31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/90


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/567

tat-18 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni ta' portafolli u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7) u l-Artikolu 45(10) tiegħu,

Billi:

(1)

Dan ir-Regolament jispeċifika l-kriterji għad-determinazzjoni tas-“suq likwidu” skont l-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Għal dan l-iskop huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-kriterji għall-flotazzjoni libera, in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet u l-fatturat medju ta' kuljum speċifikament għall-ishma, ir-riċevuti depożitorji, il-fondi kummerċjati fil-borża u ċ-ċertifikati biex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet ta' dawn l-istrumenti finanzjarji. Ir-regoli li jispeċifikaw kif il-kalkoli tal-likwidità għandhom jitwettqu matul l-istadju inizjali wara li l-istrument finanzjarju jiġi ammess għall-kummerċ huma meħtieġa biex jiżguraw applikazzjoni konsistenti u uniformi madwar l-Unjoni.

(2)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw definizzjonijiet u jispeċifikaw ir-rekwiżiti fir-rigward tat-trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozjar minn internalizzaturi sistematiċi u dejta ppubblikata minn postijiet tan-negozjar u internalizzaturi sistematiċi, fuq naħa waħda, u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-AETS) ta' intervent fuq il-prodotti u setgħat tal-immaniġjar tal-pożizzjonijiet, min-naħa l-oħra. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva għall-partijiet interessati u b'mod partikolari dawk li huma soġġetti għall-obbligi, huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi f'Regolament wieħed.

(3)

Sabiex tippermetti li jeżistu għadd minimu ta' strumenti ta' ekwità likwida fil-partijiet kollha tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li huwa s-suq l-aktar rilevanti għal inqas minn ħames strumenti finanzjarji likwidi għal kull wieħed mill-ishma, riċevuti depożitorji, fondi kummerċjati fil-borża u ċertifikati, għandha tkun tista' tiddenomina strument finanzjarju likwidu addizzjonali wieħed jew iktar, sakemm in-numru totali tal-istrumenti finanzjarji li huma kkunsidrati li għandhom suq likwidu ma jaqbiżx ħamsa f'kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' strumenti finanzjarji.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li d-dejta tas-suq hija pprovduta fuq bażi kummerċjali raġonevoli f'mod uniformi fl-Unjoni, dan ir-Regolament jispeċifika l-kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi. Dawn il-kundizzjonijiet huma bbażati fuq l-għan li jiġi żgurat li l-obbligu li tiġi pprovduta dejta tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli huwa biżżejjed ċar li jippermetti applikazzjoni effettiva u uniformi filwaqt li jikkunsidra l-mudelli operattivi differenti u l-istrutturi tal-kostijiet tal-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u internalizzaturi sistematiċi.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li t-tariffi għad-dejta tas-suq ikunu stabbiliti f'livell raġonevoli, is-sodisfazzjon tal-obbligu li tiġi pprovduta dejta tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli jeħtieġ li t-tariffi jkollhom relazzjoni raġonevoli mal-kost tal-produzzjoni u t-tixrid tagħha. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-fornituri tad-dejta għandhom jistabbilixxu t-tariffi tagħhom abbażi tal-kostijiet tagħhom filwaqt li jkunu permessi jiksbu marġini raġonevoli tagħhom skont fatturi bħalma huma l-marġni ta' profitt operattiv, ir-redditu fuq il-kostijiet, ir-redditu fuq l-assi operattivi u r-redditu fuq il-kapital. Meta l-fornituri tad-dejta jassumu l-kostijiet għall-forniment tad-dejta u l-forniment ta' servizzi oħra, il-kostijiet tal-proviżjoni tad-dejta tas-suq jistgħu jinkludu parti xierqa tal-kostijiet konġunti li jirriżultaw minn kwalunkwe servizz ieħor mogħti. Peress li l-ispeċifikazzjoni tal-kostijiet preċiżi hija kumplessa, minflok għandhom jiġu speċifikati l-metodoloġiji tal-allokazzjoni tal-kostijiet u t-tqassim tal-kostijiet, u jħallu l-ispeċifikazzjoni ta' dawn il-kostijiet f'idejn il-fornituri tad-dejta tas-suq filwaqt li jikkunsidraw l-għan li jiġi żgurat li t-tariffi għal dejta tas-suq huma ffissati f'livell raġonevoli fl-Unjoni.

(6)

Id-dejta tas-suq għandha tkun ipprovduta fuq bażi mhux diskriminatorja, li teħtieġ li l-istess prezz u termini u kundizzjonijiet oħrajn ikunu offruti lill-klijenti kollha li huma fl-istess kategorija skont il-kriterji oġġettivi pubblikati.

(7)

Sabiex l-utenti tad-dejta jkunu jistgħu jiksbu dejta tas-suq mingħajr ma jkollhom bżonn jixtru servizzi oħrajn, id-dejta tas-suq ma għandhiex tiġi offruta raggruppata ma' servizzi oħrajn. Biex jiġi evitat li l-utenti tad-dejta jkollhom iħallsu aktar minn darba għall-istess dejta tas-suq meta jixtru settijiet tad-dejta minn postijiet tal-kummerċ u minn distributuri tad-dejta tas-suq oħrajn, id-dejta tas-suq għandha tkun offruta fuq bażi ta' għal kull utent sakemm dan ma jkunx sproporzjonat meta jiġi kkunsidrat il-kost għal dan u b'kunsiderazzjoni tad-daqs u l-kamp ta' applikazzjoni tal-provvista tad-dejta tas-suq tad-ditta tal-investiment li qed topera post tan-negozjar jew tal-internalizzatur sistematiku.

(8)

Sabiex l-utenti tad-dejta u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw b'mod effettiv jekk id-dejta tas-suq hijiex ipprovduta fuq bażi kummerċjali raġonevoli, huwa meħtieġ li l-kundizzjonijiet essenzjali għall-provvista tagħha jiġu żvelati lill-pubbliku. Il-fornituri tad-dejta għalhekk għandhom jiżvelaw informazzjoni dwar it-tariffi tagħhom u l-kontenut tad-dejta tas-suq, kif ukoll metodoloġiji tal-kontabilità tal-kostijiet użati biex jiddeterminaw il-kostijiet tagħhom mingħajr ma jkollhom jiżvelaw il-kostijiet attwali tagħhom.

(9)

Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll il-kundizzjonijiet li l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jissodisfaw biex ikunu konformi mal-obbligu biex il-kwotazzjonijiet isiru pubbliċi fuq bażi regolari u kontinwa matul is-sigħat normali ta' negozjar u li jkun faċilment aċċessibbli għal parteċipanti oħra tas-suq biex jiġi żgurat li l-parteċipanti fis-suq li jixtiequ l-aċċess għall-kwotazzjonijiet effettivament jista' jkollhom aċċess għalihom.

(10)

Meta l-internalizzaturi sistematiċi jippubblikaw il-kwotazzjonijiet permezz ta' iżjed minn mezz wieħed ta' pubblikazzjoni, dawn għandhom jipprovdu l-kwotazzjonijiet tagħhom simultanjament permezz ta' kull arranġament sabiex jiżguraw li l-kwotazzjonijiet ippubblikati jkunu konsistenti u li l-parteċipanti tas-suq jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni fl-istess ħin. Meta l-internalizzaturi sistematiċi jagħmlu l-kwotazzjonijiet pubbliċi permezz tal-arranġamenti ta' suq regolat jew Faċilità Multilaterali tan-Negozjar (MTF) jew permezz ta' fornituri ta' servizzi ta' rappurtar tad-dejta, dawn għandhom jiżvelaw l-identità tagħhom fil-kwotazzjoni sabiex jippermettu l-parteċipanti tas-suq jidderieġu l-ordnijiet tagħhom lejh.

(11)

Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll aspetti tekniċi differenti tal-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' trasparenza tal-internalizzaturi sistematiċi biex jiżgura applikazzjoni konistenti u uniformi madwar l-Unjoni. Huwa meħtieġ li l-eċċezzjoni għall-obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom fuq bażi regolari u kontinwa tkun strettament limitata għal sitwazzjonijiet fejn il-provvista kontinwa ta' prezzijiet fissi lil klijenti jistgħu jmorru kontra l-amministrazzjoni prudenti tar-riskji li d-ditta ta' investiment tkun esposta għalihom fil-kapaċità tagħha bħala internalizzaturi sistematiċi, filwaqt li jitqiesu mekkaniżmi oħra li jistgħu jipprovdu salvagwardji addizzjonali kontra dawn ir-riskji.

(12)

Sabiex jiġi żgurat li l-eċċezzjoni għall-obbligi li l-internalizzaturi sistematiċi jwettqu l-ordnijiet għall-prezzijiet ikkwotati fiż-żmien meta jirċievu l-ordni skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tkun limitata għat-tranżazzjonijiet li permezz tan-natura tagħhom ma jikkontribwixxux għall-informazzjoni dwar il-prezzijiet, dan ir-Regolament jispeċifika wkoll b'mod eżawrjenti l-kundizzjonijiet għal dak li jikkostitwixxi tranżazzjonijiet f'diversi titoli bħala parti minn tranżazzjoni waħda u ordnijiet soġġetti għal kundizzjonijiet oħrajn minbarra l-prezzijiet kurrenti tas-suq.

(13)

Il-kriterju li jispeċifika li prezz jinżel għal firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq jirrifletti l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-eżekuzzjoni minn internalizzaturi sistematiċi, jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-prezz mingħajr ma jimpedixxu l-possibbiltà għall-internalizzaturi sistematiċi li joffru titjib fil-prezz f'każijiet ġustifikati.

(14)

Biex jiġi żgurat li l-klijenti jkollhom aċċess għall-kwotazzjonijiet tal-internalizzaturi sistematiċi b'mod mhux diskriminatorju iżda li fl-istess ħin jiżgura ġestjoni tar-riskju proprja li tikkunsidra n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti individwali, jeħtieġ li jiġi speċifikat li n-numru jew il-volum tal-ordnijiet mill-istess klijenti għandu jitqies bħala li jeċċedi b'mod konsiderevoli n-norma fejn internalizzatur sistematiku ma jistax iwettaq dawk l-ordnijiet mingħajr ma jesponi ruħu għal riskju mhux dovut, xi ħaġa li għandha tiġi definita minn qabel bħala parti mill-politika ta' ġestjoni tar-riskju tad-ditti u tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi u tkun iddikjarata bil-miktub u disponibbli għall-klijenti jew klijenti potenzjali.

(15)

Minħabba li l-fornituri tal-likwidità u l-internalizzaturi sistematiċi t-tnejn jikkummerċjaw għall-kont proprju u jiffaċċjaw livelli komparabbli ta' riskji, huwa xieraq li jiġi determinat id-daqs speċifiku għall-istrument b'mod uniformi għal dawn il-kategoriji. Għalhekk, id-daqs speċifiku għall-istrument għall-fini tal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu jkun id-daqs speċifiku għall-istrument iddeterminat skont l-Artikolu 9(5)(d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u kif speċifikat ulterjorament fi standards tekniċi regolatorji skont din id-dispożizzjoni.

(16)

Biex jiġu speċifikati l-elementi tal-kompressjoni ta' portafolli, biex din tiġi delineata mis-servizzi ta' negozjar u ikklerjar huwa meħtieġ li jiġi ċċarat il-proċess fejn id-derivattivi jiġu tterminati kompletament jew parzjalment u sostitwiti minn derivattiv ġdid, b'mod partikolari l-passi tat-tali proċess, il-kontenut tal-ftehim u d-dokumentazzjoni legali li tappoġġja l-kompressjoni tal-portafoll.

(17)

Biex jiġi żgurat li tinkiseb it-trasparenza xierqa għall-kompressjoni ta' portafolli mwettqa mill-kontropartijiet, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha ssir pubblika.

(18)

Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ċerti aspetti tas-setgħat ta' intervent, kemm tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif ukoll, f'każijiet eċċezzjonali, mill-AETS li ġiet stabbilita u teżerċita s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) li ġiet stabbilita u teżerċita s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) rigward tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha ta' mill-inqas Stat Membru wieħed jew tal-Unjoni rispettivament. L-eżistenza ta' “theddida”, wieħed mill-prerekwiżiti tal-intervent fil-perspettiva tal-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq tal-prodotti bażiċi jew finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, tkun teħtieġ l-eżistenza ta' tħassib akbar minn “tħassib serju”, li huwa prerekwiżit tal-intervent għall-protezzjoni tal-investituri.

(19)

Lista ta' kriterji u fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA fid-determinazzjoni ta' jekk hemmx tali tħassib jew theddida għandha tiġi stabbilita biex jiġi żgurat approċċ konsistenti filwaqt li jkunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet xierqa f'każ ta' avvenimenti jew żviluppi avversi mhux previsti. Madankollu, l-ħtieġa li jiġu vvalutati l-kriterji u l-fatturi kollha li jistgħu jkunu preżenti f'sitwazzjoni fattwali speċifiċi m'għandhiex tipprevjeni li l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA, milli jużaw is-setgħa ta' intervent temporanju, fejn fattur jew kriterju wieħed biss iwassal għal tħassib bħal dan jew theddida.

(20)

Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi li taħthom l-ESMA tista' tuża s-setgħat tal-immaniġjar tal-pożizzjonijiet tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 biex jiġi żgurat approċċ konsistenti filwaqt li jkunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet xierqa f'każ ta' avvenimenti jew żviluppi negattivi mhux previsti.

(21)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u biex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data. Madankollu, biex jiġi żgurat li s-sistema regolatorja ġdida ta' trasparenza tkun tista' topera b'mod effettiv, uħud mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DETERMINAZZJONI TA' SWIEQ LIKWIDI GĦAL STRUMENTI TA' EKWITÀ

Artikolu 1

Determinazzjoni ta' swieq likwidi għall-ishma

(L-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, sehem li huwa kkummerċjat kuljum għandu jitqies li għandu suq likwidu meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-flotazzjoni libera tas-sehem hija:

(i)

mhux inqas minn EUR 100 miljun għall-ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat;

(ii)

mhux inqas minn EUR 200 miljun għall-ishma li huma kkummerċalizzati biss fl-MTFs.

(b)

in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fis-sehem ma jkunx inqas minn 250;

(c)

il-fatturat medju ta' kuljum għas-sehem ma jkunx inqas minn EUR 1 miljun.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1(a), il-flotazzjoni libera ta' sehem għandha tkun ikkalkulata bil-multiplikazzjoni tan-numru ta' ishma pendenti bil-prezz għal kull sehem, minbarra l-parteċipazzjonijiet individwali f'dak is-sehem li jeċċedu l-5 % tad-drittijiet tal-vot totali tal-emittent, sakemm dawk il-parteċipazzjonijiet ma jkunux miżmuma minn ditta tal-investiment kollettiv jew fond ta' pensjoni. Id-drittijiet tal-vot għandhom ikunu kkalkulati b'referenza għan-numru totali ta' ishma li magħhom huma konnessi d-drittijiet tal-vot, irrispettivament minn jekk l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot huwiex sospiż.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1(a)(ii), meta l-ebda informazzjoni attwali ma hija disponibbli skont il-paragrafu 2, il-flotazzjoni libera ta' sehem li huwa ammess biss għal kummerċ f'MTF għandha tkun ikkalkulata bil-multiplikazzjoni tan-numru ta' ishma pendenti bil-prezz għal kull sehem.

4.   Għall-fini tal-paragrafu 1(c), l-introjtu ta' kuljum ta' sehem għandu jkun ikkalkulat bl-aggregazzjoni tar-riżultati tal-multiplikazzjoni, għal kull tranżazzjoni mwettqa matul jum ta' kummerċ, tan-numru ta' ishma skambjati bejn l-akkwirent u x-xerrej bil-prezz għal kull sehem.

5.   Matul il-perjodu ta' sitt ġimgħat li jibda fl-ewwel jum tal-kummerċ wara l-ewwel ammissjoni ta' sehem għall-kummerċ f'suq regolat jew MTF, dak is-sehem għandu jitqies li għandu suq likwidu għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 meta s-somma miksuba bil-multiplikazzjoni tan-numru ta' ishma pendenti bil-prezz għal kull sehem fil-bidu tal-ewwel jum tal-kummerċ hija stmata li hija inqas minn EUR 200 miljun, u, fejn, skont id-dejta stmata għal dak il-perjodu, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u (c) huma ssodisfati.

6.   Fejn inqas minn ħames ishma kummerċjati fil-postijiet tal-kummerċ ta' Stat Membru u ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru jkunu meqjusin li għandhom suq likwidu skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tiddenomina sehem wieħed jew iżjed li huma ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba fuq dawk il-postijiet tal-kummerċ bħala ishma meqjusin li għandhom suq likwidu, sakemm in-numru totali ta' ishma ammessi għall-ewwel darba għall-kummerċ f'dak l-Istat Membru u li huma meqjusa li għandhom suq likwidu ma jaqbiżx ħamsa.

Artikolu 2

Determinazzjoni ta' swieq likwidi għal riċevuti depożitorji

(L-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, riċevuta depożitarja li hija kkummerċjata kuljum għandha titqies li għandha suq likwidu fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-flotazzjoni libera ma tkunx inqas minn EUR 100 miljun;

(b)

in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fir-riċevuta depożitarja ma jkunx inqas minn 250;

(c)

il-fatturat medju ta' kuljum għar-riċevuta depożitarja ma jkunx inqas minn EUR 1 miljun.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1(a), fejn il-flotazzjoni libera ta' riċevuta depożitarja għandha tkun ikkalkulata bil-multiplikazzjoni tan-numru ta' unitajiet pendenti tar-riċevuti depożitorji bil-prezz għal kull unità.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1(c), il-fatturat ta' kuljum ta' riċevuta depożitarja għandu jkun ikkalkulat bl-aggregazzjoni tar-riżultati tal-multiplikazzjoni, għal kull tranżazzjoni mwettqa matul jum ta' kummerċ, tan-numru ta' unitajiet tar-riċevuti depożitorji skambjati bejn l-akkwirent u x-xerrej bil-prezz għal kull unità.

4.   Matul il-perjodu ta' sitt ġimgħat li jibda fl-ewwel jum tal-kummerċ wara l-ewwel ammissjoni ta' riċevuta depożitarja għall-kummerċ f'post tan-negozjar, dik l-irċevuta depożitarja għandha titqies li għandha suq likwidu għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn il-flotazzjoni libera stmata fil-bidu tal-ewwel jum tal-kummerċ mhijiex anqas minn EUR 100 miljun, u, fejn, skont id-dejta stmata għal dak il-perjodu, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u (c) huma ssodisfati.

5.   Fejn inqas minn ħames ishma kummerċjati fil-postijiet tal-kummerċ ta' Stat Membru u ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru jkunu meqjusin li għandhom suq likwidu skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tiddenomina riċevuta depożitarja waħda jew aktar li huma ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba fuq dawk il-postijiet tal-kummerċ bħala riċevuti depożitorji meqjusin li għandhom suq likwidu, sakemm in-numru totali ta' riċevuti depożitorji ammessi għall-ewwel darba għall-kummerċ f'dak l-Istat Membru u li huma meqjusa li għandhom suq likwidu ma jaqbiżx ħamsa.

Artikolu 3

Determinazzjoni tas-suq likwidu għall-fondi kummerċjati fil-borża

(L-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, fond kummerċjat fil-borża li huwa kkummerċjat kuljum għandu jitqies li għandu suq likwidu fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-flotazzjoni libera ma tkunx inqas minn 100 unità;

(b)

in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fil-fond kummerċjat fil-borża ma jkunx inqas minn 10;

(c)

il-fatturat medju ta' kuljum għall-fond kummerċjat fil-borża ma jkunx inqas minn EUR 500 000.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1(a), il-flotazzjoni libera ta' fond negozjat fil-borża għandu jkun in-numru ta' unitajiet maħruġa għan-negozju.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1(c), il-fatturat ta' kuljum ta' fond negozjat fil-borża għandu jkun ikkalkulat bl-aggregazzjoni tar-riżultati tal-multiplikazzjoni, għal kull tranżazzjoni mwettqa matul jum ta' kummerċ, tan-numru ta' unitajiet fil-borża ta' skambju bejn l-akkwirent u x-xerrej bil-prezz għal kull unità.

4.   Matul il-perjodu ta' sitt ġimgħat li jibda fl-ewwel jum tal-kummerċ wara l-ewwel ammissjoni ta' fond ikkummerċjat fil-borża għall-kummerċ f'post tan-negozjar, dak il-fond ikkummerċjat fil-borża għandu jitqies li għandu suq likwidu għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn il-flotazzjoni libera stmata fil-bidu tal-ewwel jum tal-kummerċ mhijiex anqas minn 100 unità, u, fejn, skont id-dejta stmata għal dak il-perjodu, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u (c) huma ssodisfati.

5.   Fejn inqas minn ħames ishma kummerċjati fil-postijiet tal-kummerċ ta' Stat Membru u ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru jkunu meqjusin li għandhom suq likwidu skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tiddenomina fond negozjati fil-borża wieħed jew aktar li huma ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba fuq dawk il-postijiet tal-kummerċ bħala fondi negozjati fil-borża meqjusin li għandhom suq likwidu, sakemm in-numru totali ta' fondi negozjati fil-borża ammessi għall-ewwel darba għall-kummerċ f'dak l-Istat Membru u li huma meqjusa li għandhom suq likwidu ma jaqbiżx ħamsa.

Artikolu 4

Determinazzjoni ta' swieq likwidi għaċ-ċertifikati

(L-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ċertifikat li huwa kkummerċjat kuljum għandu jitqies li għandu suq likwidu fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-flotazzjoni libera ma tkunx inqas minn EUR 1 miljun;

(b)

in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fiċ-ċertifikat ma jkunx inqas minn 20;

(c)

il-fatturat medju ta' kuljum għaċ-ċertifikat ma jkunx inqas minn EUR 500 000.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1(a), il-flotazzjoni libera ta' ċertifikat għandha tkun il-valur tal-ħruġ irrispettivament min-numru ta' unitajiet maħruġin.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1(c), il-fatturat ta' kuljum ta' ċertifikat għandu jkun ikkalkulat bl-aggregazzjoni tar-riżultati tal-multiplikazzjoni, għal kull tranżazzjoni mwettqa matul jum ta' kummerċ, tan-numru ta' unitajiet tar-riċevuti depożitorji skambjati bejn l-akkwirent u x-xerrej bil-prezz għal kull unità.

4.   Matul il-perjodu ta' sitt ġimgħat li jibda fl-ewwel jum tal-kummerċ wara l-ewwel ammissjoni ta' ċertifikat għall-kummerċ f'post tan-negozjar, dak iċ-ċertifikat għandu jitqies li għandu suq likwidu għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn il-flotazzjoni libera stmata fil-bidu tal-ewwel jum tal-kummerċ mhijiex anqas minn EUR 1 miljun, u, fejn, skont id-dejta stmata għal dak il-perjodu, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u (c) huma ssodisfati.

5.   Fejn inqas minn ħames ishma kummerċjati fil-postijiet tal-kummerċ ta' Stat Membru u ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru jkunu meqjusin li għandhom suq likwidu skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tiddenomina sehem wieħed jew iżjed li huma ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba fuq dawk il-postijiet tal-kummerċ bħala ishma meqjusin li għandhom suq likwidu, sakemm in-numru totali ta' ishma ammessi għall-ewwel darba għall-kummerċ f'dak l-Istat Membru u li huma meqjusa li għandhom suq likwidu ma jaqbiżx ħamsa.

Artikolu 5

Valutazzjoni tal-likwidità tal-istrumenti ta' ekwità, mill-awtoritajiet kompetenti

(L-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif speċifikat fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (4) għandha tivvaluta jekk sehem, riċevuta depożitarja, fond negozjat fil-borża jew ċertifikat għandux suq likwidu għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 skont l-Artikoli 1 sa 4 f'kull waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

qabel ma l-ewwel strument finanzjarju jiġi nnegozjat f'post tan-negozjar kif speċifikat fl-Artikolu 1(5), l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(4);

(b)

bejn l-aħħar tal-ewwel erba' ġimgħat tal-kummerċ u l-aħħar tal-ewwel sitt ġimgħat tal-kummerċ tal-istrument finanzjarju. Il-valutazzjoni ta' dan ix-xenarju għandha tkun ibbażata fuq il-flotazzjoni libera fl-aħħar jum tan-negozjar tal-ewwel erba' ġimgħat ta' negozjar, in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet u fatturat medju ta' kuljum b'kunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti fl-Unjoni għal dak l-istrument finanzjarju matul l-ewwel erba' ġimgħat ta' negozju;

(c)

bejn l-aħħar ta' kull sena kalendarja u qabel l-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara għal strumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar qabel l-1 ta' Diċembru tas-sena kalendarja rilevanti. Il-valutazzjoni ta' dan ix-xenarju għandha tkun ibbażata fuq il-flotazzjoni libera fl-aħħar jum tan-negozjar tas-sena kalendarja rilevanti, in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet u fatturat medju ta' kuljum b'kunsiderazzjoni tat-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti fl-Unjoni għal dak l-istrument finanzjarju matul dik is-sena;

(d)

immedjatament wara l-mument meta, wara azzjoni korporattiva, kull valutazzjoni preċedenti tkun inbidlet.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riżultat tal-valutazzjoni tagħhom jiġi ppubblikat immedjatament wara li jlestu l-valutazzjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment inklużi d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata b'konformità mal-paragrafu 1:

(a)

għal perjodu ta' sitt ġimgħat li jibda fl-ewwel jum ta' kummerċ tal-istrument finanzjarju fejn il-valutazzjoni ssir skont ilpparagrafu 1(a) tal-Artikolu;

(b)

għal perjodu li jibda sitt ġimgħat wara l-ewwel jum ta' kummerċ ta' dak l-istrument finanzjarju u li jispiċċa fl-31 ta' Marzu tas-sena tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu fejn il-valutazzjoni ssir skont il-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu;

(c)

għal perjodu ta' sena li jibda fl-1 ta' April wara d-data tal-pubblikazzjoni fejn il-valutazzjoni ssir skont il-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu;

Fejn l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu tiġi sostitwita minn informazzjoni ġdida skont il-paragrafu 1(d) ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment inkluż id-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar għandhom jużaw dik l-informazzjoni l-ġdida għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, il-postijiet tal-kummerċ għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness fil-perjodi ta' żmien li ġejjin:

(a)

għal strumenti finanzjarji li huma ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba, qabel il-jum li fih l-istrument finanzjarju huwa kkummerċjat għall-ewwel darba;

(b)

għall-istrumenti finanzjarji ammessi diġà għall-kummerċ, fil-perjodi ta' żmien kollha li ġejjin:

(i)

mhux aktar tard minn tliet ijiem wara t-tmiem tal-ewwel erba' ġimgħat ta' kummerċ;

(ii)

wara t-tmiem ta' kull sena kalendarja iżda mhux aktar tard mit-3 ta' Jannar tas-sena ta' wara;

(iii)

immedjatament wara l-mument meta, wara azzjoni korporattiva, l-informazzjoni sottomessa qabel lill-awtorità kompetenti tkun inbidlet.

KAPITOLU II

OBBLIGI TA' PROVVISTA TA' DEJTA GĦAL POSTIJIET TAL-KUMMERĊ U INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI

Artikolu 6

L-obbligu li tingħata dejta tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Sabiex id-dejta tas-suq li fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 3, 4, 6 sa 11, 15 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kummerċjali raġonevoli, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom, skont l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 11 ta' dan ir-Regolament.

2.   L-Artikoli 7, 8(2), 9, 10(2) u 11 ma għandhomx japplikaw għall-operaturi tas-suq jew id-ditti tal-investiment li joperaw postijiet tal-kummerċ jew għall-internalizzaturi sistematiċi li jagħmlu d-dejta tas-suq disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.

Artikolu 7

L-obbligu li tingħata dejta tas-suq fuq il-bażi tal-kostijiet

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Il-prezz tad-dejta tas-suq għandu jkun ibbażat fuq il-kostijiet tal-produzzjoni u t-tixrid ta' tali dejta u jista' jinkludi marġini raġonevoli.

2.   Il-kostijiet tal-produzzjoni u t-tixrid tad-dejta tas-suq jistgħu jinkludu sehem xieraq ta' kostijiet konġunti għal servizzi oħrajn ipprovduti mill-operaturi tas-suq jew id-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar jew mill-internalizzaturi sistematiċi.

Artikolu 8

L-obbligu li tingħata dejta tas-suq fuq bażi mhux diskriminatorja

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu d-dejta tas-suq disponibbli għall-istess prezz u fuq l-istess termini u kundizzjonijiet lill-klijenti kollha li jaqgħu fl-istess kategorija skont il-kriterji oġġettivi pubblikati.

2.   Kwalunkwe differenzjali fil-prezzijiet mitluba lil kategoriji differenti ta' klijenti għandhom ikunu proporzjonati għall-valur li d-dejta tas-suq tirrappreżenta għal dawk il-klijenti, waqt li jitqiesu:

(a)

il-kamp ta' applikazzjoni u d-daqs tad-dejta tas-suq inkluż in-numru ta' strumenti finanzjarji koperti u l-volum ta' kummerċ tagħhom;

(b)

l-użu magħmul mill-klijent tad-dejta tas-suq, inkluż jekk din tintużax għall-attivitajiet ta' kummerċ proprja tal-klijent, għall-bejgħ mill-ġdid jew għall-aggregazzjoni tad-dejta.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom ikollhom kapaċitajiet skalabbli eżistenti biex jiżguraw li l-klijenti jiksbu aċċess fil-ħin għad-dejta tas-suq fil-ħinijiet kollha fuq bażi mhux diskriminatorja.

Artikolu 9

L-obbligi relatati mat-tariffi għal kull utent

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jitolbu ħlas għall-użu tad-dejta tas-suq skont l-użu li jsir mill-utenti aħħarin individwali tad-dejta tas-suq (“fuq bażi għal kull utent”). L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom ikollhom l-arranġamenti kollha fis-seħħ biex jiżguraw li l-ħlas għal kull użu individwali tad-dejta tas-suq isir darba biss.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux id-dejta tas-suq disponibbli fuq bażi ta' għal kull utent fejn it-talba għal ħlas fuq bażi għal kull utent tkun sproporzjonata għall-kostijiet li jkollhom biex jagħmlu dik id-dejta disponibbli, waqt li jitqiesu d-daqs u l-kamp ta' applikazzjoni tad-dejta.

3.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jipprovdu raġunijiet għar-rifjut li jagħmlu d-dejta tas-suq disponibbli fuq bażi għal kull utent u għandhom jippubblikaw dawk ir-raġunijiet fuq il-paġna tal-web tagħhom.

Artikolu 10

L-obbligu li jżommu d-dejta mhux raggruppata u li jiddiżaggregaw id-dejta tas-suq

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu d-dejta tas-suq disponibbli mingħajr ma din tkun raggruppata ma' servizzi oħrajn.

2.   Il-prezzijiet għad-dejta tas-suq għandhom jintalbu fuq il-bażi tal-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta tas-suq ipprovdut fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 11

L-obbligu ta' trasparenza

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżvelaw il-prezz u termini u kundizzjonijiet oħrajn għall-provvista tad-dejta tas-suq b'mod li huwa aċċessibbli faċilment għall-pubbliku.

2.   Id-divulgazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

listi ta' prezzijiet kurrenti, inkluż:

tariffi għal kull utent għall-wiri;

tariffi mhux għall-wiri;

politiki dwar l-iskontijiet;

tariffi assoċjati mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja;

tariffi għad-dejta tas-suq ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar;

tariffi għal sottogruppi oħra ta' informazzjoni, inklużi dawk meħtieġa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 (5);

termini u kundizzjonijiet oħrajn kuntrattwali rigward il-prezz tas-suq kurrenti;

(b)

divulgazzjoni bil-quddiem b'avviż mill-inqas ta' 90 jum dwar bidliet futuri fil-prezzijiet;

(c)

informazzjoni dwar il-kontenut tad-dejta tas-suq li tinkludi:

(i)

in-numru ta' strumenti koperti;

(ii)

il-fatturat totali tal-istrumenti koperti;

(iii)

il-proporzjon tad-dejta tas-suq ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar;

(iv)

l-informazzjoni dwar kwalunkwe dejta pprovduta flimkien mad-dejta tas-suq;

(v)

id-data tal-aħħar adattament tat-tariffa għal-liċenzja għad-dejta tas-suq ipprovduta;

(d)

id-dħul miksub mid-dejta tas-suq disponibbli u l-proporzjon ta' dak id-dħul imqabbel mad-dħul totali tal-operatur tas-suq, id-ditta tal-investiment li topera post tan-negozjar jew internalizzatur sistematiku;

(e)

l-informazzjoni dwar kif il-prezz kien stabbilit, li tinkludi l-metodoloġiji tal-kontabbiltà tal-kostijiet użati u l-prinċipji speċifiċi skont liema l-kostijiet konġunti diretti u varjabbli jiġu allokati u l-kostijiet konġunti fissi jiġu mqassma, bejn il-produzzjoni u t-tixrid tad-dejta tas-suq u servizzi oħrajn ipprovduti mill-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar jew l-internalizzaturi sistematiċi.

KAPITOLU III

L-OBBLIGI TA' PUBBLIKAZZJONI TAD-DEJTA GĦALL-INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI

Artikolu 12

L-obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jagħmlu l-kwotazzjonijiet pubbliċi fuq bażi regolari u kontinwa matul is-sigħat normali tal-kummerċ

(L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Għall-fini tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, internalizzatur sistematiku għandu jitqies li jagħmel pubbliku l-kwotazzjonijiet tiegħu fuq bażi regolari u kontinwa matul is-sigħat normali tal-kummerċ sakemm l-internalizzatur sistematiku jagħmel il-kwotazzjonijiet disponibbli fil-ħinijiet kollha matul is-sigħat li l-internalizzatur sistematiku jistabbilixxi u jagħmel pubbliċi bil-quddiem bħala s-sigħat ta' kummerċ normali tiegħu.

Artikolu 13

L-obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jagħmlu l-kwotazzjonijiet aċċessibbli faċilment

(L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżvelaw u jaġġornaw fil-paġna ewlenija tas-sit web liema mill-arranġamenti ta' pubblikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 17(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jużaw biex jagħmlu l-kwotazzjonijiet tagħhom pubbliċi.

2.   Meta internalizzaturi sistematiċi jagħmlu l-kwotazzjonijiet pubbliċi permezz tal-arranġamenti ta' post tan-negozjar jew APA, l-internalizzatur sistematiku għandu jiżvela l-identità tiegħu fil-kwotazzjoni.

3.   Meta l-internalizzaturi sistematiċi jimpjegaw aktar minn arranġament wieħed sabiex jagħmlu l-kwotazzjonijiet tagħhom pubbliċi, il-pubblikazzjoni tal-kwotazzjonijiet għandhom iseħħu fl-istess waqt.

4.   L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom f'format li jinqara mill-magni. Il-kwotazzjonijiet għandhom jitqiesu ppubblikati b'mod li jinqara minn magna fejn il-pubblikazzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 (6).

5.   Meta l-internalizzaturi sistematiċi jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom permezz ta' arranġamenti proprjetarji biss, il-kwotazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati wkoll f'format li jista' jinqara mill-bniedem. Il-kwotazzjonijiet għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom jiġu ppubblikati f'format li jista' jinqara mill-bniedem fejn:

(a)

il-kontenut tal-kwotazzjoni jkun f'format li jistgħu jinftiehmu mill-qarrej ta' livell medju;

(b)

il-kwotazzjoni hija ppubblikata fuq is-sit web ta' internalizzatur sistematiku u paġna tas-sit fiha struzzjonijiet ċari għall-aċċess jikkwotaw.

6.   Il-kwotazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati bl-użu ta' standards u speċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 (7).

Artikolu 14

L-eżekuzzjoni ta' ordnijiet mill-internalizzaturi sistematiċi

(L-Artikolu 15(1), 15(2) u 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq jitqiesu li jeżistu fejn timponi fuq internalizzatur sistematiku l-obbligu li jipprovdu kwotazzjonijiet tad-ditti għall-klijenti tmur kontra l-immaniġġjar tar-riskju prudenti u, b'mod partikolari, fejn:

(a)

il-post tan-negozjar fejn l-istrument finanzjarju kien ammess l-ewwel għall-kummerċ jew is-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità ma jibqax jikkummerċja l-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 48(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

il-post tan-negozjar fejn l-istrument finanzjarju kien ammess l-ewwel għall-kummerċ jew is-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità jippermetti li l-obbligi ta' tiswir tas-suq jiġu sospiżi;

(c)

fil-każ ta' fond kummerċjat fil-borża, prezz tas-suq affidabbli mhuwiex disponibbli għal numru sinifikanti ta' strumenti sottostanti għall-ETF jew l-indiċi;

(d)

awtorità kompetenti tipprojbixxi bejgħ qasir f'dak l-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

2.   Għall-fini tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, internalizzatur sistematiku jista' jaġġorna l-kwotazzjonijiet tiegħu fi kwalunkwe ħin sakemm dawk il-kwotazzjonijiet aġġornati huma l-konsegwenza ta', u konsistenti ma', intenzjonijiet ġenwini tal-internalizzatur sistematiku li jikkummerċja mal-klijenti tiegħu b'mod mhux diskriminatorju.

3.   Għall-fini tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, prezz jaqa' f'medda pubblika viċin għall-kundizzjonijiet tas-suq meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

il-prezz huwa fil-medda tal-kwotazzjonijiet tal-offerta tal-internalizzatur sistematiku;

(b)

il-kwotazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq għall-istrument finanzjarju rilevanti skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

4.   Għall-fini tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-eżekuzzjoni f'diversi titoli għandha titqies bħala parti minn tranżazzjoni waħda fejn il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 jiġu ssodisfati.

5.   Għall-fini tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ordni għandha titqies bħala soġġetta għal kundizzjonijiet minbarra l-prezz tas-suq kurrenti fejn il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 jiġu ssodisfati.

Artikolu 15

L-ordnijiet li jaqbżu n-norma b'mod konsiderevoli

(L-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, in-numru jew il-volum tal-ordnijiet għandu jitqies bħala numru li jaqbeż konsiderevolment in-norma jekk internalizzatur sistematiku ma jistax iwettaq dawk l-ordnijiet mingħajr ma jesponi lilu nnifsu għal riskju żejjed.

2.   Ditti tal-investiment li jaġixxu bħala internalizzaturi sistematiċi għandhom jiddeterminaw minn qabel u b'mod oġġettiv u konsistenti mal-politika u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskji tagħhom imsemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (9), meta n-numru jew il-volum tal-ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jkun ikkunsidrat li jesponi lid-ditta għal riskju żejjed.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 2, internalizzatur sistematiku għandu jistabbilixxi, iżomm u jimplimenta bħala parti mill-politiki u l-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tiegħu, politika għall-identifikazzjoni tan-numru jew tal-volum tal-ordnijiet li jista' jwettaq mingħajr ma jesponi ruħu għal riskju mhux dovut, b'kunsiderazzjoni tal-kapital li d-ditta għandha disponibbli biex tkopri r-riskju għal dak it-tip ta' kummerċ u l-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq li fihom topera d-ditta.

4.   Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-politika msemmija fil-paragrafu 3 m'għandhiex tkun diskriminatorja għall-klijenti.

Artikolu 16

Id-daqs speċifiku għall-istrument

(L-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Għall-fini tal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 id-daqs speċifiku għall-istrument fir-rigward tal-istrumenti kummerċjati fuq talba għal kwotazzjoni, ibridu bil-vuċi jew forom oħrajn ta' kummerċ għandu jkun id-daqs stabbilit f'[referenza għall-Anness III għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 (10).

KAPITOLU IV

DERIVATTIVI

Artikolu 17

L-elementi tal-Kompressjoni ta' portafolli

(L-Artikolu 31(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jipprovdu kompressjoni ta' portafolli għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 sa 6.

2.   Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jikkonkludu ftehim mal-parteċipanti tal-kompressjoni ta' portafolli li jipprovdi għall-proċessi ta' kompressjoni u l-effetti legali tagħha, inkluż l-identifikazzjoni tal-mument li fih kull kompressjoni ssir legalment vinkolanti.

3.   Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi d-dokumentazzjoni legali kollha rilevanti li tiddeskrivi l-mod li bih id-derivattivi sottomessi biex jiġu inklużi fil-kompressjoni jiġu mitmuma u sostitwiti minn derivattivi oħrajn.

4.   Qabel ma tinbeda kull kompressjoni, id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jipprovdu kompressjoni ta' portafolli għandhom:

(a)

jeħtieġu li kull parteċipant li jipparteċipa fil-kompressjoni ta' portafolli jipprovdihom bil-kriterji li jirriflettu t-tolleranza tar-riskju tiegħu inkluż limitu għar-riskju tal-kontraparti, limitu għar-riskju tas-suq u tolleranza għall-pagamenti bil-flus kontanti. Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jirrispettaw it-tolleranza tar-riskju mill-parteċipanti fil-kompressjoni ta' portafolli;

(b)

jistabbilixxu konnessjonijiet bejn id-derivattivi sottomessi għall-kompressjoni ta' portafolli u jissottomettu lil kull parteċipant proposta ta' kompressjoni li tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-identifikazzjoni tal-kontrapartijiet affettwati mill-kompressjoni,

(ii)

il-bidla relatata fil-valur nozzjonali kombinat tad-derivattivi,

(iii)

il-varjazzjoni tal-ammont nozzjonali kombinat imqabbel mat-tolleranza tar-riskju pprovdut.

5.   Sabiex jaġġustaw il-kompressjoni għat-tolleranza tar-riskju tal-parteċipanti u biex iżidu l-effiċjenza tal-kompressjoni, id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq jistgħu jagħtu lill-parteċipanti ħin addizzjonali biex iżidu d-derivattivi eliġibbli għat-terminazzjoni jew it-tnaqqis.

6.   Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom iwettqu biss il-kompressjoni ta' portafolli meta l-parteċipanti kollha għall-kompressjoni ta' portafolli jaqblu mal-proposta tal-kompressjoni.

Artikolu 18

Rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-Kompressjoni ta' portafolli

(L-Artikolu 31(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu pubblika permezz ta' APA l-informazzjoni li ġejja għal kull ċiklu ta' kompressjoni ta' portafolli:

(a)

lista ta' derivattivi sottomessi għall-inklużjoni fil-kompressjoni ta' portafolli,

(b)

lista ta' derivattivi li jissostitwixxu d-derivattivi li ntemmu,

(c)

lista ta' derivattivi mibdula jew mitmuma bħala riżultat tal-kompressjoni ta' portafolli,

(d)

in-numru ta' derivattivi u l-valur tagħhom espress f'termini ta' ammont nozzjonali.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun diżaggregata skont it-tip ta' derivattiv u skont il-munita.

2.   Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu pubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 viċin tal-ħin reali kemm huwa teknikament possibbli u mhux aktar tard mill-jum tan-negozju li jmiss wara li proposta ta' kompressjoni ssir legalment vinkolanti skont il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 17(2).

KAPITOLU V

MIŻURI SUPERVIŻORJI DWAR INTERVENTI FUQ IL-PRODOTT U ĠESTJONI TAL-POŻIZZJONIIJET

TAQSIMA 1

Interventi fuq il-prodotti

Artikolu 19

Kriterji u fatturi għall-fini tas-setgħat ta' intervent fuq il-prodotti temporanji mill-ESMA

(L-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 40(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA għandha tivvaluta r-rilevanza tal-fatturi u l-kriterji kollha elenkati fil-paragrafu 2, u tqis il-fatturi u l-kriterji kollha rilevanti biex jiġi determinat meta l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċertu depożiti strutturati jew depożiti strutturati b'ċerti karatteristiċi speċifikati jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja joħolqu tħassib sinifikanti ta' protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tiddetermina l-eżistenza ta' tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha fuq wieħed minn dawk il-fatturi u kriterji.

2.   Il-fatturi u l-kriterji li jridu jiġu vvalutati mill-ESMA sabiex tiddetermina jekk hemmx tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-grad ta' kumplessità tal-istrument finanzjarju jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja fir-rigward tat-tip ta' klijenti, kif stmata skont il-punt (c), involuti f'attività finanzjarja jew prassi finanzjarja, jew li l-istrument finanzjarju jiġi kkummerċjalizzat jew mibjugħ, billi jitqiesu, b'mod partikolari:

it-tip ta' assi sottostanti jew ta' referenza u l-grad ta' trasparenza dwar l-assi sottostanti jew ta' referenza;

il-grad ta' trasparenza tal-kostijiet u t-tariffi assoċjati mal-istrument finanzjarju, attività finanzjarja jew prassi finanzjarja u, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' trasparenza li jirriżultaw minn saffi differenti ta' kostijiet u t-tariffi;

il-kumplessità tal-kalkolu tal-prestazzjoni, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari ta' jekk ir-redditu jiddependix fuq il-prestazzjoni ta' fattur sottostanti wieħed jew iktar li mbagħad huma affettwati minn fatturi oħrajn jew jekk ir-redditu jiddependix mhux biss fuq il-valuri tal-fatturi sottostanti fid-dati tal-bidu u tal-maturità, iżda wkoll fuq il-valuri matul it-tul ta' ħajja tal-prodott;

in-natura u d-daqs ta' kwalunkwe riskju;

jekk l-istrument jew is-servizz humiex raggruppati ma' prodotti jew servizzi oħrajn; jew

il-kumplessità ta' kwalunkwe termini u kundizzjonijiet;

(b)

id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-valur nozzjonali tal-istrument finanzjarju;

in-numru ta' klijenti, investituri jew parteċipanti tas-suq involuti;

is-sehem relattiv tal-prodott fil-portafolli tal-investituri;

il-probabbiltà, id-daqs u n-natura ta' kwalunkwe detriment, inkluż l-ammont tat-telf li jista' jiġġarrab;

il-persistenza antiċipata tal-konsegwenzi detrimentali;

il-volum tal-ħruġ;

in-numru ta' intermedjarji involuti;

it-tkabbir tas-suq jew tal-bejgħ; jew

l-ammont medju investit minn kull klijent fl-istrument finanzjarju;

(c)

it-tip ta' klijenti involuti f'attività jew prattika finanzjarja jew li lilhom strument finanzjarju jiġi kkummerċjat jew mibjugħ, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

jekk il-klijent huwiex klijent konsumatur, klijent professjonali jew kontraparti eliġibbli;

il-ħiliet u l-abilitajiet tal-klijenti, inklużi l-livell ta' edukazzjoni, l-esperjenza bi strumenti finanzjarji jew prattiki tal-bejgħ simili;

is-sitwazzjoni ekonomika tal-klijenti, inkuż id-dħul u l-ġid tagħhom;

l-għanijiet finanzjarji ewlenin tal-klijenti, inkluż it-tfaddil għall-pensjoni u l-finanzjament tas-sjieda ta' dar; jew

jekk l-istrument jew is-servizz humiex qed jinbiegħu lill-klijenti barra mis-suq fil-mira maħsub jew jekk is-suq fil-mira ġiex identifikat kif xieraq;

(d)

il-grad ta' trasparenza tal-istrument finanzjarju jew tat-tip ta' attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

it-tip u t-trasparenza tal-fatturi sottostanti;

kwalunkwe kostijiet u imposti moħbijin;

l-użu ta' tekniki li jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti iżda mhux neċessarjament jirriflettu l-adattatezza jew il-kwalità ġenerali tal-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja;

in-natura tar-riskji u t-trasparenza tar-riskji; jew

l-użu ta' ismijiet ta' prodotti jew ta' terminoloġija jew informazzjoni oħra li timplika livelli akbar ta' sigurtà jew redditu minn dak attwalment possibbli jew probabbli, jew li timplika karatteristiċi ta' prodott li ma jeżistux;

(e)

il-karatteristiċi jew il-komponenti partikolari tal-istrument, attività jew prattika finanzjarja, inkluż kwalunkwe ingranaġġ inkorporat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

l-ingranaġġ inerenti fil-prodott;

l-ingranaġġ dovut għall-finanzjament;

il-karatteristiċi ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli; jew

il-fatt li l-valur ta' kwalunkwe fattur sottostanti m'għadux disponibbli jew affidabbli;

(f)

l-eżistenza u l-grad ta' disparità bejn ir-redditu jew profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta' telf relatat mal-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-kostijiet tal-istrutturar ta' dan it-tip ta' strument finanzjarju, attività jew prattika u spejjeż oħra;

id-disparità relatata mar-riskju tal-emittent miżmum mill-emittent; jew

il-profil tar-riskju/redditu;

(g)

il-faċilità u l-kostijiet għall-investituri biex ibigħu l-istrument finanzjarju rilevanti jew li jduru għal strument finanzjarju ieħor, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-firxa tal-offerta/domanda;

il-frekwenza tad-disponibbiltà tal-kummerċ;

id-daqs tal-ħruġ u d-daqs tas-suq sekondarju;

il-preżenza jew in-nuqqas ta' fornituri ta' likwidità jew ġeneraturi tas-suq sekondarju;

il-karatteristiċi tas-sistema ta' kummerċ; jew

kwalunkwe ostakli oħrajn għall-ħruġ;

(h)

il-kostijiet tal-ipprezzar u dawk assoċjati tal-istrument, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

l-użu ta' imposti moħbijin jew sekondarji; jew

imposti li ma jirriflettux il-livell ta' servizz ipprovdut;

(i)

il-grad ta' innovazzjoni ta' strument, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-grad ta' innovazzjoni relatat mal-istruttura tal-istrument, attività jew prattika finanzjarja, inkluż l-inkorporazzjoni u l-iskattar;

il-grad ta' innovazzjoni relatata mal-mudell ta' distribuzzjoni jew it-tul tal-katina ta' intermedjazzjoni;

il-grad tad-diffużjoni tal-innovazzjoni, inkluż jekk l-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja humiex innovattiva għal kategoriji ta' klijenti partikolari;

l-innovazzjoni li tinvolvi l-ingranaġġ;

in-nuqqas ta' trasparenza tal-fatturi sottostanti; jew

l-esperjenza li għaddiet fis-suq bi strumenti finanzjarji jew prattiki tal-bejgħ simili;

(j)

il-prattiki tal-bejgħ assoċjati mal-istrument finanzjarju, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-kanali ta' komunikazzjoni u distribuzzjoni użati;

il-materjal ta' informazzjoni, kummerċjalizzazzjoni jew promozzjonali ieħor assoċjat mal-investiment;

l-iskopijiet ta' investiment supponuti; jew

jekk id-deċiżjoni ta' akkwiżizzjoni hijiex sekondarja jew terzjarja wara akkwiżizzjoni oħra;

(k)

is-sitwazzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent ta' strument finanzjarju, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew kwalunkwe garanti; jew

it-trasparenza tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew garanti;

(l)

jekk hemmx nuqqas ta' informazzjoni jew nuqqas ta' informazzjoni affidabbli dwar strument finanzjarju, ipprovduta jew mill-manifattur jew mid-distributuri, biex tippermetti l-parteċipanti tas-suq li hija mmirata lejhom biex jifformaw il-ġudizzju tagħhom waqt li jitqiesu n-natura u t-tip tal-istrument finanzjarju;

(m)

jekk l-istrument finanzjarju, l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jimponux riskju għoli għall-prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom il-parteċipanti jew l-investituri fis-suq rilevanti;

(n)

jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jikkompromettux b'mod sinifikanti l-integrità tal-proċess ta' formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq konċernat, sabiex il-prezz jew il-valur tal-istrument finanzjarju inkwistjoni ma jibqax determinat skont il-forzi leġittimi tas-suq tal-provvista u d-domanda, jew il-parteċipanti tas-suq ma jibqgħux jistgħu jiddependu fuq il-prezzijiet iffurmati f'dak is-suq jew fil-volumi ta' kummerċ bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom;

(o)

jekk il-karatteristiċi ta' strument finanzjarju jagħmluhx suxxettibbli b'mod partikolari biex jintuża għall-fini ta' reati finanzjarji u, b'mod partikolari jekk dawk il-karatteristiċi jistgħux jinkoraġġixxu l-użu tal-istrument finanzjarju għal:

kwalunkwe frodi jew diżonestà;

kondotta ħażina jew użu ħażin tal-informazzjoni relatata ma' suq finanzjarju;

it-trattament tar-rikavati mir-reati;

il-finanzjament tat-terroriżmu; jew

l-iffaċilitar tal-ħasil tal-flus;

(p)

jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jimponux riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew l-operat mingħajr xkiel tas-swieq u l-infrastruttura tagħhom;

(q)

jekk strument finanzjarju, attività jew prattika jistgħux iwasslu għal disparità sinifikanti u artifiċjali bejn il-prezzijiet ta' derivattiv u dawk fis-suq sottostanti;

(r)

jekk l-istrument finanzjarju, attività jew prattika jimponux riskju għoli ta' tfixkil għall-istituzzjonijiet finanzjarji meqjusin importanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

(s)

ir-rilevanza tad-distribuzzjoni tal-istrument finanzjarju bħala sors ta' finanzjament għall-emittent;

(t)

jekk strument finanzjarju, attività jew prattika jimponux riskji partikolari għas-suq jew l-infrastruttura tas-sistemi ta' pagament, inklużi s-sistemi ta' kummerċ, ikklerjar u saldu; jew

(u)

jekk strument finanzjarju, attività jew prattika jistgħux jheddu l-fiduċja tal-investituri fis-sistema finanzjarja.

Artikolu 20

Kriterji u fatturi għall-fini tas-setgħat ta' intervent fuq il-prodotti temporanji mill-EBA

(L-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 41(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-EBA tivvaluta r-rilevanza tal-fatturi u l-kriterji kollha elenkati fil-paragrafu 2, u tqis il-fatturi u l-kriterji kollha rilevanti biex jiġi determinat meta l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċertu depożiti strutturati jew depożiti strutturati b'ċerti karatteristiċi speċifikati jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja joħolqu tħassib sinifikanti ta' protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-EBA tista' tiddetermina l-eżistenza ta' tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha bbażata fuq wieħed minn dawk il-fatturi u kriterji jew aktar.

2.   Il-fatturi u l-kriterji li jridu jiġu vvalutati mill-EBA biex tiddetermina jekk hemmx tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni jew ta' parti minnha għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-grad ta' kumplessità ta' depożitu strutturat jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja fir-rigward tat-tip ta' klijenti, kif stmata skont il-punt (c), involuti f'attività finanzjarja jew prassi finanzjarja, billi jitqiesu, b'mod partikolari:

it-tip ta' assi sottostanti jew ta' referenza u l-grad ta' trasparenza dwar l-assi sottostanti jew ta' referenza;

il-grad ta' trasparenza tal-kostijiet u t-tariffi assoċjati mal-istrument finanzjarju, attività finanzjarja jew prassi finanzjarja u, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' trasparenza li jirriżultaw minn saffi differenti ta' kostijiet u t-tariffi;

il-kumplessità tal-kalkolu tal-prestazzjoni, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari ta' jekk ir-redditu jiddependix fuq il-prestazzjoni ta' fattur sottostanti wieħed jew iktar li mbagħad huma affettwati minn fatturi oħrajn jew jekk ir-redditu jiddependix mhux biss fuq il-valuri tal-assi sottostanti jrew ta' referenza fid-dati tal-bidu u tal-maturità jew tal-pagament tal-imgħax iżda wkoll fuq il-valuri matul it-tul ta' ħajja tal-prodott;

in-natura u d-daqs ta' kwalunkwe riskju;

jekk id-depożitu strutturat jew is-servizz humiex raggruppati ma' prodotti jew servizzi oħrajn; jew

il-kumplessità ta' kwalunkwe termini u kundizzjonijiet;

(b)

id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-valur nozzjonali ta' ħruġ ta' depożiti strutturati;

in-numru ta' klijenti, investituri jew parteċipanti tas-suq involuti;

is-sehem relattiv tal-prodott fil-portafolli tal-investituri;

il-probabbiltà, id-daqs u n-natura ta' kwalunkwe detriment, inkluż l-ammont tat-telf li jista' jiġġarrab;

il-persistenza antiċipata tal-konsegwenzi detrimentali;

il-volum tal-ħruġ;

in-numru ta' istituzzjonijiet involuti;

it-tkabbir tas-suq jew tal-bejgħ;

l-ammont medju investit minn kull klijent fid-depożitu strutturat; jew

il-livell ta' kopertura definit fid-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

(c)

it-tip ta' klijenti involuti f'attività jew prattika finanzjarja jew li lilhom strument finanzjarju jiġi kkummerċjat jew mibjugħ, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

jekk il-klijent huwiex klijent konsumatur, klijent professjonali jew kontraparti eliġibbli;

il-ħiliet u l-abilitajiet tal-klijenti, inkluż il-livell ta' edukazzjoni, l-esperjenza bi strumenti finanzjarji jew prattiki tal-bejgħ simili;

is-sitwazzjoni ekonomika tal-klijenti, inkuż id-dħul u l-ġid tagħhom;

l-għanijiet finanzjarji ewlenin tal-klijenti, inkluż it-tfaddil għall-pensjoni u l-finanzjament tas-sjieda ta' dar;

jekk il-prodott jew is-servizz humiex qed jinbiegħu lill-klijenti barra mis-suq fil-mira maħsub jew jekk is-suq fil-mira ġiex identifikat kif xieraq; jew

l-eliġibbiltà għall-kopertura minn skema ta' garanzija tad-depożiti;

(d)

il-grad ta' trasparenza tad-depożitu strutturat jew tat-tip ta' attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

it-tip u t-trasparenza tal-fatturi sottostanti;

kwalunkwe kostijiet u imposti moħbijin;

l-użu ta' tekniki li jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti iżda mhux neċessarjament jirriflettu l-adattezza jew il-kwalità ġenerali tal-prodott jew tas-servizz;

it-tip u t-trasparenza tar-riskji;

l-użu ta' ismijiet ta' prodotti jew ta' terminoloġija jew informazzjoni oħra li tqarraq billi timplika karatteristiċi ta' prodott li ma jeżistux; jew

jekk l-identità ta' dawk li jieħdu d-depożiti li jistgħu jkunu responsabbli għad-depożitu tal-klijent, tiġix divulgata;

(e)

il-karatteristiċi jew il-komponenti partikolari tal-istrument, attività jew prattika finanzjarja, inkluż kwalunkwe ingranaġġ inkorporat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

l-ingranaġġ inerenti fil-prodott;

l-ingranaġġ dovut għall-finanzjament; jew

il-fatt li l-valur ta' kwalunkwe fattur sottostanti m'għadux disponibbli jew affidabbli;

(f)

l-eżistenza u l-grad ta' disparità bejn ir-redditu jew profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta' telf relatat mal-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-kostijiet tal-istrutturar ta' dan it-tip ta' strument finanzjarju, attività jew prattika u kostijiet oħra;

id-disparità relatata mar-riskju tal-emittent miżmum mill-emittent; jew

il-profil tar-riskji u l-gwadanji;

(g)

il-kostijiet u l-faċilità li biha l-investituri jkunu jistgħu joħorġu depożitu strutturat, b'mod partikolari billi jitqiesu:

il-fatt li l-irtirar bikri mhuwiex permess; jew

kwalunkwe ostakli oħrajn għall-ħruġ;

(h)

il-kostijiet tal-ipprezzar u dawk assoċjati tad-depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

l-użu ta' imposti moħbijin jew sekondarji; jew

imposti li ma jirriflettux il-livell ta' servizz ipprovdut;

(i)

il-grad ta' innovazzjoni ta' depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-grad ta' innovazzjoni relatat mal-istruttura tad-depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja, inkluż l-inkorporazzjoni u l-iskattar;

il-grad ta' innovazzjoni relatata mal-mudell ta' distribuzzjoni jew it-tul tal-katina ta' intermedjazzjoni;

il-grad tad-diffużjoni tal-innovazzjoni, inkluż jekk id-depożitu strutturat, l-attività jew il-prattika finanzjarja humiex innovattivi għal kategoriji ta' klijenti partikolari;

l-innovazzjoni li tinvolvi l-ingranaġġ;

in-nuqqas ta' trasparenza tal-fatturi sottostanti; jew

l-esperjenza li għaddiet fis-suq b'depożiti strutturati jew prattiki tal-bejgħ simili;

(j)

il-prattiki tal-bejgħ assoċjati mad-depożitu strutturat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-kanali ta' komunikazzjoni u distribuzzjoni użati;

il-materjal ta' informazzjoni, kummerċjalizzazzjoni jew promozzjonali ieħor assoċjat mal-investiment;

l-iskopijiet ta' investiment supponuti; jew

jekk id-deċiżjoni ta' akkwiżizzjoni hijiex sekondarja jew terzjarja wara akkwiżizzjoni oħra;

(k)

is-sitwazzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent ta' depożitu strutturat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew kwalunkwe garanti; jew

it-trasparenza tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew garanti;

(l)

jekk hemmx nuqqas ta' informazzjoni jew nuqqas ta' informazzjoni affidabbli dwar depożitu strutturat, ipprovduta jew mill-manifattur jew mid-distributuri, biex tippermetti l-parteċipanti tas-suq li hija mmirata lejhom biex jifformaw il-ġudizzju tagħhom waqt li jitqiesu n-natura u t-tip tal-istrument finanzjarju;

(m)

jekk id-depożitu strutturat, l-attività jew il-prattika finanzjarja jimponux riskju għoli għall-prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom il-parteċipanti jew l-investituri fis-suq rilevanti;

(n)

jekk id-depożitu strutturat, l-attività jew il-prattika finanzjarja iħallux l-ekonomija tal-Unjoni vulnerabbli għar-riskji;

(o)

jekk il-karatteristiċi ta' depożitu strutturat jagħmluhx suxxettibbli b'mod partikolari biex jintuża għall-fini ta' reati finanzjarji u, b'mod partikolari jekk dawk il-karatteristiċi jistgħux potenzjalment jiffavorixxu l-użu ta' depożiti strutturati għal:

kwalunkwe frodi jew diżonestà;

kondotta ħażina jew użu ħażin tal-informazzjoni relatata ma' suq finanzjarju;

it-trattament tar-rikavati mir-reati;

il-finanzjament tat-terroriżmu; jew

l-iffaċilitar tal-ħasil tal-flus;

(p)

jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jimponux riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew l-operat mingħajr xkiel tas-swieq u l-infrastruttura tagħhom;

(q)

jekk depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja jistgħux twassal għal disparità sinifikanti u artifiċjali bejn il-prezzijiet ta' derivattiv u dawk fis-suq sottostanti;

(r)

jekk id-depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja jimponux riskju partikolari ta' taqlib għall-istituzzjonijiet finanzjarji meqjusin importanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari tal-istrateġija ta' ħħeġġjar segwita mill-istituzzjonijiet finanzjarji relatati mal-ħruġ ta' depożitu strutturat, inkluż l-ipprezzar ħażin tal-garanzija kapital mal-maturità jew ir-riskji reputazzjonali imposti mid-depożitu strutturat jew il-prattika jew attività lill-istituzzjonijiet finanzjarji;

(s)

ir-rilevanza tad-distribuzzjoni tad-depożitu strutturat bħala sors ta' finanzjament għall-istituzzjoni finanzjarja;

(t)

jekk depożitu strutturat, prattika jew attività finanzjarja jimponux riskji partikolari għas-suq jew l-infrastruttura tas-sistemi ta' pagament; jew

(u)

jekk depożitu strutturat, prattika jew attività finanzjarja jistgħux jheddu l-fiduċja tal-investituri fis-sistema finanzjarja.

Artikolu 21

Kriterji u fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tas-setgħat ta' intervent fuq il-prodotti

(L-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 42(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-rilevanza tal-fatturi u l-kriterji kollha elenkati fil-paragrafu 2, u jqisu l-fatturi u l-kriterji kollha rilevanti biex jiġi determinat meta l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċertu strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati inkella ta' strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati b'ċerti karatteristiċi speċifikati jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja joħolqu tħassib sinifikanti ta' protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja f'tal-anqas Stat Membru wieħed.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw l-eżistenza ta' tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha f'tal-anqas Stat Membru wieħed skont wieħed jew aktar minn dawk il-fatturi u kriterji.

2.   Il-fatturi u l-kriterji li jridu jiġu vvalutati mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiddeterminaw jekk hemmx tħassib sinifikanti ta' protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew parti minnha f'mill-anqas Stat Memru wieħed għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

il-grad ta' kumplessità tal-istrument finanzjarju jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja fir-rigward tat-tip ta' klijenti, kif stmata skont il-punt (c), involuti f'attività finanzjarja jew prassi finanzjarja, jew li l-istrument finanzjarju jiġi kkummerċjalizzat jew mibjugħ lilu, billi jitqiesu, b'mod partikolari:

it-tip ta' assi sottostanti jew ta' referenza u l-grad ta' trasparenza dwar l-assi sottostanti jew ta' referenza;

il-grad ta' trasparenza tal-kostijiet u t-tariffi assoċjati mal-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat, l-attività finanzjarja jew il-prassi finanzjarja u, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' trasparenza li jirriżultaw minn saffi differenti ta' kostijiet u t-tariffi;

il-kumplessità tal-kalkolu tal-prestazzjoni, b'kunsiderazzjoni ta' jekk ir-redditu jiddependix fuq il-prestazzjoni ta' assi ta' referenza sottostanti wieħed jew iktar li mbagħad huma affettwati minn fatturi oħrajn jew jekk ir-redditu jiddependix mhux biss fuq il-valuri tal-fatturi sottostanti fid-dati tal-bidu u tal-maturità, iżda wkoll fuq il-valuri matul it-tul ta' ħajja tal-prodott;

in-natura u d-daqs ta' kwalunkwe riskju;

jekk il-prodott jew is-servizz huwiex raggruppat ma' prodotti jew servizzi oħrajn;

il-kumplessità ta' kwalunkwe termini u kundizzjonijiet;

(b)

id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-valur nozzjonali tal-istrument finanzjarju jew ta' ħruġ ta' depożiti strutturati;

in-numru ta' klijenti, investituri jew parteċipanti tas-suq involuti;

is-sehem relattiv tal-prodott fil-portafolli tal-investituri;

il-probabbiltà, id-daqs u n-natura ta' kwalunkwe detriment, inkluż l-ammont tat-telf li jista' jiġġarrab;

il-persistenza antiċipata tal-konsegwenzi detrimentali;

il-volum tal-ħruġ;

in-numru ta' intermedjarji involuti;

it-tkabbir tas-suq jew tal-bejgħ;

l-ammont medju investit minn kull klijent fl-istrument finanzjarju jew depożitu strutturat; jew

il-livell ta' kopertura definit fid-Direttiva 2014/49/UE, fil-każ ta' depożiti strutturati;

(c)

it-tip ta' klijenti involuti f'attività jew prattika finanzjarja jew li lilhom strument finanzjarju jiġi kkummerċjat jew mibjugħ, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

jekk il-klijent huwiex klijent konsumatur, klijent professjonali jew kontraparti eliġibbli;

il-ħiliet u l-abilitajiet tal-klijenti, inkluż il-livell ta' edukazzjoni, l-esperjenza bi strumenti finanzjarji, depożiti strutturati jew prattiki tal-bejgħ simili;

is-sitwazzjoni ekonomika tal-klijenti, inkuż id-dħul u l-ġid tagħhom;

l-għanijiet finanzjarji ewlenin tal-klijenti, inkluż it-tfaddil għall-pensjoni u l-finanzjament tas-sjieda ta' dar;

jekk il-prodott jew is-servizz humiex qed jinbiegħu lill-klijenti barra mis-suq fil-mira maħsub jew jekk is-suq fil-mira ġiex identifikat kif xieraq; jew

l-eliġibbiltà għall-kopertura minn skema ta' garanzija tad-depożiti, fil-każ ta' depożiti strutturati;

(d)

il-grad ta' trasparenza tal-istrument finanzjarju jew tad-depożitu strutturat jew tat-tip ta' attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

it-tip u t-trasparenza tal-fatturi sottostanti;

kwalunkwe kostijiet u imposti moħbijin;

l-użu ta' tekniki li jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti iżda mhux neċessarjament jirriflettu l-adattatezza jew il-kwalità ġenerali tal-prodott, l-attività jew il-prattika finanzjarja;

in-natura tar-riskji u t-trasparenza tar-riskji;

l-użu ta' ismijiet ta' prodotti jew ta' terminoloġija jew informazzjoni oħra li timplika livelli akbar ta' sigurtà jew redditu minn dak attwalment possibbli jew probabbli, jew li timplika karatteristiċi ta' prodott li ma jeżistux; jew

fil-każ ta' depożiti strutturati jekk l-identità ta' dawk li jieħdu d-depożiti li jistgħu jkunu responsabbli għad-depożitu tal-klijent, hijiex divulgata;

(e)

il-karatteristiċi jew il-komponenti partikolari tad-depożitu strutturat, l-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja, inkluż kwalunkwe ingranaġġ inkorporat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

l-ingranaġġ inerenti fil-prodott;

l-ingranaġġ dovut għall-finanzjament;

il-karatteristiċi ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli; jew

il-fatt li l-valur ta' kwalunkwe fattur sottostanti m'għadux disponibbli jew affidabbli;

(f)

l-eżistenza u l-grad ta' disparità bejn ir-redditu jew profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta' telf relatat mal-istrument l-attività jew il-prattika finanzjarja jew id-depożitu strutturat b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-kostijiet tal-istrutturar ta' dan it-tip ta' strument, attività jew prattika finanzjarja jew depożitu strutturat u spejjeż oħra;

id-disparità relatata mar-riskju tal-emittent miżmum mill-emittent; jew

il-profil tar-riskji u l-gwadanji;

(g)

il-kostijiet u l-faċilità għall-investituri biex ibigħu l-istrument finanzjarju rilevanti jew biex iduru għal strument finanzjarju ieħor, jew biex joħorġu minn depożitu strutturat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu, fejn applikabbli u skont jekk il-prodott huwiex strument finanzjarju jew depożitu strutturat:

il-firxa bejn it-talba u l-offerta;

il-frekwenza tad-disponibbiltà tal-kummerċ;

id-daqs tal-ħruġ u d-daqs tas-suq sekondarju;

il-preżenza jew in-nuqqas ta' fornituri ta' likwidità jew ġeneraturi tas-suq sekondarju;

il-karatteristiċi tas-sistema ta' kummerċ; jew

kwalunkwe ostakli oħrajn għall-ħruġ jew il-fatt li l-irtirar bikri mhuwiex permess;

(h)

il-kostijiet tal-ipprezzar u dawk assoċjati tad-depożitu strutturat, l-istrument, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

l-użu ta' imposti moħbijin jew sekondarji; jew

imposti li ma jirriflettux il-livell ta' servizz ipprovdut;

(i)

il-grad ta' innovazzjoni ta' strument finanzjarju jew depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-grad ta' innovazzjoni relatat mal-istruttura tal-istrument, attività jew prattika finanzjarja, jew mad-depożitu strutturat inkluż l-inkorporazzjoni u l-iskattar;

il-grad ta' innovazzjoni relatata mal-mudell ta' distribuzzjoni jew it-tul tal-katina ta' intermedjazzjoni;

il-punt tad-diffużjoni tal-innovazzjoni, inkluż jekk l-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja jew id-depożitu strutturat hijiex innovattiva għal kategoriji ta' klijenti partikolari;

l-innovazzjoni li tinvolvi l-ingranaġġ;

in-nuqqas ta' trasparenza tal-fatturi sottostanti; jew

l-esperjenza li għaddiet fis-suq bi strumenti finanzjarji, depożiti strutturati jew prattiki tal-bejgħ simili;

(j)

il-prattiki tal-bejgħ assoċjati mal-istrument finanzjarju jew depożitu strutturat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-kanali ta' komunikazzjoni u distribuzzjoni użati;

il-materjal ta' informazzjoni, kummerċjalizzazzjoni jew promozzjonali ieħor assoċjat mal-investiment;

l-iskopijiet ta' investiment supponuti; jew

jekk id-deċiżjoni ta' akkwiżizzjoni hijiex sekondarja jew terzjarja wara akkwiżizzjoni oħra;

(k)

is-sitwazzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent ta' strument finanzjarju jew depożitu strutturat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew kwalunkwe garanti; jew

it-trasparenza tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew garanti;

(l)

jekk hemmx nuqqas ta' informazzjoni jew nuqqas ta' informazzjoni affidabbli dwar strument finanzjarju jew depożitu strutturat, ipprovduta jew mill-manifattur jew mid-distributuri, biex tippermetti l-parteċipanti tas-suq li hija mmirata lejhom biex jifformaw il-ġudizzju tagħhom waqt li jitqiesu n-natura u t-tip tal-istrument finanzjarju jew tad-depożitu strutturat;

(m)

jekk l-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat, l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja timponix riskju għoli għall-prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom il-parteċipani jew l-investituri fis-suq rilevanti;

(n)

jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jikkompromettux b'mod sinifikanti l-integrità tal-proċess ta' formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq konċernat, sabiex il-prezz jew il-valur tal-istrument finanzjarju jew id-depożitu strutturat inkwistjoni ma jibqax determinat skont il-forzi leġittimi tas-suq tal-provvista u d-domanda, jew il-parteċipanti tas-suq ma jibqgħux jistgħu jiddependu fuq il-prezzijiet iffurmati f'dak is-suq jew fil-volumi ta' kummerċ bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom;

(o)

jekk l-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja jew id-depożitu strutturat iħallux l-ekonomija tal-Unjoni vulnerabbli għar-riskji;

(p)

jekk il-karatteristiċi ta' strument finanzjarju jew depożitu strutturat jagħmluhomx suxxettibbli b'mod partikolari biex jintużaw għall-fini ta' reati finanzjarji u, b'mod partikolari jekk dawk il-karatteristiċi jistgħux potenzjalment jinkoraġġixxu l-użu tal-istrument finanzjarju jew tad-depożitu strutturat għal:

kwalunkwe frodi jew diżonestà;

kondotta ħażina jew użu ħażin tal-informazzjoni relatata ma' suq finanzjarju;

it-trattament tar-rikavati mir-reati;

il-finanzjament tat-terroriżmu; jew

l-iffaċilitar tal-ħasil tal-flus;

(q)

jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jimponux riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew l-operat mingħajr xkiel tas-swieq u l-infrastruttura tagħhom;

(r)

jekk strument, attività jew prattika finanzjarja jew depożitu strutturat jistgħux iwasslu għal disparità sinifikanti u artifiċjali bejn il-prezzijiet ta' derivattiv u dawk fis-suq sottostanti;

(s)

jekk l-istrument, l-attività jew prattika finanzjarja jew id-depożitu strutturat jimponux riskju partikolari ta' taqlib għall-istituzzjonijiet finanzjarji meqjusin importanti għas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rilevanti, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari tal-istrateġija ta' ħħeġġjar segwita mill-istituzzjonijiet finanzjarji relatati mal-ħruġ ta' depożitu strutturat, inkluż l-ipprezzar ħażin tal-garanzija tal-kapital mal-maturità jew ir-riskji reputazzjonali imponuti mid-depożitu strutturat jew il-prattika jew attività lill-istituzzjonijiet finanzjarji;

(t)

ir-rilevanza tad-distribuzzjoni tal-istrument finanzjarju jew tad-depożitu strutturat bħala sors ta' finanzjament għall-emittent jew l-istituzzjonijiet finanzjarji;

(u)

jekk strument, attività jew prattika finanzjarja jew depożitu strutturat jimponux riskji partikolari għas-suq jew l-infrastruttura tas-sistemi ta' pagament, inklużi s-sistemi ta' kummerċ, ikklerjar u saldu; jew

(v)

jekk strument, attività jew prattika finanzjarja, jew depożitu strutturat jistgħux jheddu l-fiduċja tal-investituri fis-sistema finanzjarja.

TAQSIMA 2

Setgħat ta' ġestjoni tal-pożizzjoni

Artikolu 22

Is-setgħat ta' ġestjoni tal-pożizzjoni tal-ESMA

(L-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 45(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kriterji u l-fatturi li jiddeterminaw l-eżistenza ta' theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, inkluż swieq ta' derivattivi ta' komoditajiet skont l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u relatati mal-arranġamenti tal-kunsinna għall-komoditajiet fiżiċi, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-eżistenza ta' problemi finanzjarji, monetarji jew baġitarji serji li jistgħu jwasslu għal instabbilità finanzjarja li tikkonċerna Stat Membru jew istituzzjoni finanzjarja meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali, inklużi istituzzjonijiet tal-kreditu, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fornituri tal-infrastrutturi tas-suq u kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi li joperaw fl-Unjoni, meta dawn il-problemi jistgħu jheddu l-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni;

(b)

azzjoni ta' klassifikazzjoni jew inadempjenza minn Stat Membru, jew istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fornituri tal-infrastruttura tas-suq u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi li joperaw fl-Unjoni li tikkawża jew li tista' raġonevolment tkun mistennija li tikkawża inċertezza severa dwar is-solvenza tagħhom;

(c)

pressjonijiet sostanzjali fuq bejgħ jew volatilità mhux tas-soltu li jikkawżaw spirali sinifikanti 'l isfel fi kwalunkwe strument finanzjarju relatat ma' kwalunkwe istituzzjonijiet tal-kreditu jew finanzjarji oħrajn meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fornituri tal-infrastruttura tas-suq u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi li joperaw fl-Unjoni u emittenti sovrani;

(d)

kwalunkwe ħsara għall-istrutturi fiżiċi ta' emittenti finanzjarji importanti, infrastrutturi tas-suq, sistemi tal-ikklerjar u s-saldu, jew awtoritajiet kompetenti li jistgħu jaffettwaw is-swieq b'mod avvers b'mod partikolari fejn tali ħsara tirriżulta minn diżastru naturali jew attakk terroristiku;

(e)

disturb fi kwalunkwe sistema ta' pagamenti jew proċess ta' saldu, b'mod partikolari meta jkun relatat ma' operazzjonijiet interbankarji, li jikkawża jew li jista' jikkawża nuqqasijiet sinifikanti ta' pagamenti jew ta' saldu jew dewmien fis-sistemi ta' pagamenti tal-Unjoni, speċjalment meta dawn jistgħu jwasslu għall-propagazzjoni ta' stress finanzjarju jew ekonomiku f'istituzzjonijiet ta' kreditu jew f'istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fornituri tal-infrastruttura tas-suq u l-kumpaniji tal-immaniġġjar jew fi Stat Membru;

(f)

tnaqqis sinifikanti jew f'daqqa fil-provvista ta' komodità jew żieda fid-domanda ta' komodità, li tħarbat il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda;

(g)

pożizzjoni sinifikanti f'ċertu komodità miżmuma minn persuna waħda, jew persuni li jaġixxu flimkien, f'post tan-negozjar wieħed jew iktar, permezz ta' membru tas-suq wieħed jew iktar;

(h)

in-nuqqas ta' abilità ta' post tan-negozjar li jeżerċita s-setgħat ta' ġestjoni tal-pożizzjoni tiegħu minħabba avveniment ta' kontinwità tan-negozju.

2.   Għall-fini tal-Artikolu 45(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kriterji u l-fatturi għad-determinazzjoni tat-tnaqqis xieraq ta' pożizzjoni jew esponiment għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

in-natura tad-detentur tal-pożizzjoni, inklużi l-produtturi, il-konsumaturi jew l-istituzzjoni finanzjarja;

(b)

il-maturità tal-istrument finanzjarju;

(c)

id-daqs tal-pożizzjoni relattiv mad-daqs tas-suq tad-derivattivi tal-komoditajiet rilevanti;

(d)

id-daqs tal-pożizzjoni relattiv mad-daqs tas-suq tad għall-komoditajiet sottostanti;

(e)

id-direzzjoni tal-pożizzjoni (qasira jew twila) u d-delta jew meded tad-delta;

(f)

l-iskop tal-pożizzjoni, b'mod partikolari jekk il-pożizzjoni sservix il-fini ta' ħħeġġjar jew jekk tinżammx għal esponiment finanzjarju;

(g)

l-esperjenza ta' detentur ta' pożizzjoni fiż-żamma ta' pożizzjonijiet ta' daqs speċifiku, jew fil-kunsinna jew ir-riċeviment ta' komodità speċifika;

(h)

il-pożizzjonijiet l-oħrajn miżmuma mill-persuna fis-suq sottostanti jew f'maturitajiet differenti tal-istess derivattiva;

(i)

il-likwidità tas-suq u l-impatt tal-miżura fuq parteċipanti oħrajn tas-suq;

(j)

il-metodu tal-kunsinna.

3.   Għall-fini tal-Artikolu 45(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kriterji li jispeċifikaw is-sitwazzjonijiet fejn jista' jqum riskju ta' arbitraġġ regolatorju huma dawn li ġejjin:

(a)

jekk l-istess kuntratt huwiex kummerċjat f'post tan-negozjar differenti jew barra l-Borża;

(b)

jekk kuntratt sostanzjalment ekwivalenti huwiex ikkummerċjat f'post differenti jew barra l-Borża (simili u interrelatat, iżda mhux meqjus bħala parti mill-istess interess miftuħ funġibbli);

(c)

l-effetti tad-deċiżjoni fuq is-suq tal-komodità sottostanti;

(d)

l-effetti tad-deċiżjoni fuq is-swieq u l-parteċipanti mhux soġġetti għas-setgħat ta' ġestjoni tal-pożizzjoni ta' ESMA; kif ukoll

(e)

l-effett potenzjali fuq il-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fin-nuqqas ta' azzjoni mill-ESMA.

4.   Għall-fini tal-Artikolu 45(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA tapplika l-kriterji u l-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'kunsiderazzjoni ta' jekk il-miżura prevista li tittieħed tweġibx għal nuqqas ta' azzjoni tal-awtorità kompetenti jew għal riskju addizzjonali li l-awtorità kompetenti mhijiex kapaċi tindirizza b'mod suffiċjenti skont l-Artikolu 69(2)(j) jew (o) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, awtorità kompetenti tiġi meqjusa li qed tonqos milli taġixxi fejn, fuq il-bażi tas-setgħat konferiti lilha, għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed setgħat regolatorji biex tindirizza bis-sħiħ it-theddida fiż-żmien tal-avveniment, mingħajr għajnuna minn awtorità kompetenti oħra, iżda ma tieħux it-tali azzjoni.

Awtorità kompetenti tiġi meqjusa li mhijiex qed tindirizza biżżejjed theddida meta wieħed jew iktar mill-fatturi elenkati fl-Artikolu 45(10)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jseħħu fil-ġuriżdizzjoni ta' awtorità kompetenti u f'waħda jew iżjed ġuriżdizzjonijiet oħrajn.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   B'deroga mill-Artikolu 5(1), mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sad-data tal-applikazzjoni tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjonijiet ta' likwidità u jippubblikaw ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet immedjatament malli jitlestew skont l-iskeda ta' żmien li ġejja:

(a)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni hija data li ma tkunx inqas minn għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ir-riżultat tal-valutazzjonijiet mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni hija data li taħbat fil-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jispiċċa fil-jum ta' qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ir-riżultat tal-valutazzjonijiet mhux aktar tard mid-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

2.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

(a)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni hija data li ma tkunx inqas minn sittax-il ġimgħa qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq dejta disponibbli għal perjodu ta' referenza ta' erbgħin ġimgħa li jibda tnejn u ħamsin ġimgħa qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni hija data fi ħdan il-perjodu li jibqa' mhux anqas minn sittax-il ġimgħa qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jispiċċa mhux anqas minn għaxar ġimgħat qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq dejta disponibbli għall-ewwel perjodu ta' negozjar ta' erba' ġimgħat tal-istrument finanzjarju.

(c)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'post tan-negozjar fl-Unjoni hija data li taħbat fil-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jispiċċa fil-jum ta' qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-istorja ta' negozjar tal-istrumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji oħra meqjusa li għandhom karattereistiċi simili għal dawk tal-istrumenti finanzjarji.

3.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment inklużi d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata b'konformità mal-paragrafu 1 għall-finijiet tal-Artikolu 2(1)(17) (b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 sal-1 ta' April tas-sena ta' wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

4.   Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3,l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw dan li jmiss fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2;

(a)

li l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 tibqa' xierqa għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

li l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 tiġi aġġornata fuq il-bazi ta' perjodu ta' negozjar itwal u storja ta' negozjar aktar kkomprensiva, fejn meħtieġ.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Madanakollu, l-Artikolu 23 japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissuplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ara paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta' dejta ta' qabel u wara n-negozjar u l-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta (ara paġna 142 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta (ara paġna 126 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (ara paġna 387 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali) Tabella 2 tal-Anness I.

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi (ara paġna 229 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(11)  Ir-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).


ANNESS

Dejta li għandha tiġi pprovduta sabiex jiġi determinat suq likwidu għal ishma, riċevuti depożitarji, fondi negozjati fil-borża u ċertifikati

Tabella 1

Tabella ta' simboli

Simbolu

Tip ta' Dejta

Definizzjoni

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Spazju għal test liberu

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166.

{MIC}

erba' karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.

{DATEFORMAT}

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom dan il-format:

SSSS-XX-JJ.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifra b'kollox li minnhom sa m ċifra jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Spazju numeriku kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

iċ-ċifri negattivi huma prefissi b'“-” (minus);

il-valuri huma arrotondati u mhux maqtugħa.


Tabella 2

Dettalji tad-dejta li għandha tiġi pprovduta għall-fini tad-determinazzjoni ta' suq likwidu għal ishma, riċevuti depożitarji, fondi negozjati fil-borża u ċertifikati

#

Spazju

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

Format u standards għar-rappurtar

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

{ISIN}

2

Isem sħiħ tal-istrument

Isem sħiħ tal-istrument finanzjarju

{ALPHANUM-350}

3

Ċentru tan-negozjar

Is-segment MIC għaċ-ċentru tan-negozjar, fejn disponibbli, inkella l-MIC operazzjonali.

{MIC}

4

identifikatur MiFIR

Identifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji ta' ekwità

 

Ishma kif imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(44)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

Riċevuti depożitarji kif definiti fl-Artikolu 4(1)(45) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

Fondi negozjati fil-borża kif definiti fl-Artikolu 4(1)(46) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

Ċertifikati kif definiti fl-Artikolu 2(1)(27) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

Strumenti finanzjarji ta' ekwità:

 

“SHRS” = ishma

 

“ETFS”= ETFs

 

“DPRS” = riċevuti depożitarji

 

“CRFT” = ċertifikati

5

Jum ta' rappurtar

Data li għaliha d-dejta hija pprovduta

Dejta għandha tiġi pprovduta mill-inqas għal dawn id-dati li ġejjin:

każ 1: il-ġurnata li tikkorrisponda għad-“Data ta' amissjoni għall-kummerċ jew l-ewwel data ta' kummerċ” skont l-Artikolu 5(3)(a);

każ 2: l-aħħar ġurnata tal-perjodu ta' erba' ġimgħat li jibda fid-“Data ta' amissjoni għall-kummerċ jew l-ewwel data ta' kummerċ” skont l-Artikolu 5(3)(b)(i);

każ 3: l-aħħar jum ta' negozju għal kull sena kalendarja skont l-Artikolu 5(3)(b)(ii);

każ 4: il-ġurnata li fiha azzjoni korporattiva hija effettiva skont l-Artikolu 5(3)(b)(iii).

Għall-każ 1, għandhom jiġu pprovduti stimi għall-ispazji minn 6 sa 12 kif applikabbli.

{DATEFORMAT}

6

Għadd ta' strumenti pendenti

Għal ishma u riċevuti depożitarji

L-għadd totali ta' strumenti pendenti.

Għal ETFs

Għadd ta' unitajiet maħruġa għan-negozju.

{DECIMAL-18/5}

7

Azjendi li jeċċedu l-5 % tad-drittijiet totali tal-vot

Għal ishma biss

L-għadd totali ta' ishma li jikkorrispondu ma' azjendi li jeċċedu l-5 % tad-drittijiet totali tal-vot tal-emittent ħlief jekk tali azjenda tkun fi ħdan impriża kollettiva ta' investiment jew fond ta' pensjoni.

Dan l-ispazju għandu jimtela biss meta informazzjoni reali tkun disponibbli.

{DECIMAL-18/5}

8

Il-prezz tal-istrument

Għal ishma u riċevuti depożitarji biss

Il-prezz tal-istrument fit-tmiem tal-jum ta' rappurtar.

Il-prezz għandu jkun espress f'euro.

{DECIMAL-18/13}

9

Daqs ta' ħruġ

Għal ċertifikati biss

Id-daqs ta' ħruġ għaċ-ċertifikat espress f'euro.

{DECIMAL-18/5}

10

Għadd ta' jiem ta' negozjar fil-perjodu

L-għadd totali ta' jiem ta' negozjar li għalih id-dejta hija pprovduta

{DECIMAL-18/5}

11

Il-fatturat totali

Il-fatturat totali għall-perjodu

{DECIMAL-18/5}

12

L-għadd totali ta' tranżazzjonijiet

L-għadd totali ta' tranżazzjonijiet għall-perjodu

{DECIMAL-18/5}