|
25.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/557
tal-24 ta' Marzu 2017
li jemenda għall-263 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-21 ta' Marzu 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda żewġ entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Id-dejta tal-identifikazzjoni tal-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 qed jiġu emendati kif ġej:
|
(a) |
“Ri'ad Muhammad Hasan Muhammad Hijazi (magħruf ukoll bħala (a) Hijazi, Raed M. (b) Al-Hawen, Abu-Ahmad (c) Al-Shahid, Abu-Ahmad (d) Raed Muhammad Hasan Muhammad Hijazi, (e) Al-Maghribi, Rashid (il-Marokkin) (f) Al-Amriki, Abu-Ahmad (l-Amerikan)). Data tat-twelid: 30.12.1968. Post tat-twelid: California, l-Istati Uniti tal-Amerika. Nazzjonalità: Ġordanjana. In-Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: 9681029476. Informazzjoni oħra: (a) Numru tas-Sigurtà Soċjali tal-Istati Uniti 548-91-5411; (b) miżmum arrestat fil-Ġordan minn Marzu 2010; (c) Isem missieru hu Mohammad Hijazi. Isem ommu hu Sakina. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 17.10.2001.” huwa sostitwit b'dan li ġej: “Raed Muhammad Hasan Muhammad Hijazi (magħruf ukoll bħala (a) Raed M. Hijazi, (b) Ri'ad Muhammad Hasan Muhammad Hijazi (kif elenkat qabel), (c) Rashid Al-Maghribi (il-Marokkin), (d) Abu-Ahmad Al-Amriki (l-Amerikan), (e) Abu-Ahmad Al-Hawen, (f) Abu-Ahmad Al-Shahid. Data tat-twelid: 30.12.1968. Post tat-twelid: California, l-Istati Uniti tal-Amerika. Nazzjonalità: (a) Ġordanjana (b) Amerikana. In-Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: Numru nazzjonali tal-Ġordan 9681029476. Informazzjoni oħra: (a) Numru tas-Sigurtà Soċjali tal-Istati Uniti 548-91-5411, (b) Isem missieru hu Mohammad Hijazi. Isem ommu hu Sakina. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 17.10.2001.” |
|
(b) |
“Merai Zoghbai (alias (a) Mohamed Lebachir, (b) Meri Albdelfattah Zgbye, (c) Zoghbai Merai Abdul Fattah, (d) Lazrag Faraj, (e) Larzg Ben Ila, (h) Muhammed El Besir, (f) F'raji di Singapore, (g) F'raji il Libico, (h) Farag, (i) Fredj). Data tat-twelid: (a) 4.4.1969, (b) 4.4.1960, (c) 4.6.1960, (d) 13.11.1960, (e) 11.8.1960, (f) 13.11.1960, (g) 14.1.1968. Post tat-twelid: (a) Bengasi, il-Libja, (b) Bendasi, il-Libja, (c) il-Marokk, (d) il-Libja. Informazzjoni oħra: Membru tal-Grupp Ġellied Islamiku Libjan. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 2.8.2006.” huwa sostitwit b'dan li ġej: “Merai Abdefattah Khalil Zoghbi (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Lebachir, (b) Meri Albdelfattah Zgbye, (c) Zoghbai Merai Abdul Fattah, (d) Lazrag Faraj, (e) Larzg Ben Ila, (f) Muhammed El Besir, (g) F'raji di Singapore, (h) F'raji il Libico, (i) Farag, (j) Fredj, (k) Merai Zoghbai (kif elenkat qabel)). Data tat-twelid: (a) 4.4.1969, (b) 4.4.1960, (c) 4.6.1960 (d) 13.11.1960, (e) 14.1.1968, (f) 11.08.1960. Post tat-twelid: (a) Bengasi, il-Libja, (b) Bendasi, il-Libja, (c) il-Marokk, (d) il-Libja. Nazzjonalità: Libjana. Informazzjoni oħra: Iben Wanisa Abdessalam. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.8.2006.” |