk l-ordni hijiex sottomessa liċ-ċentru tan-negozjar b'karatteristika/markatura, b'tali mod li l-ordni ma għandhiex tiġi eżegwita minnufih meta jkun hemm xi ordni viżibbli kontrarju.

“veru”

“falz”

22

Prevenzjoni tal-Awtoeżekuzzjoni

Jindika jekk l-ordni ddaħħlitx bi kriterji ta' prevenzjoni tal-awtoeżekuzzjoni ħalli ma teżegwixxix malli jkun hemm ordni fuq in-naħa opposta tal-ktieb imdaħħla mill-istess membru jew parteċipant.

“veru”

“falz”

23

Id-data u l-ħin (preżentazzjoni ta' ordni)

Id-data u l-ħin tal-preżentazzjoni ta' ordni lill-post tan-negozjar jew lil ditta oħra tal-investiment.

{DATE_TIME_FORMAT}

L-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” għandu jiġi stabbilit bi qbil mat-Tabella 2 fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

24

Id-data u l-ħin (riċevuta tal-ordni)

Id-data u l-ħin ta' kull messaġġ li jiġi trażmess lil u li jasal mingħand iċ-ċentru tan-negozjar jew ditta ta' investiment oħra skont l-ordni.

{DATE_TIME_FORMAT}

L-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” għandu jiġi stabbilit bi qbil mat-Tabella 2 fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

25

Numru tas-Sekwenza

Kull avveniment elenkat fil-kaxxa 26 għandu jiġui identifikat mid-ditta tal-investiment, bl-użu ta' numri sħaħ pożittivi f'ordni axxendenti.

In-numru tas-sekwenza għandu jkun uniku għal kull tip ta' każ, konsistenti tul l-avvenimenti kollha, kronogrammat mid-ditta ta' investiment u persistenti għad-data li fiha jsir l-avveniment.

{INTEGER-50}

26

Ordni ġdida, modifika ta' ordni, kanċellazzjoni ta' ordni, ċaħda ta' ordni, eżekuzzjoni parzjali jew sħiħa

Ordni ġdid: riċeviment ta' ordni ġdida mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar.

“NEWO” — Ordni ġdida

Skattata: ordni li ssir eżegwibbli jew, skont il-każ, mhux eżegwibbli, malli sseħħ kundizzjoni prideterminata.

“TRIG” — Skattata

Sostitwit mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent taċ-ċentru tan-negozjar: meta membru, parteċipant jew klijent taċ-ċentru tan-negozjar jiddeċiedi, fuq inizjattiva proprja, li jibdel xi karatteristika tal-ordni li jkun daħħal fil-ktieb tal-ordnijiet qabel.

“REME” — Sostitwita mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent taċ-ċentru tan-negozjar.

Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (awtomatikament): meta xi karatteristika ta' ordni tinbidel mis-sistemi tal-IT tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar. Dan jinkludi meta l-karatteristiċi attwali ta' ordni peg jew ta' ordni trailing stop jinbidlu biex jirriflettu fejn tinsab l-ordni fil-ktieb tal-ordnijiet.

“REMA” — Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (awtomatikament).

Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (intervent uman): meta xi karatteristika ta' ordni tinbidel mill-persunal tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar. Dan jinkludi s-sitwazzjoni meta membru, parteċipant jew klijent taċ-ċentru tan-negozjar ikollu problemi tal-IT u jkollu bżonn li l-ordnijiet tiegħu jiġu kkanċellati b'mod urġenti.

“REMH” — Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (intervent uman).

Bidla fl-istatus fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant jew il-klijent taċ-ċentru tan-negozjar. Dan jinkludi l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni.

“CHME” — Bidla fl-istatus fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant jew il-klijent taċ-ċentru tan-negozjar.

Bidla fl-istatus minħabba operazzjonijiet tas-suq.

“CHMO” — Bidla fl-istatus minħabba operazzjonijiet tas-suq.

Kanċellata fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant jew il-klijent taċ-ċentru tan-negozjar.

“CAME” — Kanċellata fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant jew il-klijent taċ-ċentru tan-negozjar.

Ikkanċellata mill-operazzjonijiet tas-suq. Dan jinkludi mekkaniżmu ta' protezzjoni previst għad-ditti tal-investiment li jinolvu ruħhom f'negozjar algoritmiku biex jiksbu strateġija tal-ġenerazzjoni tas-suq skont l-Artikoli 17 u 48 tad-Direttiva 2014/65/UE.

“CAMO” — Ikkanċellata mill-operazzjonijiet tas-suq.

Ordni miċħuda: ordni rċevuta iżda rifjutata mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar.

“REMO” — Ordni miċħuda

Ordni skaduta: meta l-ordni titneħħa mill-ktieb tal-ordnijiet malli jintemm il-perjodu tal-validità tagħha.

“EXPI” — Ordni skaduta

Eżegwita parzjalment: meta l-Ordni ma tkunx eżegwita bis-sħiħ b'mod li jibqa' kwantità li trid tiġi eżegwita.

PARF' — Eżegwita parzjalment

Eżegwita: meta ma jkunx baqa' kwantità x'tiġi eżegwita.

“FILL” — Eżegwita

{ALPHANUM-4} karattri li ma jkunux qed jintużaw diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

27

Indikatur ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira

Bejgħ ta' pożizzjoni qasira konkluż minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem klijent, kif deskritt fl-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

“SSHO” — Bejgħ ta' pożizzjoni qasira b'ebda eżenzjoni

Meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni f'isem klijent li jkun qed ibigħ u d-ditta ta' investiment, fuq bażi tal-aħjar sforz, ma tkunx tista' tistabbilixxi jekk hijiex tranżazzjoni ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira, din il-kaxxa għandha timtela b“UNDI”.

“SSEX” — Bejgħ ta' pożizzjoni qasira b'eżenzjoni

Meta t-tranżazzjoni tiġi għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trasmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590, din il-kaxxa għandha timtela mid-ditta riċeventi minn mir-rapport tad-ditta riċeventi bl-użu tat-tagħrif irċevut mid-ditta li tibgħat.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss jekk l-istrument huwa kopert mir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u li l-bejjiegħ huwa d-ditta tal-investiment jew klijent id-ditta tal-investiment.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss fil-każ ta' ordnijiet eżegwiti.

“SELL” — L-ebda bejgħ ta' pożizzjoni qasira

“UNDI” — Informazzjoni mhux disponibbli

28

Indikatur tat-tneħħija

Jindika jekk it-tranżazzjoni twettqitx permezz ta' rinunzja ta' qabel il-kummerċ skont l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Għal strumenti ta' ekwità:

 

“RFPT” = Tranżazzjoni bi prezz ta' referenza

 

“NLIQ” = Tranżazzjonijiet innegozjati fi strumenti finanzjarji likwidi

 

“OILQ” = Tranżazzjonijiet innegozjati fi strumenti finanzjarji illikwidi

 

“PRIC” = Tranżazzjonijiet negozjati soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz tas-suq attwali ta' dak l-istrument finanzjarju ta' ekwità.

Għal strumenti mhux ta' ekwità:

 

“SIZE” = Tranżazzjoni akbar mid-daqs speċifiku

 

“ILQD” = Tranżazzjoni ta' strument illikwidu

Din il-kaxxa hija applikabbli biss meta jkun hemm ordnijiet li jiġu eżegwiti b'rinunzja f'ċentru tan-negozjar.

Imla waħda jew aktar minn dawn il-markaturi li ġejjin:

 

“RFPT” — Prezz ta' referenza

 

“NLIQ” — Negozjat (likwidu)

 

“OILQ” — Negozjat (illikwidu)

 

“PRIC” — Negozjat (kundizzjonijiet)

 

“SIZE” — Akbar mid-daqs speċifikat

 

“ILQD” — Strument illikwidu

29

L-istrateġija ta' rottar

Strateġija applikabbli tar-rottar skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{ALPHANUM-50}

30

Kodiċi tal-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar

Kodiċi alfanumeriku assenjat miċ-ċentru ta' negozjar lit-tranżazzjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/575.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss meta jkun hemm ordnijiet li jiġu eżegwiti f'ċentru tan-negozjar.

{ALPHANUM-52}

31

Il-perjodu tal-validità

Good-For-Day: l-ordni tiskadi fi tmiem il-jum ta' negozju li fih din tkun iddaħħlet fil-ktieb tal-ordnijiet.

“GDAY” — Good-For-Day

Good-Till-Cancelled: l-ordni se tibqa' attiva fil-ktieb tal-ordnijiet u tista' tkun eżekwibbli sakemm tiġi attwalment ikkanċellata.

“GTCA” — Good-Till-Cancelled

Good-Till-Time: l-ordni tiskadi mhux iktar tard minn xi ħin prideterminat fis-sessjoni ta' negozjar attwali.

“GTHT” — Good-Till-Time

Good-Till-Date: l-ordni tiskadi fi tmiem data speċifikata.

“GTHD” — Good-Till-Date

Good-Till-Specified Date and Time: l-ordni tiskadi f'data u ħin speċifikati.

“GTDT” — Good-Till-Specified Date and Time

Good After Time: l-ordni tkun attiva biss wara ħin prideterminat fis-sessjoni ta' negozjar attwali.

“GAFT” — Good After Time

Good After Date: l-ordni tkun attiva biss mill-bidu ta' data prideterminata.

“GAFD” — Good After Date

Good After Specified Date and Time: l-ordni tkun attiva biss minn ħin prideterminat f'data prideterminata.

“GADT” — Good After Specified Date and Time

Immediate-Or-Cancel: ordni li tiġi eżegwita malli tidħol fil-ktieb tal-ordnijiet (għall-kwantità li tista' tkun eżegwita) u li ma tibqax fil-ktieb tal-ordnijiet għall-kwantità li jifdal (jekk ikun hemm) li ma tkunx ġiet eżegwita.

“IOCA” — Immediate-Or-Cancel

Fill-Or-Kill: ordni li tiġi eżegwita malli tidħol fil-ktieb tal-ordnijiet dment li tkun tista' tiġi eżegwita kollha: f'każ li l-ordni tkun tista' tiġi eżegwita parzjalment biss, din tiġi miċħuda awtomatikament u għaldaqstant ma tkunx tista' tiġi eżegwita.

Oħrajn: kwalunkwe indikazzjoni addizzjonali li tkun unika għal mudelli ta' operat, pjattaformi jew sistemi ta' negozjar speċifiċi

“F” — Fill-Or-Kill

jew

{ALPHANUM-4} karattri li ma jkunux qed jintużaw diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

32

Ordni ta' restrizzjoni

Tajba Għal Sessjoni tat-Tqabbil tal-Prezzijiet tal-Għeluq: meta ordni tikkwalifika għas-sessjoni tat-tqabbil tal-prezzijiet tal-għeluq.

“SESR” -Tajba Għal Sessjoni tat-Tqabbil tal-Prezzijiet tal-Għeluq

Validu Għal Irkant: l-ordni tkun attiva biss u tkun tista' tiġi mwettqa biss fil-fażijiet tal-irkant (li jistgħu jkunu pridefiniti mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent taċ-ċentru tan-negozjar li ppreżenta l-ordni, pereż. irkanti tal-ftuħ u/jew l-għeluq u/jew irkanti dakinhar).

“VFAR” — Validu Għal Irkant

Validu biss Għal Kummerċ Kontinwu: l-ordni tkun attiva biss matul negozjar kontinwu.

“VFCR” — Validu biss Għal Kummerċ Kontinwu

Oħrajn: kwalunkwe indikazzjoni addizzjonali li tkun unika għal mudelli ta' operat, pjattaformi jew sistemi ta' negozjar speċifiċi

{ALPHANUM-4} karattri li ma jkunux qed jintużaw diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

Meta jkunu applikabbli diversi tipi din il-kaxxa għandha timtela b'diversi markaturi separati b'virgola.

33

Data u ħin tal-perjodu tal-validità

Din tirreferi għall-kronogramma li tirrifletti l-ħin li fih l-ordni ssir attiva jew li fih titneħħa għal kollox mill-ktieb tal-ordnijiet.

Good for day: id-data tad-dħul bil-kronogramma immedjatament qabel nofsillejl.

Good till time: id-data tad-dħul u l-ħin sa dawk speċifikati fl-ordni.

Good till date: id-data tal-iskadenza speċifikata bil-kronogramma immedjatament qabel nofsillejl.

Good till specified date and time: id-data u l-ħin speċifikati tal-iskadenza

Good after time: id-data tad-dħul u l-ħin speċifikat ta' meta l-ordni ssir attiva.

Good after date: id-data speċifikata tad-dħul bil-kronogramma immedjatament wara nofsillejl.

Good after specified date and time: L-inadempjenza se tkun id-data u l-ħin speċifikati ta' meta l-ordni ssir attiva.

Good till Cancel: id-data u l-ħin aħħarin meta l-ordni titneħħa awtomatikament mill-operazzjonijiet tas-suq

Oħrajn: il-kronogramma għal kwalunkwe tip addizzjonali ta' validità.

{DATE_TIME_FORMAT}

L-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” għandu jiġi stabbilit bi qbil mat-Tabella 2 fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

34

L-ordni aggregata

Jindika jekk l-ordni hijiex ordni aggregata skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/575.

“veru”

“falz”

35

Tagħrif addizzjonali marbut mal-ordni li ħierġa

Kull struzzjonijiet, parametri, kundizzjonijiet u kwalunkwe dettalji oħra tal-ordni li huma:

trażmessi mid-ditta tal-investiment liċ-ċentru tan-negozjar u b'mod partikolari dawk l-istruzzjonijiet, il-parametri, kundizzjonijiet u dettalji li huma meħtieġa għal ċentru ta' negozjar li jkollhom fehim ċar ta' kif l-ordni għandha tkun parti minnha; jew

trażmessi miċ-ċentru tan-negozjar għad-ditta tal-investiment u b'mod partikolari dawk l-istruzzjonijiet, il-parametri, kundizzjonijiet u dettalji li huma meħtieġa għad-ditta tal-investiment li jkollha fehim ċar ta' kif l-ordni għandha tkun parti minnha;

Test liberu


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għaż-żamma tad-dejta rilevanti dwar l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji (ara paġna 193 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ara paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozji (ara paġna 148 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/575 tat-8 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq f'istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji rigward id-data li għandha tiġi ppubblikata minn postijiet ta' eżekuzzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni ta' transazzjonijiet (ara paġna 152 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ ta' pożizzjoni qasira u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).