|
31.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/411 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/588
tal-14 ta' Lulju 2016
li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament ta' ishma, riċevuti depożitarji u fondi negozjati fil-borża
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(3) u (4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament jew id-daqsijiet minimi ta' funzjonament għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward ta' ċerti strumenti finanzjarji biex jiġi żgurat il-funzjonament regolari tas-swieq. B'mod partikolari, ir-riskju ta' daqs ta' funzjonament dejjem jonqos għal ishma, riċevuti depożitarji u ċerti tipi ta' fondi nnegozjati fil-borża, u l-impatt tiegħu fuq ir-regolarità tas-suq għandhom jiġu kontrollati permezz ta' konvenzjoni mandatorja għal daqs ta' funzjonament. |
|
(2) |
Għal strumenti finanzjarji oħrajn, minħabba n-natura ta' dawn l-istrumenti u l-mikrostrutturi tas-swieq li jiġu nnegozjati fuqhom, ma jistax jiġi preżunt li l-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament tikkontribwixxi effettivament għar-regolarità tas-swieq u, għalhekk, dawn l-istrumenti għandhom jiġu soġġetti għal konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament. |
|
(3) |
B'mod partikolari, iċ-ċertifikati jiġu nnegozjati biss f'ċerti Stati Membri. Fid-dawl tal-karatteristiċi ta' dawk l-istrumenti finanzjarji u l-likwidità, l-iskala u n-natura tas-swieq li jiġu nnegozjati fihom, ma hemmx il-ħtieġa ta' konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament mandatorja li tipprevjeni l-okkorrenza ta' kundizzjonijiet ta' negozjar irregolari. |
|
(4) |
Strumenti finanzjarji mhux ta' ekwità u prodotti bi dħul fiss huma nnegozjati barra l-Borża, b'ammont limitat ta' tranżazzjonijiet li jiġu eżegwiti f'ċentri tan-negozjar. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-likwidità ta' dawn l-istrumenti fuq pjattaformi elettroniċi u l-frammentazzjoni tagħhom, ma hemmx il-ħtieġa ta' konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament mandatorja għal dawn l-istrumenti. |
|
(5) |
Il-korrelazzjoni bejn fondi negozjati fil-borża u l-istrumenti ta' ekwità sottostanti jagħmilha neċessarja li jiġi ddeterminat id-daqs minimu ta' funzjonament għal fondi nnegozjati fil-borża li jkollhom bħala strument sottostanti ishma u riċevuti depożitarji. Madankollu, fondi negozjati fil-borża li jkollhom strumenti finanzjarji li mhumiex ishma jew riċevuti depożitarji bħala l-istrument sottostanti tagħhom ma għandhomx ikunu soġġetti għal konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament mandatorja. |
|
(6) |
Ikun importanti li l-fondi kollha negozjati fil-borża koperti minn dan ir-Regolament ikollhom l-istess konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament abbażi ta' medda ta' likwidità waħda, indipendentement mill-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet, sabiex ir-riskju ta' ċirkomvenzjoni tal-konvenzjoni tad-daqs ta' finanzjament b'rabta ma' dawn l-istrumenti jitnaqqas. |
|
(7) |
It-tifsira tat-terminu “l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità” għandha tiġi ċċarata għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, peress li r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) juża dan it-terminu kemm għall-fini tal-eżenzjoni tal-prezz referenzjarju, kif ukoll għall-fini tar-rapportar tat-tranżazzjoni. |
|
(8) |
Il-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament tiddetermina biss id-differenza minima bejn żewġ livelli ta' ordnijiet mibgħuta b'rabta ma' strument finanzjarju fil-ktieb tal-ordnijiet. Din għandha, għalhekk, tiġi applikata b'mod ugwali, indipendentement mill-munita tal-istrument finanzjarju. |
|
(9) |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jirreaġixxu għal avvenimenti magħrufa minn qabel li jwasslu għal bidla fl-għadd ta' tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju, fejn id-daqs tal-funzjonament applikabbli jista' ma jibqax adatt. Għal dan il-għan, għandha tiġi stabbilita proċedura speċifika biex jiġu evitati kundizzjonijiet tas-suq irregolari li joriġinaw minn azzjonijiet korporattivi li jistgħu jwasslu biex id-daqs tal-funzjonament ta' strument speċifiku ma jkunx adatt. Din il-proċedura għandha tapplika għal azzjonijiet korporattivi li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-likwidità ta' dak l-istrument. Filwaqt li jevalwaw l-impatt ta' azzjoni korporattiva fuq strument finanzjarju speċifiku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe azzjoni korporattiva preċedenti b'karatteristiċi simili. |
|
(10) |
Biex jiġi żgurat li l-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament tkun tista' topera b'mod effettiv u li l-parteċipanti fis-suq ikollhom żmien suffiċjenti biex jimplimentaw ir-rekwiżiti l-ġodda, ikun xieraq li jiġi previst il-ġbir ta' ċertu dejta u l-pubblikazzjoni kmieni tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal kull strument finanzjarju kopert minn dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data. Madankollu, biex jiġi żgurat li l-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament tkun tista' topera b'mod effettiv, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(12) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
|
(13) |
L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal sehem jew riċevuta depożitarja għandu jiġi kkunsidrat li huwa l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 (4).
Artikolu 2
Daqs ta' funzjonament għal ishma, riċevuti depożitarji u fondi negozjati fil-borża
(L-Artikolu 49(1) u (2) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw għal ordnijiet f'ishma jew riċevuti depożitarji daqs ta' funzjonament li jkun daqs jew akbar minn dak li jikkorrispondi għal:
|
(a) |
il-medda ta' likwidità fit-tabella fl-Anness li tikkorispondi għall-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fis-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità għal dan l-istrument; kif ukoll |
|
(b) |
il-firxa ta' prezzijiet f'dik il-medda ta' likwidità li tikkorrispondi mal-prezz tal-ordni. |
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1(a), meta s-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità għal sehem jew riċevuta depożitorja jopera biss f'sistema ta' negozjar li tqabbel l-ordnijiet abbażi ta' awzjoni perjodika u ta' algoritmu ta' negozjar li jiġu operati mingħajr intervenzjoni umana, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw il-medda ta' likwidità li tikkorrispondi mal-inqas għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fit-tabella fl-Anness.
3. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw daqs ta' funzjonament għall-ordnijiet f'fondi negozjati fil-borża li jkun daqs jew aktar minn dak li jikkorrispondi ma':
|
(a) |
il-medda ta' likwidità fit-tabella fl-Anness li tikkorrispondi mal-akbar għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet; kif ukoll |
|
(b) |
il-firxa ta' prezzijiet f'dik il-medda ta' likwidità li tikkorrispondi mal-prezz tal-ordni. |
4. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw biss għal fondi negozjati fil-borża, fejn l-istrumenti finanzjarji sottostanti tagħhom huma biss ekwitajiet soġġetti għall-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament skont il-paragrafu 1 jew grupp ta' tali ekwitajiet.
Artikolu 3
L-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal ishma u riċevuti depożitarji
(L-Artikolu 49(1) u (2) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Sal-1 ta' Marzu tas-sena wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u sal-1 ta' Marzu ta' kull sena wara dan, l-awtorità kompetenti għal sehem speċifiku jew riċevuta depożitarja għandha, meta tiddetermina l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal dak is-sehem jew riċevuta depożitarja, tikkalkola l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal dak l-istrument finanzjarju f'dak is-suq u tiżgura l-pubblikazzjoni ta' dik l-informazzjoni.
L-awtorità kompetenti msemmija fis-subparagrafu 1 għandha tkun l-awtorità kompetenti tas-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità, kif speċifikat fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (5).
2. Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
(a) |
għandu jinkludi, għal kull ċentru tan-negozjar, tranżazzjonijiet eżegwiti skont ir-regoli ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar, esklużi l-prezz referenzjarju u t-tranżazzjonijiet negozjati mmarkati kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587, u tranżazzjonijiet eżegwiti abbażi ta' mill-anqas ordni waħda li tkun ibbenefikat minn eżenzjoni fuq skala kbira u fejn id-daqs tat-tranżazzjoni jaqbeż il-limitu fuq skala kbira applikabbli, kif iddeterminat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587; |
|
(b) |
għandu jkopri s-sena kalendarja preċedenti jew, meta jkun applikabbli, il-perjodu tas-sena kalendarja preċedenti li fiha l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess għan-negozjar jew ġie nnegozjat f'ċentru tan-negozjar u ma jkunx ġie sospiż min-negozjar. |
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal ishma u riċevuti depożitarji li ġew ammessi għan-negozjar għall-ewwel darba jew li ġew innegozjati l-ewwel fuq ċentru tan-negozjar erba' ġimgħat qabel it-tmiem tas-sena kalendarja preċedenti jew anqas.
4. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw id-daqsijiet ta' funzjonament tal-medda ta' likwidità li jikkorrispondu mal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet kif ippubblikat skont il-paragrafu 1 mill-1 ta' April wara l-pubblikazzjoni.
5. Qabel l-ewwel ammissjoni għan-negozjar jew qabel l-ewwel jum ta' negozjar ta' sehem jew riċevuta depożitarja, l-awtorità kompetenti taċ-ċentru ta' negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju se jiġi ammess l-ewwel għan-negozjar, għandha tagħti stima tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal dak iċ-ċentru tan-negozjar, filwaqt li tqis l-istorja ta' negozjar preċedenti ta' dak l-istrument finanzjarju, meta jkun applikabbli, kif ukoll l-istorja tan-negozjar preċedenti tal-istrumenti finanzjarji li huma kkunsidrati li għandhom karatteristiċi simili, u tippubblika stima.
Id-daqsijiet ta' funzjonament tal-medda ta' likwidità li tikkorrispondi ma' din l-istima ppubblikata tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għandhom japplikaw mill-pubblikazzjoni ta' din il-istima sal-pubblikazzjoni tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal dak l-istrument skont il-paragrafu 6.
6. Mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara l-ewwel ġurnata ta' negozjar tas-sehem jew riċevuta depożitarja, l-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar fejn l-istrument finanzjarju ġie ammess għan-negozjar għall-ewwel darba jew ġie innegozjat għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar, għandha tikkalkula u tiżgura l-pubblikazzjoni tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet f'dak l-istrument finanzjarju għal dak iċ-ċentru tan-negozjar, bl-użu tad-dejta relatata mal-ewwel erba' ġimgħat ta' negozjar ta' dak l-istrument finanzjarju.
Id-daqsijiet ta' funzjonament tal-medda ta' likwidità li tikkorrispondi ma' dan l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għandhom japplikaw mill-pubblikazzjoni sakemm jiġi kkalkulat għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet ġdid għal dak l-istrument, li jkun ġie kkalkulat u ppubblikat skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4.
7. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal strument finanzjarju għandu jiġi kkalkulat billi wieħed jiddiviedi, għall-perjodu ta' żmien rilevanti u għaċ-ċentru tan-negozjar rilevanti, l-għadd totali ta' tranżazzjonijiet f'dak l-istrument finanzjarju bin-numru ta' ġranet ta' negozjar.
Artikolu 4
Azzjonijiet korporattivi
(L-Artikolu 49(1) u (2) tad-Direttiva 2014/65/UE)
Meta awtorità kompetenti tikkunsidra li azzjoni korporattiva tista' timmodifika l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet ta' strument finanzjarju partikolari, filwaqt li b'hekk tikkkawża li dan l-istrument finanzjarju jaqa' fl-ambitu ta' medda ta' likwidità differenti, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina u tiżgura l-pubblikazzjoni ta' medda ta' likwidità ġdida applikabbli għal dak l-istrument finanzjarju filwaqt li tittrattaha daqs li kieku ġiet ammessa għan-negozjar għall-ewwel darba jew innegozjata għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar u tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(5) u (6).
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar fejn is-sehem jew riċevuta depożitarja ġew ammessi l-ewwel darba għan-negozjar jew ġew innegozjati għall-ewwel darba qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għandha tiġbor id-dejta rilevanti u tikkalkula u tiżgura l-pubblikazzjoni tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal dak l-istrument finanzjarju u għal dak iċ-ċentru tan-negozjar fi ħdan il-limiti ta' żmien li ġejjin:
|
(a) |
mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn id-data li fiha l-ishma jew ir-riċevuti depożitarji ġew innegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni tkun data mhux anqas minn għaxar ġimgħat qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
|
(b) |
mhux aktar tard mid-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn id-data li fiha ġew innegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni tkun data li taqa' fl-ambitu tal-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li jispiċċa fid-data qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
2. Il-kalkoli msemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
|
(a) |
f'każijiet fejn id-data li fiha l-ishma jew riċevuti depożitarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni tkun data mhux inqas minn sittax-il ġimgħa qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq perjodu referenzjarju ta' erbgħin ġimgħa li jibda tnejn u ħamsin ġimgħa qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014; |
|
(b) |
f'każijiet fejn d-data li fiha l-ishma jew ir-riċevuti depożitarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni tkun data fi żmien il-perjodu li jibda sittax-il ġimgħa qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li jtemm għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq dejta disponibbli għall-ewwel perjodu ta' negozjar ta' erbgħa ġimgħat tal-istrument finanzjarju: |
|
(c) |
f'każijiet fejn id-data li fiha l-ishma jew riċevuti depożitarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni tkun data li taqa' fi żmien il-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li jtemm fil-jum ta' qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq l-istorja tan-negozjar tas-sehem jew riċevuta depożitarja jew strumenti finanzjarji oħra kkunsidrati li għandhom karatteristiċi simili għal dawk l-ishma jew riċevuti depożitarji. |
3. Id-daqsijiet ta' funzjonament tal-medda ta' likwidità li jikkorrispondu mal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet ippubblikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati sal-1 ta' April tas-sena wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Matul dak il-perjodu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-daqsijiet ta' funzjonament għal strumenti finanzjarji msemmija skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 u li huma l-awtorità kompetenti għalihom, ma jikkontribwux għal kundizzjonijiet ta' negozjar irregolari. Meta awtorità kompetenti tidentifika riskju għall-funzjonament regolari tas-swieq minħabba tali daqsijiet ta' funzjonament, hija għandha tiddetermina u tippubblika għadd medju ta' kuljum aġġornat ta' tranżazzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji rilevanti biex jiġi indirizzat dan ir-riskju. Hija għandha tagħmel dan abbażi ta' storja ta' negozjar itwal u aktar komprensiva ta' dawn l-istrumenti. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw immedjatament il-medda ta' likwidità li tikkorrispondi mal-għadd medju ta' kuljum aġġornat ta' tranżazzjonijiet. Huma għandhom jagħmlu dan sal-1 ta' April wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew sa pubblikazzjoni oħra mill-awtorità kompetenti skont dan il-paragrafu.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.
Madanakollu, l-Artikolu 5 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (ara l-paġna 387 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ara l-paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
Tabella ta' varjazzjonijiet minimi ta' prezzijiet
|
|
Meded ta' likwidità |
|||||
|
Il-firxiet ta' prezzijiet |
0 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum < 10 |
10 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum < 80 |
80 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum < 600 |
600 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum < 2 000 |
2 000 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum < 9 000 |
9 000 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum |
|
0 ≤ prezz < 0,1 |
0,0005 |
0,0002 |
0,0001 |
0,0001 |
0,0001 |
0,0001 |
|
0,1 ≤ prezz < 0,2 |
0,001 |
0,0005 |
0,0002 |
0,0001 |
0,0001 |
0,0001 |
|
0,2 ≤ prezz < 0,5 |
0,002 |
0,001 |
0,0005 |
0,0002 |
0,0001 |
0,0001 |
|
0,5 ≤ prezz < 1 |
0,005 |
0,002 |
0,001 |
0,0005 |
0,0002 |
0,0001 |
|
1 ≤ prezz < 2 |
0,01 |
0,005 |
0,002 |
0,001 |
0,0005 |
0,0002 |
|
2 ≤ prezz < 5 |
0,02 |
0,01 |
0,005 |
0,002 |
0,001 |
0,0005 |
|
5 ≤ prezz < 10 |
0,05 |
0,02 |
0,01 |
0,005 |
0,002 |
0,001 |
|
10 ≤ prezz < 20 |
0,1 |
0,05 |
0,02 |
0,01 |
0,005 |
0,002 |
|
20 ≤ prezz < 50 |
0,2 |
0,1 |
0,05 |
0,02 |
0,01 |
0,005 |
|
50 ≤ prezz < 100 |
0,5 |
0,2 |
0,1 |
0,05 |
0,02 |
0,01 |
|
100 ≤ prezz < 200 |
1 |
0,5 |
0,2 |
0,1 |
0,05 |
0,02 |
|
200 ≤ prezz < 500 |
2 |
1 |
0,5 |
0,2 |
0,1 |
0,05 |
|
500 ≤ prezz < 1 000 |
5 |
2 |
1 |
0,5 |
0,2 |
0,1 |
|
1 000 ≤ prezz < 2 000 |
10 |
5 |
2 |
1 |
0,5 |
0,2 |
|
2 000 ≤ prezz < 5 000 |
20 |
10 |
5 |
2 |
1 |
0,5 |
|
5 000 ≤ prezz < 10 000 |
50 |
20 |
10 |
5 |
2 |
1 |
|
10 000 ≤ prezz < 20 000 |
100 |
50 |
20 |
10 |
5 |
2 |
|
20 000 ≤ prezz < 50 000 |
200 |
100 |
50 |
20 |
10 |
5 |
|
50 000 ≤ prezz |
500 |
200 |
100 |
50 |
20 |
10 |