|
31.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/382 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/586
tal-14 ta' Lulju 2016
li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kooperazzjoni f'attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post u investigazzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva emendatorja 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 80(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont id-Direttiva 2014/65/UE għandu jkollha ambitu biżżejjed u tkun ta' natura li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet ta' superviżjoni u l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jiskambjaw informazzjoni li tippermettilhom li jissorveljaw l-imġiba ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. |
|
(2) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw b'mod effettiv id-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq u l-fornituri tas-servizz tad-dejta, huwa importanti għalihom li jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti dwar: informazzjoni ġenerali ta' sfond u dokumenti kostituttivi (inklużi dokumenti nazzjonali ta' inkorporazzjoni, jew dokumenti oħra li jipprovdu għarfien dwar l-istruttura u l-attivitajiet operattivi ta' entità); informazzjoni dwar il-proċess ta' awtorizzazzjoni; informazzjoni dwar il-korpi maniġerjali ta' ditti tal-investiment, inkluża pereżempju informazzjoni li tista' tivverifika l-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali bħal l-esperjenza tax-xogħol tagħhom (inkluż il-curriculum vitae tagħhom li jiddikjara l-edukazzjoni u t-taħriġ rilevanti, l-esperjenza professjonali preċedenti u l-attivitajiet professjonali jew ta' funzjonijiet oħra li bħalissa huma meħtieġa għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE); informazzjoni dwar ir-reputazzjoni tagħhom; informazzjoni dwar azzjonisti u membri b'holdings kwalifikati bħal informazzjoni tal-ġestjoni tan-negozju u r-reputazzjoni; informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tad-ditta inkluża informazzjoni dwar dawk id-ditti li ngħataw jew ġew rifjutati l-awtorizzazzjoni; informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-organizzazzjoni ta' swieq regolati; informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' fornituri tas-servizz tad-dejta; informazzjoni dwar l-eżenzjonijiet mogħtija jew rifjutati biex il-klijenti jiġu kkategorizzati bħala “professjonali”; informazzjoni dwar sanzjonijiet u azzjoni ta' infurzar; informazzjoni dwar l-attivitajiet operattivi u l-imġiba rilevanti u storja tal-konformità. |
|
(3) |
Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu wkoll jiskambjaw informazzjoni rilevanti għall-monitoraġġ effettiv ta' istituzzjonijiet ta' kreditu meta dawn jipprovdu servizzi ta' investiment jew iwettqu attivitajiet tal-investiment. |
|
(4) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta' sorveljanza b'mod komprensiv, huwa importanti wkoll li jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni rilevanti li jista' jkollhom, inkluża informazzjoni dwar ditti tal-investiment, operaturi tas-suq, fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta, istituzzjonijiet ta' kreditu, kontropartijiet finanzjarji, membri jew parteċipanti ta' swieq regolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozjar jew persuni eżenti skont l-Artikolu 2 jew 3 tad-Direttiva 2014/65/UE. Barra minn hekk, skont id-Direttiva 2014/65/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni tal-isfond rilevanti dwar persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
L-ESMA talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(8) |
L-ESMA ma wettqitx konsultazzjonijiet pubbliċi dwar dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji peress li dawn huma marbuta mal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti meta dawn jikkooperaw f'attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post, u investigazzjonijiet u dan tqies bħala sproporzjonat fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u l-impatt, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' Applikazzjoni
L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti li għalihom issir talba għall-kooperazzjoni (l-awtorità li ssirilha t-talba) u l-awtorità kompetenti li tagħmel talba għall-kooperazzjoni (awtorità rikjedenti) skont l-Artikolu 80 tad-Direttiva 2014/65/UE jistgħu jikkonċernaw l-entitajiet li ġejjin:
|
(a) |
ditta tal-investiment, operatur tas-suq jew fornitur ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(b) |
istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Patlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li tipprovdi servizzi ta' investiment jew li twettaq attivitajiet ta' investiment, |
|
(c) |
kull persuna fiżika jew ġuridika oħra, jew kwalunkwe entità jew assoċjazzjoni mhux inkorporata, mhux speċifikati fil-punti (a) u (b). |
Artikolu 2
Informazzjoni li għandha tiġi skambjata rigward id-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq jew il-fornituri tas-servizz ta' rapportar tad-dejta
1. Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li titlob kooperazzjoni din tista' titlob l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' entitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1:
|
(a) |
informazzjoni ġenerali u dokumenti relatati mal-kostituzzjoni tal-entitajiet:
|
|
(b) |
informazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2014/65/UE dwar il-proċess ta' awtorizzazzjoni ta' entità fejn din l-informazzjoni ma tkunx preżenti fuq ir-reġistru pubbliku tal-ESMA stabbilit skont l-Artikolu 8(1)(k) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010; |
|
(c) |
informazzjoni marbuta mal membri tal-korp maniġerjali, jew il-persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-entitajiet, li ġew ipprovduti bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni li jinkludu:
|
|
(d) |
informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali jew persuni li effettivament imexxu n-negozju ta' dawn l-entitajiet, inkluż:
|
|
(e) |
informazzjoni dwar l-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjoni kwalifikanti inklużi:
|
|
(f) |
informazzjoni dwar l-istruttura organizzattiva, il-kundizzjonijiet operattivi u l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE, inklużi:
|
|
(g) |
informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' ditti tal-investiment mogħtija skont l-Artikoli 5 sa 10 tad-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(h) |
informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' swieq regolati u fornituri ta' servizzi ta' rappurtar tad-dejta mogħtija rispettivament f'konformità mal-Artikoli 44, 45 u 46, kif ukoll l-Artikoli 59 sa 63 tad-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(i) |
informazzjoni dwar l-eżenzjonijiet mogħtija jew miċħuda rigward il-klijenti li jistgħu jiġu ttrattati bħala professjonali fuq talba kif stipulat fl-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(j) |
informazzjoni dwar sanzjonijiet u azzjoni ta' infurzar imposti kontra l-entitajiet inklużi:
|
|
(k) |
informazzjoni relatata mal-attivitajiet operattivi u kondotta rilevanti u storja tal-konformità relatati mas-suġġett tat-talba inklużi:
|
|
(l) |
kull informazzjoni oħra meħtieġa għal kooperazzjoni f'attivitajiet superviżorji, verifiki jew investigazzjonijiet fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. |
2. Fejn Stati Membru jesiġi li ditta ta' pajjiż terz tistabbilixxi fergħa skont l-Artikolu 39(1) u (2) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' titlob mingħand l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni ta' dik il-fergħa, informazzjoni miksuba minn awtorità tal-Istat ta' oriġini fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-ftuħ tal-fergħa, inkluża:
|
(a) |
informazzjoni rilevanti għall-monitoraġġ tal-konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew id-dispożizzjonijiet u l-miżuri adottati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(b) |
reazzjoni tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment tal-pajjiż terz, jew persuni li effettivament imexxu l-operat tal-entità, għall-mistoqsijiet mill-awtorità kompetenti. |
Artikolu 3
Informazzjoni li għandha tiġi skambjat rigward l-istituzzjonijiet ta' kreditu
Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li titlob kooperazzjoni din tista' titlob l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' entitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1:
|
(a) |
l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (f), (i) u (j) tal-Artikolu 2(1); |
|
(b) |
kull informazzjoni oħra li tkun rilevanti għall-monitoraġġ ta' konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew id-dispożizzjonijiet u l-miżuri adottati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(c) |
kull informazzjoni oħra meħtieġa għal kooperazzjoni f'attivitajiet superviżorji, verifiki jew investigazzjonijiet fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. |
Artikolu 4
Informazzjoni li għandha tiġi skambjata rigward il-persuni msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 1
1. Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li titlob kooperazzjoni fir-rigward ta' persuni fiżiċi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1 tista' titlob mill-inqas l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni personali, l-indirizz, u d-dettalji ta' kuntatt.
2. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, jew kull entità jew assoċjazzjoni mhux inkorporata, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1, awtorità kompetenti tista' titlob ukoll mill-inqas id-dokumenti li jiċċertifikaw l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tiegħu, u l-indirizz postali jekk differenti, id-dettalji ta' kuntatt u n-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali tiegħu; reġistrazzjoni tal-forma ġuridika skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti; lista kompleta tal-persuni li effettivament jmexxu n-negozju, l-isem, id-data u l-post tat-twelid, l-indirizz, id-dettalji ta' kuntatt, in-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali tagħhom.
3. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu l-informazzjoni li ġejja li għandha tiġi skambjata b'rabta ma' persuni li jipprovdu servizzi jew attivitajiet ta' investiment mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa jew reġistrazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE:
|
(a) |
dettalji dwar is-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment li qed jiġu pprovduti; |
|
(b) |
dettalji ta' kull persuna li jingħad ġiet ikkuntattjata minn individwu jew persuna ġuridika b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' investiment jew it-twettiq ta' attivitajiet ta' investiment mingħajr l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni meħtieġa. |
4. F'kull każ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni fir-rigward ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1 miksuba skont, u rilevanti għall-monitoraġġ tal-konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE jew jistgħu jitolbu kull informazzjoni oħra meħtieġa biex jikkooperaw f'attivitajiet superviżorji, verifiki jew investigazzjonijiet fuq il-post, imsemmija fl-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mid-data li tidher l-ewwel fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(3) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(4) Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).
(5) ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012. (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).