31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/368


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/585

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-istandards u l-formati tad-dejta ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji, u l-miżuri tekniċi marbutin ma' arranġamenti li għandhom isiru mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-awtoritajiet kompetenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 27(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-fini ta' monitoraġġ effettiv tas-suq minn awtoritajiet kompetenti, id-dejta ta' referenza għall-istrumenti finanzjarji għandha tiġi rrappurtata f'format konsistenti u skont standards uniformi.

(2)

Ir-rappurtar u l-pubblikazzjoni tad-dejta ta' referenza f'forma u format elettroniċi, li jinqraw mill-magni, u li jistgħu jitniżżlu jiffaċilitaw l-użu effiċjenti u l-iskambju ta' din id-dejta.

(3)

Il-wasla fil-pront tad-dejta ta' referenza, marbuta mal-istrumenti finanzjarji kollha li huma ammessi għan-negozjar jew li huma nnegozjati f'ċentru tan-negozjar jew permezz ta' internalizzatur sistematiku, tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta u l-monitoraġġ effettiv tas-suq, u b'hekk jikkontribwixxu għall-integrità tas-suq.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi jissottomettu d-dejta ta' referenza kollha u b'mod preċiż, u li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu effettivament jirċievu u jużaw din id-dejta fil-ħin opportun, għandhom jiġu stabbiliti skedi taż-żmien xierqa għas-sottomissjoni. Għandu jitħalla żmien adegwat sabiex jiġu identifikati l-ineżattezzi jew il-lakuni li jkun fiha qabel il-pubblikazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li d-dejta ta' referenza ppreżentata hija konsistenti mal-informazzjoni korrispondenti rrappurtata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-dejta ta' referenza fir-rigward ta' ġurnata partikolari għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalidaw u jiskambjaw ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet eżegwiti f'dik l-istess ġurnata.

(5)

Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, min jibgħat u min jirċievi d-dejta ta' referenza jrid jiżgura l-wasla effettiva tagħha, l-iskambju effiċjenti u l-kwalità tad-dejta, u li hija koerenti mar-rapporti tat-tranżazzjonijiet korrispondenti previsti fl-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament. Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom għalhekk jipprovdu dejta ta' referenza sħiħa u preċiża, u għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti dwar dejta identifikata bħala mhux kompluta jew mhux eżatta li tkun diġà ingħatat. Huma għandhom ukoll iżommu sistemi u kontrolli xierqa sabiex tingħata dejta ta' referenza preċiża, kompluta u fil-ħin opportun.

(6)

Għall-finijiet ta' użu effiċjenti u tal-iskambju tad-dejta ta' referenza, u sabiex jiġi żgurat li d-dejta ta' referenza hija koerenti mad-dejta korrispondenti mogħtija fir-rapporti ta' tranżazzjonijiet, iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi jridu jibbażaw l-identifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji u tal-entitajiet legali, li għandhom jiddaħħlu fid-dejta ta' referenza, fuq standards uniformement aċċettati. B'mod partikolari, u sabiex jiġi żgurat li d-dejta ta' referenza taqbel mar-rapporti korrispondenti tat-tranżazzjonijiet, iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżguraw li jiksbu l-kodiċi tan-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli f'konformità mal-ISO 6166, li jirrigwarda l-istrumenti finanzjarji li jkunu qed jiġu rrapportati, u li jkun inkluż fid-dejta rrapportata.

(7)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(9)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kontenut, standards, forma u format tad-dejta ta' referenza

Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internealizzaturi sistematiċi għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti kull dettall dwar id-dejta ta' referenza tal-istrument finanzjarju (“id-dejta ta' referenza”), imsemmija fit-Tabella 3 tal-Anness, li għandha x'taqsam mal-istrument finanzjarju kkonċernat. Id-dettalji kollha għandhom jiġu ppreżentati skont l-istandards u l-formati speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness, f'forma elettronika u li tinqara minn magna, u f'galvu komuni XML skont il-metodoloġija tal-ISO 20022.

Artikolu 2

L-għażla taż-żmien għall-għoti tad-dejta ta' referenza lill-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull jum li jkunu miftuħin għan-negozju, iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti tagħhom, sad-21:00 CET, bid-dejta ta' referenza għall-istrumenti finanzjarji li huma ammessi għan-negozjar jew li huma nnegozjati, anki meta l-ordnijiet jew il-kwotazzjonijiet jitqiegħdu fis-sistema tagħhom qabel is-18:00 CET ta' dak inhar stess.

2.   Meta strument finanzjarju jiġi ammess għan-negozjar jew jiġi nnegozjat, inkluż meta ordni jew kwotazzjoni jitqiegħedu għall-ewwel darba wara s-18:00 CET f'jum li fih iċ-ċentru tan-negozjar jew l-internalizzatur sistematiku jkun miftuħ għan-negozjar, id-dejta ta' referenza fir-rigward tal-istrument finanzjarju kkonċernat għandha tingħata sad-21:00 CET fil-jum ta' wara li fih iċ-ċentru tan-negozjar jew tal-internalizzatur sistematiku kkonċernat ikun miftuħ għan-negozjar.

Artikolu 3

Identifikazzjoni tal-istrumenti finanazjarji u tal-entitajiet ġuridiċi

1.   Qabel ma jibda n-negozjar ta' strument finanzjarju f'ċentru tan-negozjar jew f'internalizzatur sistematiku, iċ-ċentru tan-negozjar jew l-internalizzatur sistematiku kkonċernati għandhom jiksbu l-kodiċi tan-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (“ISIN”) skont l-ISO 6166 għall-istrument finanzjarju.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżguraw li l-kodiċi tal-identifikatur tal-entità ġuridika inkluż fid-dejta ta' referenza mogħtija jikkonforma mal-istandard tal-ISO 17442:2012, li jappartjeni għall-emittent ikkonċernat, u li huwa elenkat fil-bażi tad-dejta tal-Identifikatur Globali tal-Entitajiet Ġuridiċi ġestita mill-Unità Operattiva Ċentrali maħtura mill-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja għas-Sistema ta' Identifikatur tal-Entità Ġuridika Globali.

Artikolu 4

Arrangamenti sabiex tiġi żgurata l-wasla effettiva tad-dejta ta' referenza

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw li d-dejta ta' referenza li huma jirċievu minn ċentru tan-negozjar jew minn internalizzatur sistematiku hija kompluta, kif ukoll li tikkonforma mal-istandards u mal-formati speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness.

2.   Wara li tasal id-dejta ta' referenza għal kull ġurnata li fiha ċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi jkunu miftuħin għan-negozju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw liċ-ċentri tan-negozjar u lill-internalizzaturi sistematiċi dwar kull lakuna fid-dejta u dwar kull meta ma tingħatax id-dejta ta' referenza sad-dati ta' skadenza stipulati fl-Artikolu 2.

3.   L-ESMA għandha timmonitorja u tivvaluta li d-dejta ta' referenza li hija tirċievi mill-awtoritajiet kompetenti hija kompluta, u li d-dejta tikkonforma mal-istandards u mal-formati speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness.

4.   Wara li tasal id-dejta ta' referenza mill-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA għandha tinnotifikahom b'kull lakuna f'din id-dejta u dwar kull meta d-dejta ta' referenza ma ntbagħtitx sad-dati ta' skadenza stabbiliti fl-Artikolu 7(1).

Artikolu 5

Arrangamenti sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta ta' referenza

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu, mill-inqas fuq bażi trimestrali, valutazzjonijiet tal-kwalità rigward il-kontenut u l-preċiżjoni tad-dejta ta' referenza li tasal skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 6

Metodi u arranġamenti għall-għoti tad-dejta ta' referenza

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżguraw li jagħtu dejta ta' referenza kompluta u preċiża lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont l-Artikoli 1 u 3.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jistabbilixxu metodi u arranġamenti li jippermettulhom jidentifikaw id-dejta ta' referenza mhux kompluta u mhux preċiża li ġa tkun ġiet ippreżentata. Ċentru tan-negozjar jew internalizzatur sistematiku li jintebħu li d-dejta ta' referenza ppreżentata mhix kompluta jew preċiża għandhom minnufih jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom u jitrażmettu lill-awtorità kompetenti d-dejta ta' referenza rilevanti, kompluta u korretta, mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 7

Arranġamenti għall-iskambju u għall-pubblikazzjoni effiċjenti tad-dejta ta' referenza

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu d-dejta ta' referenza kompluta u preċiża lill-ESMA kull jum sa mhux aktar tard minn 23:59 CET bl-użu ta' kanal ta' komunikazzjoni elettroniku sigur, stabbilit għal dan l-għan bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA.

2.   Il-jum ta' wara li tasal id-dejta ta' referenza skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkonsolida d-dejta li tasal minn kull awtorità kompetenti.

3.   L-ESMA għandha tagħmel d-dejta kkonsolidata disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha sat-08:00 CET fil-jum ta' wara li taslilha bl-użu ta' kanali ta' komunikazzjoni elettroniċi siguri msemmijin fil-paragrafu 1.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw id-dejta kkonsolidata rigward jum partikolari sabiex jivvalidaw ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet rigward it-tranżazzjonijiet imwettqin f'dik il-ġurnata u rrapportati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

5.   Kull awtorità kompetenti għandha tuża d-dejta kkonsolidata għal jum partikolari sabiex jiġu skambjati r-rapporti dwar it-tranżazzjonijiet ippreżentati f'dik il-ġurnata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

6.   L-ESMA għandha tippubblika d-dejta ta' referenza f'forma elettronika, li tista' titniżżel u forma li tista' tinqara minn magna.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika mid-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Tabella 1

Tifsiriet għat-Tabella 3

SIMBOLU

TIP TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Il-parti għat-test liberu.

{CFI_CODE}

6 karattri

Kodiċi CFI tal-ISO 10962

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b'żewġ (2) ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2.

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-valuta bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-valuta ISO 4217.

{DATE_TIME_FORMAT}

Il-format tad-data u tal-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format li ġej:

SSSS-XX-JJThh:mm:ss.ddddddZ

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li l-ittra “T” għandha tintuża

“hh” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjonijiet tas-sekondi;

Z hija l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati skont il-ħin universali koordinat (UTC).

{DATEFORMAT}

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom il-format li ġej:

SSSS-XX-JJ.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n figuri b'kollox li minnhom sa m figuri jistgħu jkunu deċimali

Spazju numeriku kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (il-punt);

iċ-ċifri negattivi għandhom il-prefissi “-” (minus);

il-valuri huma arrotondati u mhux maqtugħa.

{INDEX}

4 karattri alfabetiċi

“EONA” — EONIA

“EONS” — EONIA SWAP

“EURI” — EURIBOR

“EUUS” — EURODOLLAR

“EUCH” — EuroSwiss

“GCFR” — GCF REPO

“ISDA” — ISDAFIX

“LIBI” — LIBID

“LIBO” — LIBOR

“MAAA” — Muni AAA

“PFAN” — Pfandbriefe

“TIBO” — TIBOR

“STBO” — STIBOR

“BBSW” — BBSW

“JIBA” — JIBAR

“BUBO” — BUBOR

“CDOR” — CDOR

“CIBO” — CIBOR

“MOSP” — MOSPRIM

“NIBO” — NIBOR

“PRBO” — PRIBOR

“LBO”- TELBOR

“IBO”– WIBOR

“TREA”– it-Teżor

“SWAP” — Swap

“FUSW” — Swap tal-futuri

{INTEGER-n}

Numru sħiħ sa n figuri b'kollox

Spazju numeriku kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi ta' numri sħaħ

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur ta' entità ġuridika kif definit f'ISO 17442.

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.

{FISN}

35 karattru alfanumeriku

Kodiċi FISM, kif definit f'ISO 18774


Tabella 2

Klassifikazzjoni tad-derivattivi tal-kwoti ta' emissjonijiet u ta' komoditajiet għat-Tabela 3 (mill-parti 35 sa 37)

Prodotti bażi

Prodotti sekondarji

Prodotti sekondarji oħra

“AGRI” — Agrikoli

“GROS” — Ċereali u żrieragħ żejtnija

“FWHT” — Qamħ tal-għalf

“SOYB” — Fażola tas-sojja

“CORN” — Qamħirrum

“RPSD” — Żerriegħa tal-kolza

“RICE” — Ross

“OTHR” — Oħrajn

“SOFT” -Komoditajiet Agrikoli

“CCOA” — Kawkaw

“ROBU” — Kafè tat-tip Robusta

“WHSG” — Zokkor abjad

“BRWN” — Zokkor mhux raffinat

“OTHR” — Oħrajn

“POTA” — Patata

 

“OOLI” — Żejt taż-żebbuġa

“LAMP” — Żejt taż-żebbuġa lampante

“DIRY” — Prodotti tal-ħalib

 

“FRST” — Forestrija

 

“SEAF” — Frott tal-baħar

 

“LSTK” -Annimali ħajjin

 

“GRIN” — Ċereali

“MWHT” — Qamħ għat-tħin

“NRGY” — Enerġija

“ELEC” — Elettriku

“BSLD” — Karga bażika

“FITR” — Drittijiet finanzjarji ta' trażmissjoni

“PKLD” — Karga massima

“OFFP” — Sigħat kwieti

“OTHR” — Oħrajn

“NGAS” — Gass naturali

“GASP” — GASPOOL

“LNGG” — LNG

“NBPG” — NBP

“NCGG” — NCG

“TTFG” — TTF

“OILP” — Żejt

“BAKK” — Bakken

“BDSL” — Bijodiżil

“BRNT” — Brent

“BRNX” — Brent NX

“CNDA” — Kanadiż

“COND” — Ikkondensat

“DSEL” — Diżil

“DUBA” — Dubaj

“ESPO” — ESPO

“ETHA” — Etanol

“FUEL” — Fjuwil

“FOIL” — Żejt kombustibbli

“GOIL” — Żejt tal-gass

“GSLN” — Petrol

“HEAT” — Żejt għat-tisħin

“JTFL” — Fjuwil tal-avjazzjoni

“KERO” — Pitrolju

“LLSO” — Light Louisiana Sweet (LLS)

“MARS” — Mars

“NAPH” — Nafta

“NGLO” — NGL

“TAPI” — Tapis

“URAL” — Urali

“WTIO” — WTI

“COAL” — Faħam

“INRG” -Inter Energy

“RNNG” — Enerġija rinnovabbli

“LGHT” — Petrol ħafif tal-ewwel distillazzjoni

“DIST” — Distillati

 

“ENVR” -Ambjentali

“EMIS” — Emissjonijiet

“CERE” — CER

“ERUE” — ERU

“EUAE” — EUA

“EUAA” — EUAA

“OTHR” — Oħrajn

“WTHR” — Temp

“CRBR” — “Relatat mal-kabonju”

 

“FRGT” — “Merkanzija”

“WETF” — merkanzija likwida

“TNKR” — Tankers

“DRYF” — Merkanzija solida

“DBCR” — Trasportaturi ta' merkanzija solida fi kwantità

“CSHP” — Bastimenti tal-kontejners

 

“FRTL” — “Fertilizzant”

“AMMO” — Ammonja

“DAPH” -DAP (Fosfat tad-dijammonju)

“PTSH” — Potassa

“SLPH” -Kubrit

“UREA” -Urea

“UAAN” — UAN (urea u nitrat tal-ammonju)

 

“INDP” — Prodotti industrijali

“CSTR” — Kostruzzjoni

“MFTG” — Manifattura

 

“METL” — Metalli

“NPRM” — Mhux prezzjużi

“ALUM” — Aluminju

“ALUA” — Liga tal-aluminju

“CBLT” — Kobalt

“COPR” — Ram

“IRON” — Minerali tal-ħadid

“LEAD” — Ċomb

“MOLY” — Molibdenu

“NASC” — NASAAC

“NICK” — Nikil

“STEL” — Azzar

“TINN” — Landa

“ZINC” — Żingu

“OTHR” — Oħrajn

“PRME” — Prezzjużi

“GOLD” — Deheb

“SLVR” — Fidda

“PTNM” — Platinu

“PLDM” — Palladju

“OTHR” — Oħrajn

“MCEX” — Komoditajiet varjati eżotiċi

 

 

“PAPR” — Karta

“CBRD” — Kartun tal-kontenituri

“NSPT” — Karta tal-gazzetti

“PULP” — Polpa

“RCVP” — Karta rkuprata

 

“POLY” — Polipropilen

“PLST” — Plastik

 

“INFL” — Inflazzjoni

 

 

“OEST” — Statistika ekonomika uffiċjali

 

 

“OTHC” — C10 oħra, kif definit fit-Tabella 10.1 tat-Taqsima 10 tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 (1).

 

 

“OTHR” — Oħrajn

 

 


Tabella 3

Id-dettalji li għandhom jiġu rrapportati bħala dejta ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji

N.

QASAM

IL-KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT

IL-FORMAT U L-ISTANDARDS LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAR-RAPPURTAR

Oqsma Ġenerali

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju.

{ISIN}

2

Isem sħiħ tal-istrument

Isem sħiħ tal-istrument finanzjarju

{ALPHANUM-350}

3

Klassifikazzjoni tal-istrument

Tassonomija użata għall-klassfikazzjoni tal-istrument finanzjarju.

Għandu jingħata Kodiċi tal-Klassifikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji (CFI) sħiħ u preċiż.

{CFI_CODE}

4

Indikatur tad-derivattivi tal-komoditajiet jew tal-kwoti ta' emissjonijiet

Indikazzjoni dwar jekk l-istrument finanzjarju jaqax taħt id-definizzjoni tad-derivattivi tal-komoditajiet skont l-Artikolu 2(1)(30) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew huwiex derivattiv marbut mal-kwoti tal-emissjonijiet li jissemmew fit-Taqsima C(4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.

“true” — Iva

“false” — Le

Oqsma relatati mal-emittent

5

Identifikatur tal-emittent jew tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar

LEI tal-emittent jew tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar.

{LEI}

Oqsma relatati maċ-ċentru

6

Ċentru tan-negozjar

Il-MIC tas-segment għaċ-ċentru tan-negozjar jew internalizzatur sistematiku, fejn disponibbli, inkella l-MIC operattiv.

{MIC}

7

L-isem fil-qosor tal-istrument finanzjarju

L-isem fil-qosor tal-istrument finanzjarju skont l-ISO 18774.

{FISN}

8

Talba għall-ammissjoni għall-kummerċ mill-emittent

Indikazzjoni dwar jekk l-emittent tal-istrument finanzjarju ikunx talab jew approva in-negozjar jew l-ammissjoni għall-kummerċ tal-istrument finanzjarju tiegħu f'ċentru tan-negozjar.

“true” — Iva

“false” — Le

9

Id-data tal-approvazzjoni tal-ammissjoni għall-kummerċ

Id-data u l-ħin li l-emittent ikun approva l-ammissjoni għall-kummerċ jew in-negozjar fl-istrumenti finanzjarji tiegħu f'ċentru tan-negozjar.

{DATE_TIME_FORMAT}

10

Id-data tat-talba għall-ammissjoni tal-kummerċ

Id-data u l-ħin tat-talba għall-ammissjoni tal-kummerċ fiċ-ċentru tan-negozjar.

{DATE_TIME_FORMAT}

11

Id-data tal-ammissjoni għall-kummerċ jew id-data tal-ewwel kummerċ

Id-data u l-ħin tal-ammissjoni għall-kummerċ fiċ-ċentru tan-negozjar jew id-data u l-ħin meta l-istrument ġie nnegozjat għall-ewwel darba jew meta waslet ordni jew kwotazzjoni għall-ewwel darba miċ-ċentru tan-negozjar.

{DATE_TIME_FORMAT}

12

Data tat-terminazzjoni

Fejn disponibbli d-data u l-ħin meta l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi nnegozjat jew ammess għall-kummerċ fiċ-ċentru tan-negozjar.

{DATE_TIME_FORMAT}

Oqsma relatati man-nozzjonal

13

Valuta nozzjonali 1

Valuta li fiha huwa ddenominat in-nozzjonal.

Fil-każ ta' kuntratt għal rata tal-imgħax jew għal derivattivi tal-valuta, din tkun il-valuta nozzjonali tas-segment 1 jew il-valuta 1 tal-par.

Fil-każ ta' opzjonijiet fuq swaps, meta s-swap sottostanti tkun b'valuta waħda, din tkun il-valuta nozzjonali tas-swap sottostanti. Għal opzjonijiet fuq swaps, meta s-swap sottostanti tkun b'diversi valuti, din tkun il-valuta nozzjonali tas-segment 1 tas-swap.

{CURRENCYCODE_3}

Bonds jew forom oħra ta' oqsma relatati mad-dejn titolizzat

14

Ammont nominali totali maħruġ

Ammont nominali totali maħruġ f'valur monetarju.

{DECIMAL-18/5}

15

Id-data tal-maturità

Id-data tal-maturità tal-istrument finanzjarju.

Il-parti tapplika għal strumenti ta' dejn b'maturità definita.

{DATEFORMAT}

16

Il-valuta tal-valur nominali

Il-valuta tal-valur nominali għall-istrumenti ta' dejn.

{CURRENCYCODE_3}

17

Il-valur nominali għal kull unità/il-valur minimu nnegozjat

Il-valur nominali ta' kull strument. Jekk mhux disponibbli, imla bil-valur minimu nnegozjat.

{DECIMAL-18/5}

18

Rata fissa

Ir-rata fissa tal-perċentwal tar-redditu fuq l-istrument tad-dejn meta jinżamm sad-data tal-maturità, espressa bħala perċentwal.

{DECIMAL-11/10}

Espressa bħala perċentwal (pereżempju 7.0 tfisser 7 % u 0.3 tfisser 0,3 %)

19

Identifikatur tal-indiċi/tal-valur referenzjarju tal-bond b'rata varjabbli

Meta jeżisti identifikatur.

{ISIN}

20

Isem tal-indiċi/tal-valur referenzjarju tal-bond b'rata varjabbli

Fejn ma jeżisti l-ebda identifikatur, l-isem tal-indiċi.

{INDEX}

Jew

{ALPHANUM-25} — jekk l-isem tal-indiċi mhux inkluż fil-lista {INDEX}

21

It-terminu ta' żmien tal-indiċi/tal-valur referenzjarju tal-bond b'rata varjabbli

It-terminu ta' żmien tal-indiċi/tal-valur referenzjarju tal-bond b'rata varjabbli It-terminu ta' żmien għandu jiġi espress f'jiem, ġimgħat, xhur jew snin.

{INTEGER-3}+“DAYS” — jiem

{INTEGER-3}+“WEEK” — ġimgħat

{INTEGER-3}+“MNTH” — xhur

{INTEGER-3}+“YEAR” — snin

22

Firxa tal-Punt Bażi tal-indiċi/tal-valur referenzjarju tal-bond b'rata varjabbli

L-għadd ta' punti bażi fuq jew taħt l-indiċi użat għall-kalkolu tal-prezz.

{INTEGER-5}

23

Superjorità tal-Bond

Identifika t-tip ta' bond: dejn superjuri, intermedju, subordinat jew ta' grad inferjuri.

“SNDB” — Dejn Superjuri

“MZZD” — Intermedju

“SNDB” — Dejn Subordinat

“JUND” — Dejn ta' grad inferjuri

Oqsma relatati mad-derivattivi u mad-derivattivi titolizzati

24

Data ta' skadenza

Data ta' skadenza tal-istrument finanzjarju

Il-parti tapplika għal derivattivi b'data ta' skadenza definita.

{DATEFORMAT}

25

Multiplikatur tal-prezzijiet

L-għadd ta' unitajiet tal-istrument sottostanti rrappreżentati minn kuntratt ta' derivattivi wieħed.

Għal xi futur jew għal opzjoni fuq indiċi, l-ammont għal kull punt ta' indiċi.

Għall-ispekulazzjonijiet fuq il-firxa (spreadbets), il-moviment fil-prezz tal-istrument sottostanti li fuqu hija bbażata l-ispekulazzjoni fuq il-firxa.

{DECIMAL-18/17}

26

Kodiċi tal-istrument sottostanti

Kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti.

Għall-ADRs, il-GDRs u l-istrumenti simili, il-kodiċi ISIN tal-istrument finanzjarju li fuqu jkunu bbażati dawn l-istrumenti.

Għal bonds konvertibbli, il-kodiċi ISIN tal-istrument li fih jista' jiġi kkonvertit il-bond.

Għal derivattivi jew strumenti oħra li jkollhom sottostanti, il-kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti, meta dan ikun ammess għall-kummerċ jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar. Meta s-sottostanti jkun dividend tal-istokk, allura jiġu indikat il-kodiċi ISIN tal-ishma relatati li jagħtu dritt fuq id-dividend sottostanti.

Għal Swaps ta' Inadempjenza ta' Kreditu, għandu jingħata l-ISIN tal-obbligu referenzjarju.

F'każ li s-sottostanti jkun Indiċi u jkollu ISIN, il-kodiċi ISIN għal dan l-indiċi.

Meta s-sottostanti jkun basket, daħħal l-ISINs ta' kull kostitwent tal-basket li jkun ammess għall-kummerċ jew li jkun innegozjat f'ċentru tan-negozjar. Il-partijiet 26 u 27 għandhom jiġu rrappurtati kemm-il darba jkun meħtieġ sabiex jiġu elenkati l-istrumenti kollha fil-basket.

{ISIN}

27

Emittent sottostanti

F'każ li l-istrument jirreferi għal emittent, aktar milli għal strument uniku, il-kodiċi LEI tal-emittent.

{LEI}

28

Isem l-indiċi sottostanti

F'każ li s-sottostanti jkun Indiċi, inidka l-isem tal-indiċi.

{INDEX}

Jew

{ALPHANUM-25} — jekk l-isem tal-indiċi mhux inkluż fil-lista {INDEX}

29

It-terminu ta' żmien tal-indiċi sottostanti

F'każ li s-sottostanti jkun indiċi, it-terminu ta' żmien tal-indiċi.

{INTEGER-3}+“DAYS” — jiem

{INTEGER-3}+“WEEK” — ġimgħat

{INTEGER-3}+“MNTH” — xhur

{INTEGER-3}+“YEAR” — snin

30

Tip ta' opzjoni

Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt tad-derivattivi huwiex call (id-dritt ta' xiri ta' assi sottostanti speċifiċi) jew huwiex put (id-dritt tal-bejgħ ta' assi sottostanti speċifiċi), jew jekk ma hux possibbli li jiġi ddeterminat huwiex call jew put fil-ħin tal-eżekuzzjoni. F'każ ta' opzjonijiet fuq swaps ikun:

“Put”, fil-każ ta' opzjonijiet fuq swaps tar-riċevitur, fejn ix-xerrej ikollu dritt li jidħol fi swap bħala riċevitur b'rata fissa.

-“Call”, fil-każ ta' opzjonijiet fuq swaps tal-pagatur, fejn ix-xerrej ikollu dritt li jidħol fi swap bħala pagatur b'rata fissa.

F'każ ta' limitu massimu u limitu minimu tkun:

“Put”, fil-każ ta' limitu minimu.

“Call”, fil-każ ta' limitu massimu. Il-parti tapplika biss għal derivattivi li jkunu opzjonijiet jew warrants.

“PUTO” — Put

“CALL” — Call

“OTHR” — fejn ma jistax jiġi ddeterminat jekk humiex “call” jew “put”

31

Prezz tal-eżerċitar

Prezz predeterminat li fih id-detentur ikollu jixtri jew ibigħ l-istrumenti sottostanti, jew indikazzjoni li l-prezz ma jistax jiġi ddeterminat fil-mument tal-eżekuzzjoni.

Il-parti tapplika għal opzjonijiet jew għal warrants fejn il-prezz tal-eżerċitar ikun jista' jiġi ddeterminat fil-mument tal-eżekuzzjoni.

Meta l-prezz ma jkunx disponibbli dak il-ħin iżda jkun pendenti, il-valur jkun “PNDG”.

Meta l-prezz tal-eżerċitar ma jkunx applikabbli, il-parti ma timteliex.

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew rendiment

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

“PNDG” fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz

32

Il-valuta tal-prezz tal-eżerċitar

Il-valuta tal-prezz tal-eżerċitar

{CURRENCYCODE_3}

33

Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni

Indikazzjoni dwar jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f'data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f'serje ta' dati speċifikati minn qabel (tal-Bermuda) jew fi kwalunkwe żmien matul ħajjet il-kuntratt (stil Amerikan).

Din il-parti tapplika biss għall-opzjonijiet, għall-warrants u għaċ-certifikati ta' intitolament.

“EURO” — Ewropew

“AMER” — Amerikan

“ASIA” — Ażjatiku

“BERM” — tal-Bermuda

“OTHR” — Kull tip ieħor

34

Tip ta' konsenja

Indikazzjoni dwar jekk l-istrument finanzjarju jiġix saldat fiżikament jew fi flus kontanti.

Meta ma tkunx tista' tiġi ddeterminata t-tip ta' konsenja fil-mument tal-eżekuzzjoni, il-valur għandu jkun “OPTL”.

Din il-parti hija applikabbli biss għad-derivattivi.

“PHYS” — Ħlas fiżiku

“CASH” — Ħlas bi flus

“OPTN” — Fakultattiva għall-kontroparti jew meta ddeterminata minn parti terza

Derivattivi ta' komoditajiet u ta' kwoti tal-emissjonijiet

35

Prodotti bażi

Prodott bażi għal klassi ta' assi sottostanti kif speċifikat fit-tabella tal-klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet u ta' kwoti tal-emissjonijiet.

Huma permessi biss il-valuri fil-kolonna tal-“Prodott bażi” tat-tabella tal-klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet.

36

Prodotti sekondarji

Il-Prodotti Sekondarji għall-klassi ta' assi sottostanti kif speċifikat fit-tabella ta' klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet u ta' kwoti tal-emissjonijiet.

Il-parti tirrikjedi prodott bażi.

Huma permessi biss il-valuri fil-kolonna tal-“Prodotti Sekondarji” tat-tabella ta' klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet.

37

Prodotti sekondarji oħra

Prodotti sekondarji oħra għall-klassi ta' assi sottostanti kif speċifikat fit-tabella ta' klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet u ta' kwoti tal-emissjonijiet.

Il-qasam jirrikjedi prodott sekondarju.

Huma permessi biss il-valuri taħt “Prodotti sekondarji oħra” fit-tabella ta' klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet.

38

Tip ta' tranżazzjoni

Tip ta' tranżazzjoni kif speċifikata miċ-ċentru tan-negozjar

“FUTR” — Futuri

“OPTN” — Opzjonijiet

“TAPO” — TAPOS

“SWAP” — Swaps

“MINI” — Minis

“OTCT” — Barra l-borża

“ORIT” — Outright

“CRCK” — Crack

“DIFF” — Differenzjal

“OTHR” — Oħrajn

39

Tip ta' prezz finali

Tip ta' prezz finali kif speċifikat miċ-ċentri tan-negozjar

“ARGM” — Argus/McCloskey

“BLTC” — Baltiku

“EXOF” — Exchange

“GBCL” — GlobalCOAL

“IHSM” — IHS McCloskey

“PLAT” — Platts

“OTHR” — Oħrajn

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

Il-partijiet ta' din it-taqsima għandhom jimtlew biss għall-istrumenti li bħala sottostanti jkollhom strument mhux finanzjarju tat-tip tar-rati tal-imgħax.

40

Rata ta' referenza

Isem tar-rata ta' referenza.

{INDEX}

Jew

{ALPHANUM-25}- jekk ir-rata ta' referenza ma tkunx inkluża fil-lista {INDEX}

41

Terminu ta' żmien tal-kuntratt tar-rata tal-imgħax

Jekk il-klassi tal-assi hija tar-Rati tal-imgħax, din il-parti tindika t-terminu ta' żmien tal-kuntratt. It-terminu ta' żmien għandu jiġi espress f'jiem, ġimgħat, xhur jew snin.

{INTEGER-3}+“DAYS” — jiem

{INTEGER-3}+“WEEK” — ġimgħat

{INTEGER-3}+“MNTH” — xhur

{INTEGER-3}+“YEAR” — snin

42

Valuta nozzjonali 2

Fil-każ ta' swaps ta' valuti multipli jew ta' swaps bejn il-valuti, il-valuta li fiha jkun iddemominat is-segment 2 tal-kuntratt.

Fil-każ ta' opzjonijiet fuq swaps fejn is-swap sottostanti tkun b'valuti multipli, il-valuta li fiha jkun iddemominat is-segment 2 tas-swap.

{CURRENCYCODE_3}

43

Rata fissa tas-segment 1

Indikazzjoni dwar ir-rata fissa użata għas-segment 1, jekk applikabbli.

{DECIMAL -11/10}

Espressa bħala perċentwal (pereżempju 7.0 tfisser 7 % u 0.3 tfisser 0,3 %)

44

Rata fissa tas-segment 2

Indikazzjoni dwar ir-rata fissa użata għas-segment 2, jekk applikabbli

{DECIMAL -11/10}

Espressa bħala perċentwal (pereżempju 7.0 tfisser 7 % u 0.3 tfisser 0,3 %)

45

Rata varjabbli tas-segment 2

Indikazzjoni dwar ir-rata tal-imgħax użata, jekk applikabbli.

{INDEX}

Jew

{ALPHANUM-25} — jekk ir-rata ta' referenza ma tkunx inkluża fil-lista {INDEX}

46

Terminu ta' żmien tal-kuntratt tar-rata tal-imgħax tas-segment 2

Indikazzjoni dwar il-perjodu ta' referenza tar-rata tal-imgħax, li tiġi stabbilita f'intervalli predeterminati apparagun tar-rata ta' referenza tas-suq. It-terminu ta' żmien għandu jiġi espress f'jiem, ġimgħat, xhur jew snin.

{INTEGER-3}+“DAYS” — jiem

{INTEGER-3}+“WEEK” — ġimgħat

{INTEGER-3}+“MNTH” — xhur

{INTEGER-3}+“YEAR” — snin

Derivattivi tar-rata tal-kambju

Il-partijiet f'din it-taqsima għandhom jimtlew biss għall-istrumenti li bħala sottostanti jkollhom strument mhux finanzjarju tat-tip tar-rata tal-kambju.

47

Valuta nozzjonali 2

Il-parti għandha timtela bil-valuta sottostanti 2 tal-par ta' valuti (dik tal-valuta 1 timtela fil-parti 13 tal-valuta nozzjonali 1).

{CURRENCYCODE_3}

48

Tip FX

Tip ta' valuta sottostanti.

“FXCR” — FX Rati inkroċjati

“FXEM” — FX Swieq emerġenti

“FXMJ” — FX Majors


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi (ara paġna 229 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).