10.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/421
tad-9 ta' Marzu 2017
li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
(1) |
Wara investigazzjoni antisussidji (“l-investigazzjoni oriġinali”), skont ir-Regolament (KE) Nru 1628/2004 (2), il-Kunsill impona dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010). |
(2) |
Wara investigazzjoni antidumping, skont ir-Regolament (KE) Nru 1629/2004 (3), il-Kunsill impona wkoll dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja. |
(3) |
Wara rieżami interim parzjali ex officio tal-miżuri kompensatorji, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1354/2008 (4) il-Kunsill emenda r-Regolamenti (KE) Nru 1628/2004 u (KE) Nru 1629/2004. |
(4) |
Wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kompensatorji skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1185/2010 (5) il-Kunsill estenda l-miżuri kompensatorji. Wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri tal-antidumping, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1186/2010 (6) il-Kunsill estenda l-miżuri tal-antidumping. |
(5) |
Il-miżuri kompensatorji ħadu l-forma ta' rata tad-dazju ad valorem ta' 6,3 % u 7,0 % għal importazzjonijiet minn esportaturi speċifikati b'mod individwali, b'rata ta' dazju residwa ta' 7,2 %. |
2. Talba għal rieżami tal-iskadenza
(6) |
Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż tal-iskadenza imminenti (7) tal-miżuri kompensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja, il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (8). |
(7) |
It-talba saret minn SGL Carbon GmbH, minn TOKAI Erftcarbon GmbH u minn GrafTech Switzerland SA (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit. |
(8) |
It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġunament li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar u għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
3. Il-bidu
(9) |
Wara li stabbilixxiet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza, fil-15 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' notifika ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (9) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009. |
4. Investigazzjoni parallela
(10) |
Permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Diċembru 2015 (10), il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (11) tal-miżuri tal-antidumping definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja. |
5. Il-partijiet interessati
(11) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lill-produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti fl-Unjoni li kien magħruf li kienu kkonċernati, u lill-awtoritajiet Indjani dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jipparteċipaw. |
(12) |
Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. |
5.1. Teħid ta' kampjuni
(13) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjuni mill-partijiet interessati, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
(a) Teħid ta' kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni
(14) |
Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuqi l-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, meta wieħed iqis ukoll iż-żona ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'erba' produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrapreżentaw aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, abbażi tal-informazzjoni li waslet matul l-eżami tar-rappreżentattività. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkumentaw dwar dan il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun kien ikkonfermat. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
(b) Teħid ta' kampjuni tal-importaturi
(15) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi kollha mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. |
(16) |
L-ebda importatur ma ppreżenta lilu nnifsu biex jagħti l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta' Bidu. |
5.2. Il-kwestjonarji u ż-żjarat ta' kontroll
(17) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-Gvern tal-Indja (“GTI”), lill-produtturi tal-Unjoni kollha fil-kampjun, liż-żewġ produtturi/esportaturi Indjani magħrufin u lil 53 utent li daħlu f'kuntatt wara l-bidu. |
(18) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-GTI, l-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, produttur esportatur Indjan wieħed u tmien utenti. |
(19) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tas-sussidjar u tad-dannu li jirriżulta u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' kontroll skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-GTI f'Delhi u f'Bhopal, u tal-kumpaniji li ġejjin:
|
6. Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu taħt kunsidrazzjoni
(20) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami” jew “PIR”). L-eżaminar tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
(21) |
Il-prodott ikkonċernat huwa elettrodi tal-grafit tat-tip użat għal fran tal-elettriku, b'densità apparenti ta' 1,65 g/cm3 jew aktar u b'reżistenza elettrika ta' 6,0 μ.Ω.m jew inqas, u bżieżel użati għal dawn l-elettrodi, kemm jekk impurtati flimkien kif ukoll jekk b'mod separat li joriġinaw mill-Indja (“GES” jew “il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa jaqa' fil-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u ex 8545 90 90 (il-kodiċi TARIC 8545909010). |
2. Prodott simili
(22) |
L-investigazzjoni uriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
(23) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont l-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
C. IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAS-SUSSIDJAR
1. Introduzzjoni
(24) |
Skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar. |
(25) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-iskemi li ġejjin, li allegatament kienu jinvolvu l-għoti ta' sussidji:
|
(26) |
L-iskemi speċifikati fil-punti (a) sa (e) hawn fuq huma bbażati fuq il-Foreign Trade (Development and Regulation) Act 1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1992 (“Foreign Trade Act”). Il-Foreign Trade Act jawtorizza lill-Gvern tal-Indja (“GTI”) biex joħroġ notifikazzjonijiet dwar il-politika tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni. Dawn huma mogħtija fil-qosor fid-dokumenti msejħa “Foreign Trade Policy”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames (5) snin u jiġu aġġornati regolarment. Żewġ dokumenti tal-Foreign Trade Policy huma rilevanti għall-PIR ta' din l-investigazzjoni: Foreign Trade Policy 2009-2014 (“FTP 09-14”) u Foreign Trade Policy 2015-2020 (“FTP 15-20”). Dan tal-aħħar daħal fis-seħħ f'April 2015. Il-GTI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 09-14 u l-FTP 15-20 fil-“Handbook of Procedures, Volume I, 2009-2014” (“HOP I 04-09”) u l-“Handbook of Procedures, Volume I, 2015-2020” (“HOP I 15-20”) rispettivament. Dawn il-manwali ta' proċeduri (“Handbooks of Procedures”) huma aġġornati fuq bażi regolari. |
(27) |
L-iskema ECS speċifikata fil-punt (f) aktar 'il fuq hija bbażata fuq it-Taqsimiet 21 u 35 A tal-Banking Regulation Act 1949, li jippermetti lir-Reserve Bank of India (“RBI”) jidderieġi l-banek kummerċjali fil-qasam tal-kreditu għall-esportazzjoni. |
(28) |
L-iskema speċifikata fil-punt (g) hawn fuq hija mmaniġġata mill-awtoritajiet tal-Istat ta' Madhya Pradesh. |
(29) |
Id-DDS, taħt il-forma tal-iskema predeċessur tagħha d-Duty Entitlement Passbook Scheme (“DEPB”) (12), u l-EPCGS kienu diġà kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali filwaqt li l-AAS, l-FMS, l-MEIS, l-ECS ul-EDES ma kinux investigati. |
(30) |
Kif imsemmi aktar 'il fuq fil-premessa (18), wieħed biss mill-produtturi esportaturi Indjani kkoopera. Dan il-produttur esportatur kien jirrappreżenta aktar minn 95 % tal-importazzjonijiet Indjani kollha tal-GES fl-Unjoni u 50 % mill-kapaċità tal-produzzjoni totali stmata fl-Indja. Il-kapaċità tal-produzzjoni fl-Indja ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-kwestjonarju vverifikat tal-produttur esportatur li kkoopera u r-rapporti finanzjarji disponibbli pubblikament tal-produttur esportatur li ma kkooperax. Għalhekk, il-kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Indjani tqieset bħala baxxa. L-awtoritajiet Indjani ġew informati kif xieraq li minħabba l-kooperazzjoni baxxa tal-produtturi esportaturi Indjani, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment. |
(31) |
Wara d-divulgazzjoni, il-GTI ddikjara li l-kooperazzjoni ma setgħetx tiġi kkunsidrata li kienet ftit billi l-produttur li kkoopera kien jirrappreżenta aktar minn 95 % tal-esportazzjonijiet Indjani tal-GES lejn l-Unjoni matul il-PIR u 50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni totali stmata fl-Indja. F'dan ir-rigward huwa ċċarat li l-Kummissjoni stabbilixxiet il-livell tal-kooperazzjoni fuq il-bażi tal-kapaċità totali tal-produzzjoni fl-Indja li kienet ikkunsidrata aktar rilevanti mill-volumi ta' esportazzjoni Indjana ta' GES lejn l-Unjoni matul il-PIR fil-kuntest ta' rieżami ta' skadenza. Billi fl-Indja hemm żewġ produtturi kbar tal-istess dimensjoni u wieħed minnhom biss ikkoopera, huwa ġġustifikat li l-kooperazzjoni tiġi kkwalifikata bħala mhux għolja billi l-kumpanija li ma kkooperatx għandha potenzjalment piż kbir fuq il-valutazzjoni li kemm x'aktarx is-sussidjar ikompli u jkun hemm rikorrenza tad-dannu. Tabilħaqq, kif spjegat fil-premessa (155), il-produttur li ma kkooperax kważi waqaf jesporta lejn l-Unjoni minħabba l-livelli tad-dazji u probabbli kien jerġa' jibda jesporta fi kwantitajiet aktar sinifikanti f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Bħala konsegwenza ta' dan, minħabba kull wieħed miż-żewġ produtturi jirrappreżenta 50 % tal-kapaċita tal-produzzjoni totali tal-Indja, ma jistax jiġi eskluż li s-sehem rispettiv tagħhom mit-total tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni jsiru aktar bilanċjati u għaldaqstant kompletament differenti mill-proporzjon ta' madwar 95/5 osservat matul il-PIR. Għalhekk din it-talba ġiet miċħuda. F'kull każ, il-Kummissjoni tinnota li din it-talba hija barra minn postha fil-kuntest ta' rieżami ta' skadenza, fejn l-għan hu li jiġi deċiż jekk hemmx kontinwazzjoni tas-sussidju. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tal-uniku produttur esportatur, il-Kummissjoni tista' diġà tikkonkludi li hemm kontinwazzjoni tas-sussidju. Għalhekk, jekk il-grad ta' kooperazzjoni kienx għoli jew baxx huwa kompletament irrelevanti. |
2. Skema ta' rifużjoni tad-dazji (Duty Drawback Scheme, DDS)
2.1. Il-Bażi Ġuridika
(32) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DDS tinsab fil-Custom & Central Excise Duties Drawback Rules 1995 kif emendati b'notifiki suċċessivi. |
2.2. Eliġibbiltà
(33) |
Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. |
2.3. Implimentazzjoni prattika
(34) |
Esportatur eliġibbli jista' japplika għal ammont ta' rifużjoni li jiġi kkalkolat bħala perċentwal tal-valur frank abbord (free-on-board, “FOB”) tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Ir-rati ta' restituzzjoni ġew stabbiliti mill-GTI għal għadd ta' prodotti, inkluż il-prodott li qed jiġi rieżaminat. Huma jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-kwantità medja jew il-valur medju tal-materjali użati bħala fatturi produttivi fil-manifattura ta' prodott u l-ammont medju tad-dazji mħallsa fuq il-fatturi produttivi. Dawn huma applikabbli irrispettivament minn jekk ikunux tħallsu d-dazji tal-importazzjoni jew le. Matul il-PIR, ir-rata tad-DDS kienet ta' 3 % b'limitu massimu ta' 3,2 INR/kg sat-22 ta' Novembru 2014 u 2,4 % b'limitu massimu ta' 8 INR/kg wara din id-data. |
(35) |
Biex tibbenefika minn din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-server Doganali (ICEGATE), huwa indikat li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS u l-ammont DDS huwa ffissat irrevokabbilment. Wara li l-kumpanija tal-konsenja tkun ippreżentat il-Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni (Export General Manifest, EGM) u l-Uffiċċju doganali jkun qabbel b'mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-data fil-polza tat-tagħbija, ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha sabiex jiġi awtorizzat il-ħlas tal-ammont ta' rifużjoni jew permezz ta' ħlas dirett fil-kont bankarju tal-esportatur jew permezz ta' mandat. |
(36) |
L-esportatur għandu jipproduċi wkoll evidenza ta' realizzazzjoni tar-rikavat mill-esportazzjoni permezz ta' dokumentazzjoni bankarja li tikkonferma l-ħlas mill-esportazzjoni (Bank Realisation Certificate, BRC). Dan id-dokument jista' jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta' rifużjoni iżda l-GTI se jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jippreżenta l-BRC fi żmien raġonevoli. |
(37) |
L-ammont ta' rifużjoni jista' jintuża għal kwalunkwe għan. |
(38) |
Skont l-istandards Indjani tal-kontabbiltà, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jista' jiddaħħal fil-kotba fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, malli jitwettaq l-obbligu ta' esportazzjoni. |
(39) |
Instab li l-produttur esportatur li kkoopera kompla jibbenefika mid-DDS matul il-PIR. |
2.4. Konklużjoni dwar id-DDS
(40) |
Kif ġie nnutat fl-investigazzjoni oriġinali d-DDS tipprovdi sussidji fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-hekk imsejjaħ ammont ta' rifużjoni tad-dazju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI minħabba li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-użu ta' dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu. |
(41) |
Ir-rata ta' rifużjoni tad-dazju għall-esportazzjonijiet hija ddeterminata mill-GTI fuq bażi ta' prodott bi prodott. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msejjaħ rifużjoni tad-dazju, l-iskema ma għandhiex il-karatteristiċi ta' sistema ta' rifużjoni ta' dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-ħlas f'kontanti lill-esportatur mhuwiex marbut ma' ħlasijiet attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u mhuwiex kreditu fuq id-dazju biex ipatti għad-dazji fuq importazzjoni ta' materja prima fil-passat jew fil-futur. |
(42) |
Matul iż-żjara ta' kontroll, il-GTI u l-produttur esportatur li kkoopera ddikjaraw li kien hemm rabta adegwata bejn ir-rati tar-rifużjoni kif ukoll id-dazji mħallsa fuq il-materja prima. Dan minħabba li l-GTI jqis il-kwantità jew il-valur medji tal-materjali li jintużaw bħala fatturi produttivi fil-manifattura tal-prodott kif ukoll l-ammont medju ta' dazji mħallsa fuq il-fatturi produttivi fid-determinazzjoni tar-rati ta' rifużjoni fuq id-dazji. |
(43) |
Madankollu, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li r-rabta allegata bejn ir-rati ta' rifużjoni u d-dazji mħallsa fuq il-materja prima hija biżżejjed sabiex l-iskema tkun tikkonforma mar-regoli stipulati fl-Anness I, l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, l-ammont tal-kreditu mhuwiex ikkalkulat fil-konfront tal-fatturi produttivi użati. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema fatturi produttivi (inklużi l-ammonti u l-oriġini tagħhom) jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-entrata (I) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-fatturi produttivi u t-tranżazzjonijiet li effettivament intużaw jew saru sabiex jiddetermina jekk kienx hemm ħlas eċċessiv. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
(44) |
Konsegwentement, il-ħlas li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI sussegwenti għal esportazzjonijiet li jsiru mill-esportaturi għandu jitqies bħala għotja diretta tal-GTI li tiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk huwa kkunsidrat bħala speċifiku u kompensatorju skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
2.5. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(45) |
Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidji kompensatorji ġie kkalkulat f'termini tal-benefiċċju mogħti lil min jirċievi, li nstab li jeżisti matul il-PIR. F'dan ir-rigward, ġie kkunsidrat li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument il-GTI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta' rifużjoni, xi ħaġa li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-tagħbija tal-esportazzjoni li turi, fost ħwejjeġ oħra, l-ammont ta' rifużjoni li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, u billi ma hemm l-ebda evidenza kredibbli li turi mod ieħor, huwa meqjus xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi vvalutat bħala t-total tal-ammonti ta' rifużjoni miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru taħt din l-iskema matul il-PIR. |
(46) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dawn l-ammonti ta' sussidju ġew allokati fuq il-fatturat totali tal-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat matul il-PIR bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. |
(47) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera tammonta għal 2,02 %. |
3. L-iskema ta' awtorizzazzjoni avvanzata (Advance Authorisation Scheme, “AAS”)
3.1. Il-bażi ġuridika
(48) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi minn 4.1.1 sa 4.1.14 tal-FTP 09-14 u l-kapitoli minn 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 09-14 kif ukoll il-paragrafi minn 4.03 sa 4.24 tal-FTP 15-20 u l-kapitoli minn 4.04 sa 4.52 tal-HOP I 15-20. |
3.2. Eliġibbiltà
(49) |
L-AAS tikkonsisti f'sitt sottoskemi, kif deskritt f'iktar dettall fil-premessa (50) aktar 'l isfel. Dawk is-sottoskemi huma differenti inter alia fl-ambitu tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta” ma' manifatturi ta' sostenn huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet fiżiċi AAS u għall-AAS għal sottoskemi ta' rekwiżit annwali. Il-manifatturi–esportaturi li jfornu l-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji ta' “esportazzjoni preżunta” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-FTP 09-14, bħal fornituri ta' unità orjentata lejn l-esportazzjoni (export oriented unit, “EOU”), huma eliġibbli għas-sottoskema tal-esportazzjoni preżunta tal-AAS. Eventwalment, il-fornituri intermedji tal-manifatturi-esportaturi huma eliġibbi għall-benefiċċji ta' “esportazzjoni preżunti” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (Advance Release Order, “ARO”) u l-ħruġ ta' ittra ta' kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta' qabel. |
3.3. Implimentazzjoni prattika
(50) |
L-AAS tista' tinħareġ għal:
|
(51) |
Matul il-PIR irriżulta li l-produttur esportatur li kkoopera kiseb konċessjonijiet taħt l-ewwel sottoskema, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li jkun stabbilit l-ammont ta' kumpens tas-sottoskemi mhux użati li jifdal. |
(52) |
Għal skopijiet ta'kontroll mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa legalment obbligat li jżomm “kont veru u proprju tal-konsum u l-utilizzazzjoni ta' prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament” f'format speċifikat (il-Kapitoli 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 09-14), jiġifieri reġistru ta' konsum attwali. Dan ir-reġistru jrid jiġi vverifikat minn kontabilist awtorizzat estern/konstabilist estern tal-ispejjeż u x-xogħlijiet li jiċċertifika li r-reġistri preskritti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni fornuta skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f'kull aspett. |
(53) |
Fir-rigward tas-sottoskema użata matul il-PIR mill-kumpanija kkonċernata, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi, il-konċessjoni ta' importazzjoni u l-obbligu ta' esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u jiġu ddokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-ħin tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti għandhom ikunu dokumentati minn uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonjiet permessi skont l-AAS huwa ddeterminat mill-GTI fuq il-bażi ta' Regoli Standard ta' Input-Output (Standard Input Output Norms, “SIONs”) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott li qed jiġi rieżaminat. |
(54) |
Il-materjali importati biex jintużaw bħala fatturi produttivi mhumiex trasferibbli u jridu jintużaw biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligu ta' esportazzjoni jrid ikun issodisfat fil-limitu ta' żmien stipulat wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta' 6 xhur kull waħda). |
(55) |
Kif spjegat fil-premessa (26), f'April 2015 daħal fis-seħħ dokument tal-FTP ġdid. F'dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni prattika stipulata fil-premessi (50) sa (54), l-unika bidla li ġabet magħha l-FTP kienet tnaqqis tal-perjodu ta' obbligu ta' esportazzjoni minn 24 xahar għal 18-il xahar. Ta' min jgħid li l-liċenzji kollha użati mill-produttur esportatur li kkoopera matul il-PIR kienu għadhom soġġetti għall-FTP 09-14 billi kienu nħarġu qabel April 2015. |
(56) |
L-investigazzjoni stabbiliet li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kinux għadhom onorati jew ittestjati fil-prattika. |
(57) |
Il-produttur esportatur li kkoopera żamm ċertu reġistru ta' produzzjoni u ta' konsum. Madankollu, ma kienx possibbli li jiġu vverifikati liema fatturi produttivi (inkluż l-oriġini tagħhom) ġew ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti. B'mod partikolari, bis-sistema implimentata ma kienx possibbli li jiġi identifikat u mkejjel bi preċiżjoni jekk kienx hemm remissjoni eċċessiva. |
(58) |
Rigward ir-rekwiżiti ta' verifika msemmijin fil-premessa (52), instab li l-ebda waħda mil-liċenzji tal-AAS użati mill-kumpanija ma kienet f'punt fiċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li fih kienet dovuta s-sottomissjoni tal-Appendiċi 23 lill-awtoritajiet. Madankollu, instab ukoll li ebda rekord miżmum mill-kumpanija ma kien se jippermetti l-kalkolu tar-remissjoni eċċessiva kif mitlub fl-Appendiċi 23, u għalhekk kull ċertifikazzjoni futura minn kontabilist ikkwalifikat estern/kontabilist estern tal-ispejjeż u tax-xogħlijiet kienet impossibbli. |
(59) |
Barra minn hekk, kien stabbilit li bejn 75 % u 85 % biss tal-materja prima ewlenija (kokk petroliferu kalċinat jew “CPC”) importata mingħajr dazju skont l-AAS kienet fiżikament inkorporata fil-GES filwaqt li bejn 15 % u 25 % kienet inkorporata f'żewġ prodotti sekondarji, jiġifieri mases jew trab fin. Instab ukoll li tal-anqas parti miż-żewġ prodotti sekondarji kienet tinbiegħ fis-suq domestiku u li ma kien hemm ebda sistema fis-seħħ sabiex jitkejlu l-ammonti proprji tas-CPC importat mingħajr dazju inkorporat fil-prodotti sekondarji esportati jew mibjugħin domestikament). |
(60) |
Fil-qosor, huwa kkunsidrat li l-esportatur li kkoopera ma kienx kapaċi juri li ġew issodisfati d-dispożizzjonijiet relevanti tal-FTP. |
3.4. Konklużjoni dwar l-AAS
(61) |
L-eżenzjoni mid-dazji ta' importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri tikkostitwixxi kontribut finanzjarju tal-Gvern tal-Indja billi tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut u għax tagħti benefiċċju lill-esportatur investigat billi ttejjeb il-likwidità tiegħu. |
(62) |
Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS jiddependu b'mod ċar fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk preżunti bħala speċifiċi u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn li tesporta, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi. |
(63) |
Is-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni ta' dazju jew sistema ta' sostituzzjoni ta' rifużjoni ta' dazju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, entrata (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax sistema jew proċedura ta' verifika b'mod effettiv biex jikkonferma jekk il-fatturi produttivi għall-produzzjoni ġewx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti (l-Anness II(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta' skemi ta' rifużjoni b'sostituzzjoni, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Huwa kkunsidrat ukoll li l-SIONs għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u li fihom infushom ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta' verifika ta' konsum attwali billi t-tfassil ta' dawk in-normi standard ma jippermettix li l-GTI jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti x'ammonti ta' fatturi produttivi ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-GTI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq il-fatturi produttivi attwali involuti, għalkemm ikollu jsir fin-nuqqas ta' sistema ta' verifika applikata b'mod effettiv (l-Anness II(5) u l-Anness III(II)(3) għar-Regolament bażiku). |
(64) |
Is-sottoskema hija għalhekk kumpensabbli. |
3.5. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(65) |
Fin-nuqqas ta' sistemi permessi ta' rifużjoni tad-dazju jew sistemi ta' rifużjoni b'sostituzzjoni, il-benefiċċju kumpensabbli huwa r-remissjoni tad-dazji tal-importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-fatturi produttivi. |
(66) |
Billi ma kienx hemm evidenza affidabbli li turi mod ieħor, l-ammont ta' sussidju għall-produttur esportatur li kkoopera kien ikkalkolat abbażi ta' dazji ta' importazzjoni ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal importat skont is-sottoskema matul il-PIR (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, fejn saru talbiet ġustifikati, tnaqqsu mill-ammonti tas-sussidju dawk l-ispejjeż li kienu meћtieġa jsiru biex jinkiseb is-sussidju. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju kien allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma kienx mogħti b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. |
(67) |
Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li qed jikkoopera matul l-PIR tammonta għal 0,30 %. |
4. L-iskema ta' suq iffokat (Focus Markets Scheme, FMS)
4.1. Il-bażi ġuridika
(68) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-FMS tinsab fil-paragrafu 3.14 tal-FTP 09-14 u fil-paragrafu 3.8 tal-HOP I 09-14. |
4.2. Eliġibbiltà
(69) |
Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. |
4.3. Implimentazzjoni prattika
(70) |
Skont din l-iskema l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha li jinkludu esportazzjonijiet ta' GES lejn pajjiżi notifikati skont it-Tabelli 1 u 2 tal-Appendiċi 37(C) ta' HOP I 09-14 huma intitolati għal kreditu ta' dazju ekwivalwenti għal 3 % tal-valur FOB. Mill-1 ta' April 2011, l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha lejn il-pajjiżi nnotifikati skont it-Tabella 3 tal-Appendiċi 37(C) (“Special Focus Markets”) huma intitolati għal kreditu ta' dazju ekwivalenti għal 4 % tal-valur FOB. Ċertu tip ta' attivitajiet ta' esportazzjoni huma esklużi mill-iskema, pereż. esportazzjonijiet ta' prodotti importati jew prodotti ttrasbordati, esportazzjonijiet preżunti, esportazzjonijiet ta' servizzi u l-qligħ mill-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw skont żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni. |
(71) |
Il-krediti fuq id-dazju skont l-FMS huma liberament trasferibbli u validi għal perjodu ta' 24 xahar mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' intitolament għall-kreditu rilevanti. Huma jistgħu jintużaw għall-ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet sussegwenti ta' kwalunkwe fattur produttiv jew prodotti, inklużi prodotti kapitali. |
(72) |
Iċ-ċertifikat ta' intitolament għall-kreditu jinħareġ mill-port minn fejn ikunu saru l-esportazzjonijiet u wara r-realizzazzjoni tal-esportazzjonijiet jew wara li jintbagħtu l-prodotti. Sakemm l-ilmentatur jipprovdi l-kopji tad-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni rilevanti kollha (pereżempju, ordni ta' esportazzjoni, fatturi, poloz tat-tagħbija, dokumentazzjoni bankarja li tikkonferma l-ħlas mill-esportazzjoni), lill-awtoritajiet, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju. |
(73) |
Instab li l-produttur esportatur li kkoopera rċieva benefiċċji skont l-FMS matul il-PIR. |
4.4. Konklużjoni dwar il-FMS
(74) |
L-FMS tipprovdi sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' dazju tal-FMS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipaċi d-dazji tal-importazzjoni, u b'hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu tal-FMS fuq id-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu. |
(75) |
Barra minn dan, l-FMS tiddependi fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
(76) |
Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma għandu l-ebda obbligu li jikkonsma l-prodotti importati mingħajr dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta' kreditu ma jiġix ikkalkulat b'rabta mal-fatturi produttivi li jintużaw. Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema fatturi produttivi (inklużi l-ammonti u l-oriġini tagħhom) jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat u għaldaqstant jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tal-FMS irrispettivament minn jekk jimportax xi fatturi produttivi jew le. Biex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma jkollu juri li kien importat xi materjal tal-fattur produttiv. Għalhekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw il-fatturi produttivi tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodott li jista' jintuża bħala fattur produttiv, għadhom intitolati li jibbenefikaw mill-FMS. Barra minn hekk, esportatur jista' juża l-krediti ta' dazju tal-FMS biex jimporta prodotti kapitali għalkemm il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu tas-sistemi permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji, kif stabbilit fl-Anness I punt (i) tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-fatturi produttivi u t-tranżazzjonijiet li effettivament intużaw jew saru sabiex jiddetermina jekk kienx hemm ħlas eċċessiv. |
4.5. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(77) |
Billi ma kienx hemm evidenza affidabbli li turi mod ieħor, l-ammont ta' sussidji li jistgħu jiġu kkumpensati ġie kkalkulat abbażi tal-benefiċċju li jinstab li jeżisti matul il-PIR li jingħata lir-riċevitur, kif prenotat mill-applikanti fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fl-istadju ta' transazzjoni tal-esportazzjoni. Skont l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) ġie allokat fuq id-dħul mill-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(78) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera tammonta għal 0,13 %. |
L-irtirar u s-sostituzzjoni ta' FMS
(79) |
Wara d-dħul fis-seħħ tal-FTP 15-20 fl-1 ta' April 2015, l-FMS, flimkien ma' erba' skemi oħrajn, ġiet fuża fl-Iskema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (Merchandise Export Incentive Scheme, MEIS) deskritta fil-premessi (83) sa (100). Kif spjegat fid-dokument intitolat “Highlights of the Foreign Trade Policy 2015-2020” (13) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani tal-GTI: “Qabel kien hemm ħames (5) skemi differenti (Focus Product Scheme, Market Linked Focus Product Scheme, Focus Market Scheme, Agri. Infrastructure Incentive Scrip, VKGUY) għall-ippremjar tal-esportazzjonijiet ta' merkanzija b'tipi differenti ta' scrips tad-dazju b'kundizzjonijiet li jvarjaw (speċifiċi għas-setturi jew l-utenti attwali biss) marbutin mal-użu tagħhom. Issa dawn l-iskemi kollha ġew fużi fi skema waħda, jiġifieri l-Merchandise Export from India Scheme […].” |
(80) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produttur esportatur li kkoopera qaleb mill-FMS għall-MEIS malli ġiet irtirata l-FMS. |
(81) |
Fid-dawl tal-premessi (79) u (80), il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sussidjar mogħti mill-FMS ma waqafx iżda ġie sempliċiment fuż u ngħata isem ġdid u li l-benefiċċji mogħtijin mill-FMS baqgħu jingħataw taħt l-iskema l-ġdida. Fuq din il-bażi, huwa meqjus li l-FMS hija hija kumpensabbli. |
5. L-Iskema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (MEIS)
5.1. Il-bażi ġuridika
(82) |
Id-deskrizzjoni dettaljata ta' MEIS tinsab fil-kapitolu 3 tal-FTP 15-20 u fil-kapitolu 3 tal-HOP I 15-20. |
(83) |
L-MEIS daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2015, jiġifieri f'nofs il-PIR. Huwa mfakkar li, kif spjegat fil-premessi (79) sa (81), l-MEIS hija l-iskema suċċessur tal-FMS u 4 skemi oħra (il-Focus Product Scheme, il-Market Linked Focus Product Scheme, l-Agricultural Infrastructure Incentive Scrip u l-VKGUY). |
5.2. Eliġibbiltà
(84) |
Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. |
5.3. Implimentazzjoni prattika
(85) |
Il-kumpaniji eliġibbli jistgħu jibbenefikaw mill-MEIS billi jesportaw prodotti speċifiċi lejn pajjiżi speċifiċi li huma kkategorizzati fil-Grupp A (“Swieq Tradizzjonali” inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE), fil-Grupp B (“Swieq Emerġenti u Fowkus”) u l-Grupp Ċ (“Swieq oħrajn”). Il-pajjiżi li jaqgħu taħt kull grupp u l-lista ta' prodotti b'rati ta' ppremjar korrispondenti huma speċifikati fit-Tabella 1 u fit-Tabella 2 rispettivament tal-Appendiċi 3B tal-FTP 15-20. |
(86) |
Il-benefiċċju jieħu l-forma ta' kreditu ta' dazju ekwivalenti għal perċentwal tal-valur FOB tal-esportazzjoni. Fil-każ tal-GES, instab li dan il-perċentwal huwa 2 % għal esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tal-Grupp B u 0 % għal esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tal-Grupp A u Ċ matul il-PIR. Ċerti tipi ta' esportazzjonijiet huma esklużi mill-iskema, pereż. l-esportazzjonijiet ta' prodotti importati jew prodotti trasbordati, esportazzjonijiet preżunti, esportazzjonijiet ta' servizzi u l-fatturat tal-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni. |
(87) |
Il-krediti tad-dazju taħt l-MEIS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta' 18-il xahar mid-data tal-ħruġ. Jistgħu jintużaw għal: (i) ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta' fatturi produttivi jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali, (ii) ħlas ta' dazji tas-sisa fuq l-akkwist domestiku ta' fatturi produttivi jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali u ħlas, (iii) ħlas tat-taxxa tas-servizzi fuq l-akkwist ta' servizzi. |
(88) |
Fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani trid timtela applikazzjoni online għat-talba għall-benefiċċji taħt l-MEIS. Dokumentazzjoni rilevanti (poloz tat-tagħbija, dokumentazzjoni bankarja li tikkonferma l-ħlas mill-esportazzjoni u ċertifikat tal-iżbark) trid tkun mehmuża mal-applikazzjoni online. L-Awtorità Reġjonali (“RA”) rilevanti tal-GTI toħroġ il-kreditu ta' dazju wara li tagħmel skrutinju tad-dokumenti. Diment li l-esportatur jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti, l-RA ma għandha ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju. |
(89) |
Matul il-PIR irriżulta li l-produttur esportatur li kkoopera rċieva benefiċċji skont l-MEIS. |
5.4. Konklużjoni dwar l-MEIS
(90) |
L-MEIS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' dazju tal-MEIS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipaċi d-dazji tal-importazzjoni, u b'hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu ta' dazju tal-MEIS jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu. |
(91) |
Barra dan, l-MEIS tiddependi fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
(92) |
Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma għandu l-ebda obbligu li jikkonsma l-prodotti importati mingħajr dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta' kreditu ma jiġix ikkalkulat b'rabta mal-fatturi produttivi li jintużaw. Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema fatturi produttivi jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fit-tifsira tal-punt (I) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tal-MEIS irrispettivament minn jekk jimportax xi fatturi produttivi jew le. Biex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma jkollu juri li kien importat xi materjal tal-fattur produttiv. Għalhekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw il-fatturi produttivi tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodott li jista' jintuża bħala fattur produttiv, huma intitolati li jibbenefikaw mill-MEIS. Barra minn hekk, esportatur jista' juża l-krediti ta' dazju tal-MEIS biex jimporta prodotti kapitali għalkemm il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tas-sistemi permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji, kif stabbilit fl-Anness I punt (i) tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Barra minn hekk, ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-fatturi produttivi u t-tranżazzjonijiet li effettivament intużaw jew saru sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ħlas eċċessiv. |
(93) |
L-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ma kinux direttament eliġibbli għall-MEIS matul il-PIR, bili l-Istati Membri tal-UE huma parti mill-Grupp tal-pajjiżi A li ma kienx eliġibbli għall-benefiċċji tal-MEIS tul dak il-perjodu. Fuq dik il-bażi, il-GTI ddikjara li jinħtieġ li l-MEIS ma jitqisx kompensabbli. Madankollu, il-krediti ta' dazju tal-MEIS miksuba mill-esportaturi tal-GES għal pajjiżi terzi huma liberament trasferibbli u jistgħu jintużaw sabiex ipaċu d-dazji tal-importazzjoni fuq fatturi produttivi inkorporati fil-prodott li qed jiġi rieżaminat anki meta jkun esportat lejn l-Unjoni. Għalhekk tqies li l-MEIS tat benefiċċji lill-esportaturi tal-GES inġenerali, inklużi esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, u għalhekk id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
(94) |
Wara d-divulgazzjoni il-GTI tenna l-asserzjoni tiegħu li billi esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux tal-UE biss kienu direttament eliġibbli għall benefiċċji mill-MEIS matul il-PIR l-iskema ma setgħetx tiġi kkunsidrata kumpensabbli. Il-GTI madankollu ma ppreżentax argumenti ġodda li jikkontestaw il-konklużjonijiet tal-premessa (93) u b'mod partikolari l-fatt li l-krediti tad-dazju miksuba mill-esportazzjonijiet tal-GES lil pajjiżi terzi huma liberament trasferibbli u jistgħu jintużaw biex ipaċu d-dazji fuq l-importazzjoni tal-fatturi produttivi inkorporati fil-prodott li qed jiġi rieżaminat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
5.5. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(95) |
L-ammont ta' sussidji li jistgħu jiġu kkumpensati ġie kkalkulat abbażi tal-benefiċċju li jinstab li jeżisti matul il-PIR li jingħata lir-riċevitur, kif prenotat mill-applikanti fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fl-istadju ta' transazzjoni tal-esportazzjoni. |
(96) |
Instab li filwaqt li l-MEIS u l-iskema predeċessur tagħha, l-FMS, it-tnejn kienu fis-seħħ matul is-sitt xhur (l-ewwel nofs tal-PIR għall-FMS u t-tieni nofs għall-MEIS), l-ammont ta' sussidji kumpensatorji mogħtija mill-MEIS kienu jammontaw għal madwar tliet darbiet dawk mogħtija mill-FMS. |
(97) |
Fid-divulgazzjoni l-Kummissjoni, b'konformità mal-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku allokat dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) fuq id-dħul mill-esportazzjoni tal-prodott li kien qed jiġi rieżaminat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(98) |
Il-GTI qal li l-metodu tal-kalkolu tal-Kummissjoni deskritt fil-premessa (97) irriżulta li l-benefiċċji tal-MEIS jingħaddu darbtejn, darba għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi direttament eliġibbli għall-MEIS u darba għall-esportazzjonijiet globali (inklużi esportazzjonijiet lejn l-Unjoni). Madankollu billi l-metodu tal-kalkolu deskritt fil-premessa (97) jikkonsisti billi l-benefiċċju mogħti lill-esportazzjonijiet kollha jiġi diviż biss bil-fatturat tal-esportazzjoni (inklużi l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni) l-benefiċċji ma kinux qed jingħaddu darbtejn. Għalhekk it-talba ġiet miċħuda. |
(99) |
F'kull każ, fil-kuntest ta' dan ir-rieżami ta' skadenza mhuwiex meħtieġ li tiġi stabbilita eżatt ir-rata tas-sussidju tal-MEIS billi hemm biżżejjed evidenza ta' kontinwazzjoni ta' sussidjar fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru fir-rigward tal-iskemi l-oħra investigati. Għaldaqstant huwa biss meħtieġ li jiġi stabbilit li l-benefiċċji mogħtija mill-FMS komplew jingħataw mill-MEIS, billi l-MEIS hija l-iskema ta' kontinwazzjoni tal-FMS kif stabbilit fil-premessi (79) sa (81). Għal dan il-għan il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid ir-rata tas-sussidju bl-aktar metodu konservattiv possibbli billi użat l-akbar denominatur disponibbli, jiġifieri l-fatturat totali tal-GES. Fuq din il-bażi r-rata tas-sussidju kkalkulata fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera kieent tammonta għal 0,31 % Din ir-rata tikkostitwixxi livell inferjuri tar-rata tas-sussidju matul il-PIR. |
(100) |
Irid jiġi nnutat li r-rata ta' sussidju ta' din l-iskema hija mistennija li togħla b'mod sinifikanti wara l-PIR minħabba li, permezz tal-avviż pubbliku Nru 44/2015-2020 bid-data tad-29 ta' Ottubru 2015, il-GTI estenda l-benefiċċju tar-rata ta' 2 % għall-Gruppi A u C u b'hekk estenda l-kopertura tas-suq tal-MEIS għall-pajjiżi kollha u b'mod partikolari għall-Istati Membri tal-UE. Dan l-iżvilupp se jżid il-livell ta' sussidjar meta mqabbel ma' dak osservat matul il-PIR. Tabilħaqq, billi l-benefiċċji tal-MEIS fil-prinċipju jistgħu jintalbu għal kwalunkwe esportazzjoni, ir-rata tas-sussidju għal din l-iskema hija mistennija tiżdied b'mod sinifikanti u tilħaq il-livell ta' 2 %. |
6. L-Iskema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (Export Promotion Capital Goods Schem, EPCGS)
6.1. Il-bażi ġuridika
(101) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema tinsab fil-Kapitolu 5 tal-FTP 09-14 u tal-FTP 15-20 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 09-14 u tal-HOP I 15-20. |
6.2. Eliġibbiltà
(102) |
Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma'” manifatturi ta' appoġġ u fornituri ta' servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema. |
6.3. Implimentazzjoni prattika
(103) |
Bil-kundizzjoni ta' obbligu tal-esportazzjoni, kumpanija hija permessa li timporta oġġetti kapitali b'rata ta' dazju mnaqqsa. Obbligu ta' esportazzjoni huwa obbligu li jiġi esportat valur minimu ta' oġġetti li, skont is-sottoskema magħżula, jikkorrispondi għal sitt jew tmien darbiet l-ammont tad-dazju ffrankat. Gћal dan il-gћan il-GTI joћroġ liċenzja EPCGS wara li jsiru applikazzjoni u pagament ta' dritt. L-iskema tipprovdi għal rata ta' dazju mnaqqsa ta' 3 % fuq l-importazzjoni, applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt din l-iskema. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta' prodotti għall-esportazzjoni matul perjodu partikolari. L-oġġetti kapitali jistgħu jiġu importati wkoll b'rata ta' dazju ta' 0 % taħt l-EPCGS iżda f'dan il-każ il-perjodu taż-żmien għat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni jkun iqsar. |
(104) |
Id-detentur ta' liċenzja tal-EPCGS jista' jakkwista wkoll l-oġġetti kapitali lokalment. F'dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta' oġġetti kapitali jista' japprofitta mill-benefiċċju ta' importazzjoni ħielsa mid-dazju ta' komponenti meħtieġa għall-manifattura ta' dawn l-oġġetti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista' jiddikjara l-benefiċċju ta' esportazzjoni preżunta rigward il-forniment ta' oġġetti kapitali għal detentur ta' liċenzja tal-EPCGS. |
(105) |
Bħal ma ġara fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-produttur esportatur li kkoopera kompla jibbenefika mill-EPCGS matul il-PIR. |
6.4. Konklużjoni dwar l-EPCGS
(106) |
L-EPCGS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li d-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija. |
(107) |
Barra minn hekk, l-EPCGS hija soġġetta fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, għaliex liċenzji bħal dawn ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta' esportazzjoni. Għalhekk hija meqjusa speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
(108) |
L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema ta' rifużjoni tad-dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta' dawn is-sistemi permissibbli, kif stipulat fl-Anness I punt (i), tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. |
6.5. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(109) |
L-ammont ta' sussidji kompensatorji ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxin fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu normali ta' deprezzament ta' dawn l-oġġetti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li huwa attribwibbli għall-PIR, ġie aġġustat biż-żieda tal-imgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur globali tal-flus. Ir-rata ta' interessi kummerċjali matul il-PIR fl-Indja kien ikkunsidrat xieraq għal dan l-iskop. |
(110) |
Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq il-fatturat xieraq tal-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq minħabba li s-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. |
(111) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera tammonta għal 0,27 %. |
(112) |
Wara d-divulgazzjoni il-produttur esportatur li kkoopera qal li għall-kalkolu tar-rata tas-sussidju ta' din l-iskema, l-ammont tas-sussidju kellu jiġi allokat fuq il-fatturat globali tal-kumpanija inklużi kemm l-esportazzjonijiet kif ukoll il-bejgħ domestiku minflok il-fatturat tal-esportazzjonijiet biss. Huwa ġġustifika dan bil-fatt li l-magni li jibbenefikaw mis-sussidju tal-EPCGS jistgħu jintużaw ukoll għall-manifattura ta' prodotti li jinbiegħu domestikament u msemmija fl-Artikolu F(b)(2) tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont ta' sussidju fl-investigazzjonijiet dwr il-kumpens tad-dazju (14) (“il-Linji Gwida”) li jinkludi l-istruzzjoni dwar il-kalkolu tar-rati ta' sussidju għal sussidji mhux fuq l-esportazzjoni. Madankollu, il-possibbilta li jiġu manifatturati GES mibjugħa domestikament b'magni importati skont l-EPCGS ma tikkontestax il-kwalifika tal-EPCGS bħala sussidju fuq l-esportazzjoni billi kif spjegat fil-premessi (103) u (107) dan is-sussidju jiddependi fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Għalhekk l-Artikolu F(b)(2) tal-Linji Gwida li jikkonċerna s-sussidji mhux fuq l-esportazzjonijiet ma japplikax għall-kalkolu tal-EPCGS u t-talba ġiet miċħuda. Barra minn hekk, wieħed ifakkar li l-metodu tal-kalkolu użat għall-EPCGS fil-proċedura kurrenti huwa l-istess bħal dak użat fi proċeduri oħra li jirrigwardaw il-GES li joriġinaw mill-Indja jiġifieri l-investigazzjoni inizjali (ara l-premessa 57 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1008/2004 (15)), ir-rieżmi interim parzjali (ara l-premessa 54 tar-Regolament (KE) Nru 1354/2008) u l-ewwel rieżami ta' skadenza (ara l-premessa 47 fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1185/2010). |
7. Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Scheme, ECS)
(113) |
Ġie allegat mill-applikanti li, skont l-ECS, ir-Reserve Bank of India (“RBI”) kien qed jimponi rati tal-imgħax f'limitu massimu fuq is-self ta' kreditu għall-esportazzjoni mogħti mill-banek. Dan il-limitu massimu kien allegatament stabbilit bir-rata ta' self prima normattiva tal-bank niqes 2,5 %. |
(114) |
Madankollu, instab li r-rati tal-imgħax f'limitu massimu imposti lill-banek fuq self ta' kreditu għall-esportazzjoni fl-INR ġew irtirati b'effett mill-1 ta' Lulju 2010 mill-Ċirkulari Prinċipali tal-RBI DBOD Nru DIR(Exp.) BC 06/04.02.002/2010-11 u li r-rati tal-imgħax f'limitu massimu imposti lill-banek fuq is-self ta' kreditu għall-esportazzjoni f'munita barranija kienu ġew irtirati b'effett mill-5 ta' Mejju 2012 mill-Master Circular DBOD Nru DIR(Exp.) BC 04/04.02.002/2011-2012 bl-eċċezzjoni ta'għadd limitat speċifiku ta' setturi tal-industrija. Il-GES ma kienx inkluż fil-lista ta' eċċezzjonijiet u, għalhekk, skont il-bażi ġuridika fis-seħħ, l-iskema ECS ma kinitx disponibbli għall-produtturi tal-GES matul il-PIR. |
(115) |
L-investigazzjoni kkonfermat li r-rati attwalment miksubin mill-produttur esportatur li kkoopera għas-self tiegħu kienu daqs jew ftit biss differenti mir-rati bażi tal-banek rispettivi li taw is-self. Billi ma kien hemm xejn li jindika li l-RBI kien qed jiddeċiedi r-rata bażi tal-banek, ġie konkluż lir-rati tas-self ta' kreditu għall-esportazzjoni kienu stabbiliti liberament mill-banek. |
(116) |
Ta' min jgħid li ftit wara l-PIR, l-RBI ħabbar “Interest Equalisation Scheme on Pre and Post Shipment Rupee Export Credit” ġdida fil-Master Circular DBR.Dir.BC.Nru.62/04.02.001/2015-16 bid-data tal-4 ta' Diċembru 2015. L-iskema hija disponibbli għal esportazzjonijiet ta' firxa wiesgħa ta' prodotti, inkluż il-GES, irrispettivament mid-daqs tal-produttur esportatur u għal kwalunkwe esportazzjoni għal intrapriżi żgħar u medji. Fuq din il-bażi, ma jistax ikun eskluż li l-produttur esportatur li kkoopera beda jħaddem jew se jħaddem huwa stess din l-iskema fil-futur. Madankollu, il-benefiċċji miksuba, jekk jinkisbu, jiġu wara l-PIR. |
(117) |
Fid-dawl ta' dak ta' hawn fuq, fil-kuntest ta' dan ir-rieżami ta' skadenza l-Kummissjoni ma tqisx li huwa neċessarju li tifformula konklużjonijiet dwar din l-iskema. |
8. Skema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (Electricity Duty Exemption Scheme, “EDES”).
(118) |
Skont il-Politika għall-Promozzjoni tal-Industrija tal-2004, l-Istat ta' Madhya Pradesh (“MP”) joffri eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku lill-kumpaniji industrijali li jinvestu fil-produzzjoni tal-elettriku għall-konsum tagħhom stess. |
8.1. Il-bażi ġuridika
(119) |
Id-deskrizzjoni tal-iskema ta' eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku applikata mill-Gvern tal-MP tinsab fit-Taqsima 3-B tal-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku tal-1949. |
8.2. Eliġibbiltà
(120) |
Kull manifattur li jinvesti ċertu ammont ta' kapital fit-twaqqif ta' impjant tal-enerġija fl-Istat ta' Madhya Pradesh huwa eliġibbli għal din l-iskema. |
8.3. Implimentazzjoni prattika
(121) |
Skont in-notifika Nru 5691-XIII-2004 tal-Gvern tal-MP bid-data tad-29 ta' Settembru 2004, kumpaniji jew persuni li jinvestu f'impjanti ġodda ta' elettriku għall-awtokonsum ta' kapaċità ta' aktar minn 10 kilowatt jistgħu jiksbu mill-ispettorat għall-elettriku tal-MP ċertifikat ta' eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku. L-eżenzjoni tingħata biss għal elettriku prodott għall-awtokonsum, u jekk biss l-impjant ġdid ta' elettriku għall-awtokonsum ma jkunx biex jieħu post impjant qadim. L-eżenzjoni tingħata għal perjodu ta' ħames snin. |
(122) |
Permezz tan-notifika Nru 3023/F-4/3/13/03 bid-data tal-5 ta' April 2005 il-Gvern tal-MP eżenta l-ewwel impjant tal-enerġija mibni mill-produttur esportatur li kkoopera (l-“impjant ta' 30 MW”) għal perjodu ta' 10 snin b'effett mis-6 ta' April 2005. Ta' min jgħid li din in-notifika kienet tapplika biss għall-produttur esportatur li kkoopera u, għalhekk, kienet tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-perjodu ta' eżenzjoni ġenerali ta' ħames (5) snin iddefinit fin-notifika Nru 5691-XIII-2004. Dan jissuġġerixxi li din l-inċentiva ma tingħatax b'mod sistematiku skont il-kriterji stabbiliti ċari mil-liġi jew mir-regolament. |
(123) |
Permezz tan-notifika Nru 4328-XIII-2006 datata l-21 ta' Lulju 2006 l-Gvern tal-MP introduċa perjodi ta' eżenzjoni distinti ta' ħames (5), seba' (7) u 10 snin applikabbli f'funzjoni tal-valur tal-investiment tal-impjant tal-enerġija ssussidjat. |
(124) |
Skont ittra tal-Gvern tal-MP bid-data tal-4 ta' Frar 2015, ingħatat eżenzjoni ta' seba' (7) snin lit-tieni impjant tal-enerġija tal-produttur esportatur li kkoopera (l-“impjant ta' 33 MW”) mill-10 ta' Ġunju 2009 sad-9 ta' Ġunju 2016. |
8.4. Konklużjoni dwar l-EDES
(125) |
L-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju fuq il-bejgħ mhux imħallas fuq l-elettriku mixtri fl-PIR (in-numeratur) u d-dħul totali mill-bejgħ tal-kumpanija (id-denominatur) billi l-EDES la tiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u lanqas mal-użu tal-elettriku kien limitat biss għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. |
(126) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera tammonta għal madwar 2 %. |
(127) |
Madankollu, l-impjant ta' 30 MW imħaddem mill-produttur esportatur li kkoopera ma baqax eliġibbli għall-EDES f'April tal-2015 (jiġifieri matul il-PIR) skont in-notifika Nru 3023/F-4/3/13/03 msemmija fil-premessa (122). L-investigazzjoni kkonfermat li l-produttur esportatur li kkoopera ma bbenefikax mill-eżenzjoni mid-dazju għal dan l-impjant tal-enerġija wara din id-data. |
(128) |
Rigward l-impjant ta' 33 MW, l-eliġibbiltà kienet tiskadi f'Ġunju 2016 kif spjegat fil-premessa (124). Billi ż-żjara ta' verifika wkoll saret f'Ġunju 2016, ma kienx possibbli li jiġi vverifikat fl-post li l-benefiċċji tabilħaqq waqfu milli jingħataw wara din id-data. Madankollu, billi l-iskadenza tal-benefiċċji setgħet tiġi vverifikata għall-impjant ta' 30 MW, ma hemm l-ebda raġuni tanġibbli għaliex għandu jiġi kkontestat li l-benefiċċji skadew fil-ħin għall-impjant ta' 33 MW ukoll. |
(129) |
Fid-dawl tal-iskadenza tal-benefiċċji ta' din l-iskema, il-Kummissjoni kkonstatat li l-produttur esportatur waqaf jibbenefika minn din l-iskema. F'kullkaż, fil-kuntest ta' dan ir-rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni tikkunsidra li mhuwiex meħtieġ li tifformula konklużjonijiet dwar din l-iskema, billi, kif instab qabel, hemm biżżejjed evidenza biex wieħed jikkonkludi li kien hemm kontinwazzjoni ta' sussidjar fuq il-bażi tal-iskemi li fuqhom il-Kummissjoni fformulat il-konklużjonijiet tagħha. |
9. L-ammont ta' sussidji kompensabbli
(130) |
L-ammonti ta' sussidji kompensabbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad valorem, għall-produttur esportatur li kkoopera kienu kif ġej: Tabella 1
|
(131) |
L-ammont totali ta' sussidjar jaqbeż il-limitu de minimis imsemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
(132) |
Il-GTI qal li l-produttur esportatur li ma kkooperax Graphite India Limited (“GIL”) ma ħaddem l-ebda waħda mill-ħames skemi kumpensabbli li nstabu li jagħtu benefiċċji lil HEG fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
|
(133) |
Madankollu dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jiġu miċħuda għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(134) |
Skont it-talba għal rieżami, GIL ibbenefikat mill-istess skemi kumpensabbli bħall-produttur esportatur li kkoopera. Ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li tista' tindika li dan ma kienx il-każ. Tabilħaqq, din l-investigazzjoni wriet li żewġ skemi li minnhom ibbenefikat GIL u kienu kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali (id-DDS u l-EPCGS) għadhom fis-seħħ u minnhom qed jibbenefika l-esportatur li kkoopera. Fuq il-bażi ta' dawn il-fatti disponibbli u skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ġie konkluż li s-sussidjar fil-livell tal-pajjiżi kompla matul il-PIR. |
10. Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tas-sussidjar
(135) |
Ġie stabbilit li l-produttur esportatur li qed jikkoopera kompla jibbenefika mis-sussidjar kompensatorju mill-awtoritajiet Indjani matul il-PIR. Fil-premessa (134) ġie stabbilit li s-sussidjar kompla fil-livell tal-pajjiż ukoll. |
(136) |
L-iskemi ta' sussidji kompensabbli jagħtu benefiċċji rikorrenti u ma hemm ebda indikazzjoni (ħlief għall-FMS, li ġiet sostitwita immedjatament mill-MEIS) li dawn l-iskemi se jiġu eliminati b'mod gradwali fil-futur prevedibbli jew li l-produttur esportatur li kkoopera kien se jieqaf jikseb benefiċċji minn dawn l-iskemi. Għall-kuntrarju, dawn l-iskemi ġġeddu matul il-PIR bħala parti mill-Foreign Trade Policy 2015-2020 li se tibqa' fis-seħħ sa Marzu 2020. Barra minn hekk, huwa mfakkar li wara l-PIR (i) ir-rata tas-sussidju tal-MEIS żdiedet kif stabbilit fil-premessi (96) u (100) u (ii) is-sussidjar tal-iskema ta' krediti għall-esportazzjoni ġie riattivat kif stabbilit fil-premessa (116). Barra minn hekk, kull esportatur huwa eliġibbli għal diversi skemi ta' sussidju. |
(137) |
Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jsirux f'volumi sinifikanti jekk jitneħħew il-miżuri. Għal dak l-għan ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-produzzjoni tal-kapaċità u l-kapaċità żejda fl-Indja, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
(138) |
Kif intqal fil-premessa (30), produttur esportatur wieħed biss fl-Indja kkoopera li kien jirrappreżenta biss nofs il-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-Indja. Għalhekk, il-konklużjonijiet fit-taqsimiet ta' hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, it-talba għar-rieżami tal-iskadenza, il-bażi tad-data tan-Nazzjonijiet Uniti, l-istatistika pprovduta mid-Directorate General of Commercial Intelligence and Statistics (“DGCIS”) tal-Gvern tal-Indja u informazzjoni disponibbli pubblikament. |
10.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda
(139) |
Fuq il-bażi ta' informazzjoni finanzjarja pubblika u data vverifikata tal-produttur esportatur li kkoopera HEG (16) (17) iż-żewġ produtturi Indjani żiedu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom b'27 % wara r-rieżami ta' skadenza preċedenti msemmi fil-premessa (4). Fi tmiem il-PIR, il-kapaċità tal-produzzjoni totali fl-Indja kienet tammonta għal 160 000 tunnellata fis-sena, maqsuma ndaqs bejn iż-żewġ produtturi (18). Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi esportturi Indjani x'aktarx li jkomplu jkabbru l-kapaċità tagħhom fil-każ li tiżdied id-domanda (19). |
(140) |
Matul il-PIR il-volum ta' produzzjoni taż-żewġ produtturi Indjani varja bejn 110 000 u 120 000 tunnellata. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-kapaċità ta' riżerva totali tal-Indja ġiet stmata għal bejn 40 000 u 50 000 tunnellata, li kienu jirrappreżentaw bejn 29 % u 36 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR. |
(141) |
Iż-żieda fil-kapaċità seħħet b'mod parallel għal tnaqqis fil-konsum ta' GES fl-Indja u madwar id-dinja. Il-GES jintuża l-aktar fl-industrija tal-azzar elettriku, b'mod aktar speċifiku jintuża f'impjanti tal-azzar għat-tidwib tal-fdalijiet tal-azzar. Għalhekk, l-iżvilupp tal-konsum tal-GES huwa korrelatat mal-iżvilupp tal-produzzjoni tal-azzar elettriku u jsegwi xejriet simili. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produzzjoni tal-azzar elettriku fl-Indja u madwar id-dinja naqset bejn l-2012 u l-PIR (20) filwaqt li l-kapaċità ta' produzzjoni tal-GES fl-Indja żdiedet. |
(142) |
Fl-aħħar ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet Indjani imponew miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-GES miċ-Ċina (21). Kien mistenni li l-produtturi Indjani se jżidu s-sehem tagħhom mis-suq fis-suq domestiku. |
10.2. Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi
(143) |
Fuq il-bażi ta' rapporti finanzjarji pubbliċi, instab li ż-żewġ produtturi esportaturi Indjani kienu orjentati lejn l-esportazzjoni (22) (23) u esportaw madwar 60 % tal-produzzjoni totali tagħhom matul il-PIR. |
(144) |
L-Unjoni baqgħet destinazzjoni importanti għall-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera HEG minkejja l-miżuri fis-seħħ. L-esportazzjonijiet ta' HEG kienu jammontaw għal bejn 10 % u 17 % mill-bejgħ totali tiegħu f'termini ta' valur u bejn 10 % u 20 % f'termini ta' volum fil-PIR. Il-kumpanija Indjana li ma kkooperatx GIL esportat volumi baxxi ħafna lejn l-Unjoni matul il-PIR. Madankollu, dan irid jiġi kkunsidrat f'korrelazzjoni mad-dazji tal-antidumping u kompensatorji applikabbli għal GIL (15,7 % b'kollox) meta mqabbla ma' HEG (7 % b'kollox). |
(145) |
Fin-nuqqas ta' kull sors ieħor aktar affidabbli sabiex jiġu stabbiliti l-volumi ta' esportazzjoni mill-Indja lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra, intużat l-bażi tad-data tan-Nazzjonijiet Uniti. Skont din il-bażi tad-data, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi żdiedu bejn l-2012 u l-2013 b'43 % u mbagħad naqsu fl-2014 u fl-2015 bi 38 % meta mqabba mal-2013. Il-volum kumplessiv ta' esportazzjonijiet naqas bejn l-2012 u l-PIR (b'10 %). Id-destinazzjonijiet prinċipali tal-esportazzjonijiet Indjani fl-2015 kienu, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Arabja Sawdija, l-Iran, it-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda, ir-Repubblika tal-Korea, l-Eġittu. Bejn l-2012 u l-2015 l-esportazzjonijiet Indjani lejn uħud minn dawn id-destinazzjonijiet żdiedu (bħall-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti tal-Amerika) filwaqt li oħrajn (l-Iran, it-Turkija, ir-Repubblika tal-Korea, l-Eġittu) naqsu, bi tnaqqis kumplessiv ta' 9 %. |
(146) |
Filwaqt li fl-2012 ir-Russja kienet it-tielet l-akbar suq ta' esportazzjoni għall-produtturi Indjani f'termini ta' volum, wara li r-Russja imponiet dazju ad valorem fuq l-importazzjonijiet tal-GES mill-Indja li kienu jvarjaw minn 16,04 % sa 32,83 % f'Diċembru 2012 (24) l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn ir-Russja naqsu minn 4 415 tunnellata għal 638 tunnellata fl-2015, tnaqqis ta' 86 %. |
(147) |
L-informazzjoni dwar il-volumi ta' esportazzjoni fil-bażi tad-data tan-Nazzjonijiet Uniti setgħet tiġi kontroverifikata mal-istatistika tad-DGCIS, li wriet xejriet simili għal dik osservata fil-bażi tad-data tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(148) |
Barra minn hekk, il-volumi ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn ta' HEG, il-produttur esportatur li kkoopera, segwew xejriet simili wkoll, jiġifieri żieda fil-volumi ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn mill-2012 sal-2013 u tnaqqis mill-2014 sal-PIR b'xejra ta' tnaqqis kumplessiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ta' min jgħid li minkejja dan it-tnaqqis fil-volumi ta' esportazzjoni, il-livell kumplessiv fil-PIR baqa' sinifikanti, bejn 20 000 tunnellata u 30 000 tunnellata. |
(149) |
Rigward il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni, ibbażat fuq il-Bażi tad-Data tan-Nazzjonijiet Uniti l-investigazzjoni żvelat li l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indja lil ċerti pajjiżi bħall-Istati Uniti tal-Amerika u r-Repubblika tal-Korea li fuq livell medju kienu aktar baxxi mill-prezzijiet fl-Unjoni bejn l-2012 u l-2014, żdiedu fl-2015 għal madwar l-istess livell bħall-prezzijiet tal-UE. Barra minn hekk, il-prezzijiet ta' esportazzjoni mill-Indja lejn pajjiżi oħra bħall-Arabja Sawdija ngħidu aħna, li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet fl-UE bejn l-2012 u l-2014, żdiedu għal livell ogħla mill-prezzijiet tal-UE fl-2015. Aktar minn hekk, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn ċerti pajjiżi oħra, bħat-Turkija pereżempju, komplew ikunu irħas mill-prezzijiet tal-UE matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Wieħed għandu jinnota madankollu li l-prezzijiet f'dan il-bażi tad-data ma jiddistingwixxux bejn it-tipi differenti ta' prodott u għalhekk il-krebbiltà ta' tali tqabbil ta' prezzijiet fuq din il-bażi hija limitata. |
(150) |
L-analiżi tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta' pajjiżi terzi li provda l-produttur esportatur li koopera turi li matul l-2012 u l-2014, il-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni kienu ogħla mill-prezzijiet medji ta' HEG fi swieq terzi oħrajn (aġġustati fuq bażi ta' sena kalendarja billi d-data kienet ipprovduta fuq bażi tas-sena finanzjarja) filwaqt li matul il-PIR il-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni kienu anqas mill-prezzijiet medji ta' HEG fi swieq terzi oħrajn. |
(151) |
Ma kien hemm ebda data oħra disponibbli sabiex jiġu stabbiliti livelli preċiżi tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Indjani lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn. |
10.3. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
(152) |
L-attraenza tas-suq tal-Unjoni ntweriet mill-fatt li minkejja d-dazji tal-antidumping u kompensatorji fis-seħħ, il-GES mill-Indja baqa' jidħol fis-suq tal-Unjoni. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-Indja baqgħet it-tieni l-akbar pajjiż esportatur għall-Unjoni wara r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). Minkejja tnaqqis bejn l-2012 u l-PIR, l-Indja żammet l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni f'volumi u f'ishma mis-suq sinifikanti kif spjegat fil-premessa (179) hawn taħt. |
(153) |
L-iżvilupp possibbli tal-bejgħ ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu għandu jitqies fid-dawl tal-isfond tat-tnaqqis kumplessiv fil-konsum ta' GES fl-Indja u madwar id-dinja flimkien mal-kapaċità żejda fl-Indja. Huwa ferm probabbli li dan se jżid il-pressjoni fuq il-produtturi esportaturi Indjani sabiex ikomplu jesploraw is-swieq tal-esportazzjoni, speċjalment fid-dawl tal-mudell kummerċjali tagħhom li huwa orjentat lejn l-esportazzjoni. Għaldaqstant, jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħassru u l-aċċess għas-suq tal-Unjoni jkun ħieles minn dazji tal-antidumping jew kompensatorji, tabilħaqq x'aktarx li sehem kbir mill-kapaċità ta' riżerva disponibbli se jintuża għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni. B'mod partikolari minħabba li l-investigazzjoni wriet li filwaqt li f'xi swieq ta' esportazzjoni (bħall-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti tal-Amerika) l-esportazzjonijiet mill-Indja żdiedu matul l-2015, kumplessivament l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra segwew xejra 'l isfel. Dan jindika li f'ċerti pajjiżi terzi jidher li hemm kapaċità limitata għall-assorbiment ta' kwantitajiet addizzjonali ta' esportazzjonijiet. |
(154) |
Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (146), ir-Russja imponiet dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-GES mill-Indja. B'hekk, il-produtturi esportaturi Indjani għandhom aċċess limitat għal dan is-suq u ma jistgħux iżidu jew jidderieġu mill-ġdid il-volumi tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn ir-Russja, kif juri t-tnaqqis fl-esportazzjonijiet lejn din id-destinazzjoni mill-2012 'il hawn. |
(155) |
Fuq din il-bażi, aktarx li l-produtturi esportaturi Indjani se jkomplu jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u saħansitra jżidu l-volumi tal-esportazzjonijiet attwali tagħhom meta titqies il-kapaċità żejda sinifkanti li għandhom. Tabilħaqq, huwa probabbli li l-produttur esportatur li kkoopera se jkollu inċentiv li jkompli jżid il-preżenza diġà sinifikanti tiegħu fis-suq tal-Unjoni, u saħansitra l-inċentiv se jkun akbar għall-produttur esportatur li ma kkooperax, li għandu livelli ta' dazju ogħla meta mqabbel mal-produttur esportatur li kkoopera u li kważi waqaf jesporta lejn is-suq tal-Unjoni. |
10.4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tas-sussidjar
(156) |
L-analiżi ta' hawn fuq turi li (i) l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja baqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti matul il-PIR; (ii) l-iskemi ta' sussidji se jibqgħu disponibbli fil-futur prevedibbli; (iii) iż-żewġ produtturi Indjani huma orjentati lejn l-esportazzjoni u għandhom kapaċità ta' riżerva li jistgħu jużaw sabiex iżidu l-volumi ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni; (iv) il-konsum madwar id-dinja qed jonqos, biex b'hekk jonqsu l-possibbiltajiet ta' esportazzjoni lejn ċerti swieq terzi; (iv) l-eżistenza ta' miżuri tal-antidumping fir-Russja kontra l-GES mill-Indja tkompli tillimita l-possibiltajiet ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani. Għalhekk huwa probabbli li l-GES mill-Indja jkompli jidħol fis-suq tal-Unjoni f'volumi sinifikanti u bi prezzijiet issussidjati jekk jitneħħew il-miżuri. |
(157) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, b'konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' sussidjar jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu. |
(158) |
Wara d-divulgazzjoni, l-uniku produttur esportatur Indjan li kkoopera, HEG, asserixxa li fil-valutazzjoni tagħha tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' sussidjar il-Kummissjoni ma kinitx ikkunsidrat il-fatti li jikkonċernaw il-perjodu wara l-PIR. F'dan ir-rigward, il-produttur esportatur Indjan li kkoopera asserixxa li meta applikat l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku l-Kummissjoni ma qisitx li GIL, il-produttur Indjan l-ieħor tal-GES, għamlet investiment f'faċilità tal-manifattura fl-Unjoni, jiġifieri Graphite Cova GmbH (“GIL Cova”). HEG kompla jargumenta li GIL għandu kuntratt strateġiku fuq terminu twil biex ibiegħ “baked green electrodes” (li huma prodott nofsu lest) lill-faċilità tiegħu tal-grafitizzazzjoni GIL Cova. HEG qal ukoll li minħabba l-investiment strateġiku ta' GIL, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni se jiżdiedu mhix korretta u li l-konklużjoni li ż-żewġ produtturi Indjani għandhom kapaċità żejda hija bbażata biss fuq assunzjonijiet. HEG argumenta wkoll li l-iskadenza tal-miżuri mhux se żżid il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni abbażi ta' xejra ta' tnaqqis fl-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni (inkluż l-esportazzjoni ta' HEG lejn l-Unjoni) wara l-PIR. |
(159) |
Barra minn hekk, HEG qal li l-pjanijiet ta' HEG li jżid il-kapaċità tal-produzzjoni kienu biss il-viżjoni tal-President tal-kumpanija fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli fl-2010. Għalhekk, fir-rapport annwali ta' HEG għas-sena li spiċċat fil-31 ta' Marzu 2016 ma hemmx proposti ġodda li qed jiġu diskussi mill-bord tad-diretturi biex il-kapaċitajiet tal-produzzjoni jespandu iżjed. |
(160) |
Għal dak li jirrigwarda t-tqabbil tal-prezzijiet li wettqet il-Kummissjoni fil-premessi (149) u (150) rigward l-esportazzjonijiet lejn swieq ta' pajjiżi terzi, HEG ippreżenta analiżi tal- prezzijiet medji CIF/CFR li erba' pajjiżi terzi oħrajn imqabblin mal-prezzijiet medji CIF tiegħu lejn l-Unjoni u kkonkluda li, b'mod ġenerali, il-prezzijiet medji tiegħu lill-erba' pajjiżi terzi l-oħrajn kienu ogħla mill-prezzijiet tiegħu lejn l-Unjoni. Għalhekk, HEG iddikjara li f'konfront, is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet medji aktar baxxi jkun inqas attraenti. |
(161) |
Fir-rigward dak li qal HEG dwar l-investiment ta' GIL f'GIL Cova matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni GIL esporta volum żgħir ħafna lejn is-suq tal-Unjoni. Huwa kkunsidrat madankollu li dan mhuwiex biss minħabba l-investiment ta' GIL f'GIL Cova, iżda l-aktar minħabba d-dazji ta' antidumping u kumpensatorji għoljin li japplikaw għal esportazzjonijiet ta' GIL India lejn l-Unjoni (total ta' 15,7 %). F'xenarju fejn il-miżuri tal-antidumping u/jew kumpensatorji jitħassru, x'aktarx li GIL jerġa' jibda jesporta lejn l-Unjoni, minkejja l-investiment tiegħu f'GIL Cova, anki meta wieħed iqis il-kapaċità żejda disponibbli li għandu u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kif deskritt fil-premessi (152) sa (155) hawn fuq. |
(162) |
Rigward l-asserzjoni ta' HEG rigward ix-xejra tal-esportazzjonijiet wara l-PIR, huwa enfasizzat li dawn l-esportazzjonijiet saru waqt li l-miżuri tal-antidumping u kompensatorji kienu fis-seħħ. Għalhekk, anki jekk il-volum tal-esportazzjonijiet ta' HEG wara l-PIR kien juri tendenza ta' tnaqqis, x'aktarx li l-esportazzjonijiet ta' HEG lejn l-Unjoni se jiżdiedu jekk il-miżuri tal-antidumping u kumpensatorji jitħassru meta jitqies li minkejja l-miżuri fis-seħħ, HEG kompla jesporta lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ta' dumping u sussidjati b'mod sinifikanti, il-mudell ta' negozju ta' esportazzjoni u l-kapaċità żejda tiegħu li wieħed ma jeskludi li tiżdied fil-futur jekk id-domanda għall-prodotti tikber, kif deskritt fil-premessi (139) sa (155) hawn fuq. |
(163) |
Barra minn hekk, rigward l-intenzjoni ta' HEG li jżid il-kapaċità, huwa enfasizzat li matul iż-żjara ta' verifika fil-post fl-2016, HEG wera lit-tim tal-każ film qasir li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-grupp ta' HEG. Wieħed mill-elementi ppreżentati f'dan il-film kienu l-pjanijiet futuri tal-kumpanija biex iżżid il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-kumpanija spjegaw matul il-verifika fil-post li tali pjanijiet kienu fil-mument sospiżi b'kont meħud li l-kumpanija ma kinitx qed tuża' l-kapaċità kollha u tat-tnaqqis fid-domanda globali. Għalhekk, fil-każ li l-miżuri tal-antidumping u kumpensatorji jitħassru, mhuwiex probabbli li d-domanda għall-GES Indjani fis-suq tal-Unjoni tikber u li HEG għalhekk ikollu inċentiva li jżid il-kapaċità biex jissodisfa d-domanda. |
(164) |
Rigward l-asserzjoni ta' HEG li tirreferi għad-differnzi fil-prezz bejn is-suq tal-Unjoni u swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn, huwa enfasizzat li t-tqabbil li għamlet il-Kummissjoni fil-premessi (149) u (150) huwa bejn il-prezzijiet medji tal-produtturi esportaturi Indjani fi swieq terzi oħrajn u l-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u mhux il-prezzijiet medji tal-produtturi Indjani fis-suq tal-Unjoni. Wieħed ifakkar li l-prezz medju ta' HEG fis-suq tal-Unjoni hwar f'livell sinifikanti ta' dumping li jwaqqa' l-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni u għalhekk mhuwiex adattat għat-tqabbil fil-kwistjoni. |
(165) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-argumenti ta' HEG huma miċħuda. |
(166) |
Il-konklużjoni tal-Kummissjoni li x'aktarx ikun hemm kontinwazzjoni tas-sussidjar jekk il-miżuri jitħassru hija għaldaqstant ikkonfermata. |
D. IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' DANNU
1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(167) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prodott simili kien immanifatturat minn tmien produtturi (żewġ kumpaniji individwali u żewġ gruppi). Huma jikkostitwixxu “l-industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. |
2. Kummenti preliminari
(168) |
Kif intqal fil-premessa (141), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-GES hija marbuta mill-qrib ħafna ma' dik tal-industrija tal-azzar elettriku fejn il-GES jintuża fil-fran tal-azzar elettriku għat-tidwib tal-fdalijiet tal-azzar. F'dan il-kuntest, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kienu prevalenti kundizzjonijiet tas-suq negattivi fl-industrija tal-azzar elettriku, bi tnaqqis fil-konsum li huwa rifless ukoll fil-konsum ta' GES. |
(169) |
Minħabba li hemm biss żewġ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat fl-Indja, id-data relatata mal-importazzjonijiet ta' GES mill-Indja u minn pajjiżi terzi oħrajn fl-Unjoni Ewropea mhijiex ippreżentata f'ċifri preċiżi sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku. |
3. Konsum tal-Unjoni
(170) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi għaddet flimkien:
|
(171) |
Abbażi ta' dan, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Il-konsum tal-Unjoni
|
(172) |
Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B'mod aktar speċifiku, il-konsum tal-Unjoni naqas b'7 % fl-2013, irkupra b'4 % bejn l-2013 u l-2014 u mbagħad reġa' naqas b'5 % mill-2014 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(173) |
Kif imsemmi fil-premessi (141) u (168), it-tnaqqis kumplessiv fid-domanda kien riżultat tal-kundizzjonijiet negattivi tas-suq prevalenti fis-settur tal-azzar elettriku, billi l-volumi ta' bejgħ tal-elettrodi tal-grafit isegwu l-iżvilupp tal-volum tal-produzzjoni tal-azzar fi fran elettriċi. |
(174) |
Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera qal li l-analiżi tas-sehem mis-suq u tal-konsum jinħtieġ li tikkunsidra l-importazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni permezz tal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Messiku, il-Ġappun u l-Malasja li żdiedu b'mod sinifikanti matul l-aħħar tliet snin. |
(175) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha kienu debitament ikkunsidrati fil-kalkolu tal-konsum tal-Unjoni, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (170) u huma għalhekk riflessi kif xieraq fit-total tal-konsum. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
4. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
Tabella 3
Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq
Pajjiż |
|
2012 |
2013 |
2014 |
Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami |
L-Indja |
Volum ta' Importazzjoni (tunnellati) |
9 000 — 10 000 |
5 000 — 6 000 |
7 000 — 8 000 |
6 500 — 7 500 |
|
Volum ta' importazzjoni indiċjat (2012 = 100) |
100 |
57 |
80 |
74 |
Sehem mis-suq (%) |
6 — 7 |
3 — 4 |
5 — 6 |
4 — 5 |
|
Sehem mis-suq indiċjat |
100 |
62 |
83 |
80 |
|
Sors: Bażi tad-data 14(6). |
(176) |
Il-volumi ta' importazzjoni kienu qed jonqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Naqsu b'mod sinifikanti fl-2013 (bi 43 %), reġgħu telgħu fl-2014 u reġgħu naqsu fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kumplessivament, kien hemm tnaqqis ta' 26 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(177) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (170) hawn fuq. |
(178) |
Is-sehem mis-suq wera xejriet simili bħall-volumi ta' importazzjoni, jiġifieri naqas bejn l-2012 u l-2013, żdied bejn l-2013 u l-2014 u mbagħad reġa' naqas bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali is-sehem mis-suq naqas b'1,2 punt perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbel mal-2012. |
(179) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien fil-medda ta' 6 % sa 7 %. Naqas għall-medda ta' 4 % sa 5 % sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
4.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(180) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ix-xejra tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja abbażi tad-data rreġistrata fil-bażi tad-data 14(6). Ġeneralment dawn kienu konformi mal-prezzijiet irrapportati mill-produttur esportatur li kkoopera. |
(181) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezz tal-importazzjoni (*1)
|
(182) |
B'mod kumplessiv, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu b'5 % bejn l-2012 u l-2013, naqsu b'16 % fl-2014 u komplew jonqsu bi 3 % fil-PIR. |
4.3. It-twaqqigħ tal-prezz
(183) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami billi qabblet (i) il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; u (ii) il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' importazzjoni mill-produttur Indjan li kkoopera lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta' spiża, assigurazzjoni, merkanzija (cost, insurance, freight, CIF), b'aġġustamenti xierqa għad-dazju tal-antidumping/kompensatorju u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni. |
(184) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif xieraq meta meħtieġ, u wara tnaqqis tar-roħs u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(185) |
It-tqabbil wera għal produttur esportatur li kkoopera marġni ta' twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta' 3 % fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Madankollu, meta jitnaqqsu d-dazji tal-antidumping u kompensatorji mill-kalkoli, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz jammonta għal 9 %. Rigward il-produttur esportatur li ma kkooperax, volumi żgħar biss ġew importati matul il-PIR. Madankollu il-Kummissjoni wettqet stima tat-twaqqigħ tal-prezz. Il-Kummissjoni sabet marġni ta' twaqqigħ ta' 12 %, meta naqqset mill-kalkoli d-dazji fis-seħħ tal-antidumping u ta' kumpens. Din l-istima madankollu hija bbażata fuq volum żgħir ħafan ta' importazzjonijiet u, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, ma tikkunsidrax it-tipi ta' prodott. Għaldaqstant, l-krebbiltà hija limitata. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
Tabella 5
Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq
Pajjiż |
|
2012 |
2013 |
2014 |
Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami |
Total ta' pajjiżi terzi oħra |
Importazzjonijiet (tunnellati) |
33 000 — 35 000 |
30 000 — 32 000 |
34 000 — 36 000 |
30 000 — 32 000 |
Indiċi |
100 |
90 |
103 |
90 |
|
Sehem mis-suq (%) |
22 — 23 |
22 — 23 |
24 — 25 |
22 — 23 |
|
Prezz (EUR/tunnellata) |
2 500 — 3 500 |
2 400 — 3 400 |
2 400 — 3 400 |
2 300 — 3 300 |
|
Indiċi |
100 |
98 |
89 |
92 |
|
Iċ-Ċina |
Importazzjonijiet (tunnellati) |
14 000 — 15 000 |
11 000 — 12 000 |
16 000 — 17 000 |
14 000 — 15 000 |
|
Indiċi |
100 |
80 |
117 |
103 |
Sehem mis-suq (%) |
9 — 10 |
8 — 9 |
11 — 12 |
10 — 11 |
|
Prezz (EUR/tunnellata) |
2 000 — 3 000 |
1 500 — 2 500 |
1 400 — 2 400 |
1 600 — 2 600 |
|
Indiċi |
100 |
94 |
90 |
99 |
|
L-Istati Uniti tal-Amerika |
Importazzjonijiet (tunnellati) |
3 000 — 4 000 |
4 000 — 5 000 |
4 200 — 5 200 |
4 200 — 5 200 |
|
Indiċi |
100 |
118 |
129 |
128 |
Sehem mis-suq (%) |
2 — 3 |
3 — 4 |
3 — 4 |
3 — 4 |
|
Prezz (EUR/tunnellata) |
3 300 — 4 300 |
3 200 — 4 200 |
3 000 — 4 000 |
2 800 — 3 800 |
|
Indiċi |
100 |
96 |
84 |
81 |
|
Il-Messiku |
Importazzjonijiet (tunnellati) |
3 000 — 4 000 |
4 000 — 5 000 |
5 500 — 6 500 |
4 000 — 5 000 |
|
Indiċi |
100 |
127 |
165 |
119 |
Sehem mis-suq (%) |
2 — 3 |
3 — 4 |
4 — 5 |
3 — 4 |
|
Prezz (EUR/tunnellata) |
3 800 — 4 800 |
3 900 — 4 900 |
3 900 — 4 900 |
4 000 — 5 000 |
|
Indiċi |
100 |
103 |
103 |
115 |
|
Ir-Russja |
Importazzjonijiet (tunnellati) |
3 000 — 4 000 |
2 500 — 3 500 |
3 500 — 4 500 |
3 700 — 4 700 |
|
Indiċi |
100 |
70 |
101 |
103 |
Sehem mis-suq (%) |
2 — 3 |
1 — 2 |
2 — 3 |
2 — 3 |
|
Prezz (EUR/tunnellata) |
3 000 — 4 000 |
2 800 — 3 800 |
2 500 — 3 500 |
2 100 — 3 100 |
|
Indiċi |
100 |
91 |
79 |
75 |
|
Il-Ġappun |
Importazzjonijiet (tunnellati) |
4 500 — 5 500 |
3 000 — 4 000 |
3 000 — 4 000 |
2 000 — 3 000 |
|
Indiċi |
100 |
74 |
62 |
50 |
Sehem mis-suq (%) |
3 — 4 |
2 — 3 |
2 — 3 |
1 — 2 |
|
Prezz (EUR/tunnellata) |
3 400 — 4 400 |
3 300 — 4 300 |
2 800 — 3 800 |
2 900 — 3 900 |
|
Indiċi |
100 |
99 |
82 |
83 |
|
Pajjiżi terzi oħra |
Importazzjonijiet (tunnellati) |
4 000 — 5 000 |
4 000 — 5 000 |
1 000 — 2 000 |
700 — 1 700 |
|
Indiċi |
100 |
104 |
25 |
19 |
Sehem mis-suq (%) |
2 — 3 |
3 — 4 |
0,5 — 1,5 |
0,5 — 1,5 |
|
Prezz (EUR/tunnellata) |
2 600 — 3 600 |
2 000 — 3 000 |
1 900 — 2 900 |
1 600 — 2 600 |
|
Indiċi |
100 |
83 |
78 |
72 |
|
Sors: Eurostat (livell TARIC). |
(186) |
Bħalma l-konsum kien qed jonqos, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn naqas b'10 % bejn l-2012 u l-PIR. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn kien fil-medda ta' 22 % — 23 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-importazzjonijiet ewlenin kienu miċ-Ċina, mill-Istati Uniti, mill-Messiku, mir-Russja u mill-Ġappun, li kienu l-uniċi pajjiżi b'ishma mis-suq individwali ogħla minn 1 % matul il-PIR. |
(187) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti, mill-Ġappun u mill-Messiku kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u mill-Messiku żdied, b'anqas minn punt perċentwali 1 matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun naqas b'1,5 punt perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(188) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina u mir-Russja kienu inqas mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni (ħlief fl-2012 mir-Russja). Skont l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal rieżami, sehem mill-importazzjonijiet miċ-Ċina huwa relatat mal-GES b'dijametru żgħir (dijametru ta' anqas minn 400 millimetru) filwaqt li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet mill-Indja u tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f'GES b'dijametri kbar (25) (dijametri ta' aktar minn 400 millimetru), li jiswew aktar. |
(189) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b'punt perċentwali 1 tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u kien fil-medda ta' 10 % — 11 % matul il-PIR, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja kien biss fil-medda ta' 2 % — 3 % matul il-PIR. Żdied b'0,3 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, dawn iż-żidiet ma kinux ta' detriment għas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li, kif spjegat fil-premess li jmiss (202), żdied b'1,9 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(190) |
Bħala konklużjoni, billi d-data disponibbli mill-istatistika dwar l-importazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn tipi ta' prodotti differenti u li għalhekk ma setax isir tqabbil sinifikanti tal-prezzijiet skont it-tip ta' prodott, hekk kif kien possibbli għall-Indja fuq il-bażi tal-informazzjoni ddettaljata pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, ma setax jiġi stabbilit b'mod ċar l-impatt tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mir-Russja. |
5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.1. Rimarki ġenerali
(191) |
B'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt li għandhom l-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(192) |
Kif imsemmi fil-premessa (14), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
(193) |
Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta' data li tinsab fit-talba għal rieżami, fir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data kienet tirrigwarda lill-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Irriżulta li ż-żewġ settijiet ta' data jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(194) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni ta' sussidju u l-irkupru minn sussidju preċedenti. |
(195) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost ta' unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital. |
(196) |
Instab li ż-żewġ settijiet ta' data huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2. Indikaturi makroekonomiċi
(a) Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità
(197) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni
|
(198) |
Tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volum ta' produzzjoni naqas b'6 %. B'mod aktar speċifiku, l-ewwel żdied bi 2 % sal-2014 u mbagħad naqas bi 8 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbel mal-2014. |
(199) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset bi 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(200) |
Bħala riżultat tat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas bi 3 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(b) Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
(201) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni
|
(202) |
Il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b'madwar 5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni varja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Żdied bi 2,9 punti perċentwali fl-2013. Imbagħad naqas bi 3,3 punti perċentwali fl-2014 u reġa' żdied bi 2,3 punti perċentwali fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. B'mod kumplessiv, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b'1,9 punt perċentwali matul il-perijodu taħt kunsiderazzjoni. |
(203) |
Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera qal li l-importazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni permezz tal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Messiku, il-Ġappun u l-Malasja jinħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jkun qed jiġi stabbilit is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-bejgħ tal-produzzjoni tagħha stess fis-suq tal-Unjoni. L-importazzjonijiet li tagħmel l-industrija tal-Unjoni mhumiex ikkunsidrati billi dan joħloq effett distorsiv fuq l-istampa ġenerali, minħabba li l-importazzjonijiet jingħaddu darbtejn; minn naħa waħda bħala importazzjoni u min-naħa l-oħra bħala bejgħ mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
(c) Tkabbir
(204) |
Bejn l-2012 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 %. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'5 % li, madankollu, issarraf fi gwadann fis-sehem mis-suq ta' 1,9 punti perċentwali. |
(d) Impjiegi u produttività
(205) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej: Tabella 8 L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni
|
(206) |
L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni baqgħu f'madwar l-istess livell matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni (tnaqqis ta' 6 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni), il-produttività wkoll naqset b'6 % tul l-istess perjodu. |
(e) Id-daqs tal-marġni tas-sussidju u tal-irkupru mis-sussidjar fl-imgħoddi
(207) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet tal-GES mill-Indja komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet sussidjati. Il-marġni tas-sussidju stabbilit għall-Indja matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kien ferm ogħla mil-livell de minimis kif deskritt fil-premessa (130). Dan ikkoinċida ma' tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjoni meta mqabbla mal-2012. Minkejja dan, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika mill-miżuri kompensatorji fis-seħħ billi żammet u żiedet ftit is-sehem mis-suq tagħha. |
5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
(f) Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
(208) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni u l-kost għal kull unità
|
(209) |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'mod kostanti b'25 % u laħaq l-2 825 EUR/tunnellata fil-PIR. L-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha sabiex jirriflettu t-tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-GES, minħabba t-tiċkin tad-domanda fis-settur tal-azzar elettriku. |
(210) |
L-ispiża medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas saħansitra aktar, bi 18 %, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-fattur qawwi li influwenza t-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni ta' unità kien it-tnaqqis fil-prezz tal-prodott bażiku. |
(211) |
Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera qal li l-prezz tal-materja prima madwar id-dinja naqas aktar mill-kost tal-materji prima imġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għaldaqstant l-industrija tal-Unjoni kienet ineffiċjenti fl-akkwist tal-materja prima u l-vjabbiltà tagħha għalhekk hija dubbjuża. |
(212) |
L-investigazzjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni akkwistat il-materja prima madwar id-dinja mill-partijiet relatati u mhux relatati tagħha b'livell ta' prezz simili u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' ineffiċjenzi fl-akkwist tal-materja prima. Minħabba li t-talba ma kinitx sostanzjata aktar, ġiet miċħuda. |
(g) Kostijiet lavorattivi
(213) |
Il-kostijiet lavorattivi żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
(214) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b'żieda marġinali ta' 2 %. |
(h) Inventarji
(215) |
Il-livelli tal-istokk żviluppaw hekk matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 11 L-inventarji
|
(216) |
Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied b'aktar mid-doppju f'termini assoluti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-PIR, il-livell ta' stokkijiet kien jirrappreżenta madwar 11 % mill-produzzjoni tagħhom. |
(i) Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
(217) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
(218) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b'mod gradwali minn 11,3 % fl-2012 għal 2,8 % fil-PIR, jiġifieri tnaqqis ta' 8,5 punti perċentwali. |
(219) |
Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera qal lit-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni kien ikkawżat mill-ispejjeż ġenerali għoljin amminsitrattivi u tal-bejgħ. |
(220) |
L-investigazzjoni sabet li l-kost unitarju tal-produzzjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kif indikat hawn fuq fil-premessa (210). Dan in-nuqqas fil-kost unitarju tal-produzzjoni kien jirrigwarda l-ispejjeż amminsitrattivi u tal-bejgħ anki jekk il-parti kbira mill-kost kien attribwit għall-materja prima. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
(221) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni li jiffinanzja waħdu l-attivitajiet tiegħu. Il-fluss tal-flus nett naqas b'35 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-tnaqqis sostanzjali fil-fluss tal-flus huwa prinċipalment spjegat minn tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (218). |
(222) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-fluss annwali ta' investimenti fil-prodott ikkonċernat li għamlet l-industrija tal-Unjoni naqas b'aktar min-nofs, minn EUR 25 miljun fl-2012 għal EUR 12-il miljun fil-PIR. |
(223) |
Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera ddikjara li t-tnaqqis fl-investimenti huwa purament attribwibbli għat-tnaqqis fid-domanda u għall-kapaċitajiet żejda tal-manifattura tal-GES globalment. |
(224) |
Tabilħaqq, l-investigazzjoni kkonfermat li, kif spjegat fil-premessa (172) hawn fuq, kien hemm tnaqqis fil-konsum tal-GES matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-investimenti fil-prodott ikkonċernat li għamlet l-industrija tal-Unjoni matul il-PIR tal-aħħar rieżami ta' skadenza, meta kienet anki qed tiffaċċa tnaqqis fil-konsum, kien tliet darbiet il-livell tal-investiment miksub matul il-PIR ta' dan ir-rieżami |
(225) |
Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u mill-bejgħ tal-prodott simili naqas b'mod gradwali minn 16,5 % fl-2012 għal 3,9 % fil-PIR. |
5.4. Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(226) |
L-investigazzjoni wriet li minkejja l-miżuri fis-seħħ, ħafna mill-indikaturi tad-dannu żviluppaw b'mod negattiv u li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minkejja dan, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm u żżid ftit is-sehem mis-suq tagħha, li kien possibbli biss billi kisbet livelli ta' profitt inferjuri. |
(227) |
Filwaqt li dawn l-iżviluppi negattivi jista' jispjagahom it-tnaqqis fil-konsum, li naqas fi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet Indjani kienu għahom preżenza kostanti fis-suq tal-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet inbiegħu 3 % orħos mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Barra minn hekk, instab li l-marġni ta' twaqqigħ kien ta' 9 %. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u sussidjati xorta waħda poġġew pressjoni fuq il-prezzijiet. Tabilħaqq, il-pressjoni fuq il-prezzijiet matul il-PIR attwali żdiedet meta mqabbla mar-rieżami tal-iskadenza preċedenti meta t-twaqqigħ tal-prezz kien ta' inqas minn 2 %. |
(228) |
Fuq dan l-isfond ta' inqas konsum u ta' pressjoni fuq il-prezz minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping u sussidjati, l-industrija tal-Unjoni ġiet sfurzata biex traħħas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. B'riżultat ta' dan, il-profitt tagħha, minkejja li baqa' pożittiv (2,8 %) fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, kien taħt il-profitt fil-mira ta' 8 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. |
(229) |
Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera qal li billi s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 2 % il-produtturi tal-Unjoni bbenefikaw b'mod sostanzjali mit-tnaqqis fl-importazzjonijiet Indjani. Kien iddikjarat li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien anki ogħla kienu ttieħed kont ukoll tal-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni minn pajjiżi terzi oħrajn. Fl-istess waqt, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tiffaċċa kompetizzjoni iebsa fil-prezzijiet minn sorsi oħrajn (partikolarment prezzijiet baxxi ta' importazzjoni miċ-Ċina u mir-Russja). Għalhekk, kien iddikjarat li l-ebda dannu ma jista' jkun attribwibbli għall-importazzjonijiet mill-Indja bħala riżultat tal-allegat sehem inqas mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni. |
(230) |
Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet tnaqqis ta' volumi ta' importazzjoni u ta' ishma mis-suq fuq importazzjonijiet mill-Indja, madankollu, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (227), l-importazzjonijiet Indjani oġġett ta' dumping u sussidjati xorta waħda poġġew pressjoni fuq il-prezz, li kompliet tiżdied matul dan il-PIR meta mqabbel mar-rieżami ta' skadenza preċedenti. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
(231) |
L-istess parti interessata ddikjarat ukoll li l-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatt li importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina u mir-Russja huwa waħda mill-kawżi ewlenin ta' pressjoni fuq il-prezz fis-suq tal-Unjoni u ħeġġew li ssir analiżi kompleta tal-importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina u mir-Russja tal-prodott taħt kunsiderazzjoni qabel tittieħed deċiżjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu lill-industrija tal-Unjoni. Din il-parti allegat ukoll li xi manifatturi Ċiniżi żiedu l-importazzjonijiet ta' GES b'dijametru kbir lejn is-suq tal-Unjoni. |
(232) |
Rigward il-prezzijiet ta' importazzjoni tal-GES miċ-Ċina u mir-Russja, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (188) u (190) jinħtieġ li jitfakkar li: (I) ma setax isir tqabbil sinifkanti bejn il-prezzijiet skont it-tip ta' prodott għall-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi, kif kien possibbli għall-Indja fuq il-bażi tal-informazzjoni dettaljata li pprovda l-produttur esportatur li kkoopera; (Ii) il-istatistika disponibbli għall-Kummissjoni rigward l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi ma tippermettix li ssir distinzjoni bejn tipi ta' prodotti differenti u (iii) skont l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fit-talba ta' rieżami, u kkonfermata mill-utenti, il-maġġoranza tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi jirrigwardaw GES b'dijametru żgħir li huma orħos. Barra minn hekk, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera ma ssostanzjax id-dikjarazzjoni tiegħu rigward iż-żieda fl-importazzjonijiet ta' GES b'dijametru ikbar miċ-Ċina u mir-Russja. |
(233) |
Rigward il-volum tal-importazzjonijiet ta' GES miċ-Ċina u mir-Russja u l-ishma tagħhom mis-suq, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (189), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b'punt perċentwali wieħed (1), filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja żdied b'0,3 ta' punt perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, dawn iż-żidiet ma kinux ta' detriment għas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li, kif spjegat fil-premess li jmiss (189), żdied b'1,9 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
(234) |
L-istess parti interessata ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni kienet ineffiċjenti biex tipproduċi GES ta' dijametru iżgħar għaliex il-bejgħ ta' tali prodotti jirrappreżentaw parti biss mill-volum totali tal-bejgħ tagħhom. |
(235) |
Il-kundizzjonijiet tas-suq normalment jiżguraw li l-forniment, jiġifieri t-tip ta' prodott mibjugħ, ikun misjuq mid-domanda Billi d-dikjarazzjoni rigward l-ineffiċjenza tal-industrija tal-Unjoni biex tipproduċi GES b'dijamentru iżgħar ma kinitx sostanzjata aktar, l-arġument ġie miċħud. |
(236) |
L-istess parti interessata semmiet in-nuqqas ta' analiżi tal-impatt taż-żieda fil-kwantitajiet tal-importazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta' dumping minn pajjiżi oħra inklużi importazzjonijiet minn kumpaniji affiljati fl-Istati Uniti tal-Amerika, fil-Messiku, fil-Malasja u fil-Ġappun. |
(237) |
Kif indikat hawn fuq fil-premessa (187), il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Ġappun u mill-Messiku kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi żdied b'0,1 ta' punt perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u kien inqas minn 10 % bi tmiem il-PIR. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda evidenza li l-prezzijiet minn dawn il-pajjiżi kienu prezzijiet oġġett ta' dumping. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
(238) |
L-istess parti interessata qalet li meta kkalkulat il-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz u tas-sottokwotazzjoni tal-bejgħ skont it-tip, il-Kummissjoni użat in-numru ta' kontroll tal-prodott (product control number, “PCN”) li ma kien jikkunsidra l-materja prima użata, li għandha, madankollu impatt sinifikanti fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet. It-tqabbil ta' tipi ta' prodotti li jsiru bl-istess materja prima jkollu l-effett ta' tnaqqis fuq il-marġni tas-sottokwotazzjoni minn 9 % għal 8 %. |
(239) |
Tabilħaqq, id-differenza tal-materja prima ma kinitx riflessa fl-istruttura tal-PCN u għaldaqstant il-kalkolu tal-maġni ta' twaqqigħ tal-prezz u tas-sottokwotazzjoni tal-bejgħ ma kkunsidrax din id-differenza. Minkejja dan, meta t-tipi ta' prodotti nfirdu skont il-materja prima użata għall-finijiet tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tas-sottokwotazzjoni tal-bejgħ, kif issuġġerixxiet il-parti interessata wara d-divulgazzjoni, il-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz iddikjata fil-premessa(227) naqas b'1 punt perċentwali biss għal 8 %. Għaldaqstant, dan it-tnaqqis ma kellu l-ebda impatt materjali fuq il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami fir-rigward tal-marġni tas-sottokwotazzjoni tal-bejgħ. |
(240) |
L-istess parti interessata esprimiet dibju dwar il-livell ta' 8 % rigward il-mira tal-profitt stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u qalet li l-manifatturi tal-GES kienu qed jiffaċċaw telf minħabba t-tnaqqis fid-domanda internazzjonali għall-azzar u għalhekk il-mira ta' profitt ta' 8 % ma kinitx aktar ġustifikata. |
(241) |
Hija fakkret li l-livell tal-mira tal-profitt fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni jinħtieġ li jkun dak li jista' raġonevolment miksub f'ċirkostanzi normali tal-kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping/sussidjati. F'dan ir-rigward, kif innutat fil-premessa (34) tar-Regolament (KE) Nru 1628/2004, sar eżami kif suppost tal-livelli tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati kien fl-aktar punt baxx tagħhom (jiġifieri fl-1999). Għalhekk ġie definittivament konkluż li l-marġni tal-profitt li jista' raġonevolment ikun preżunt li jirrappreżenta l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta' sussidjar dannuż mill-Indja jinħtieġ li jiġi stabbilit fi 8 % għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni tad-dannu. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
(242) |
Fuq il-bażi ta' dak ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet f'qagħda estremament fraġili matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, li hija fil-biċċa l-kbira attribwibbli għall-kundizzjonijiet negattivi tas-suq u t-tnaqqis fil-konsum bħala konsegwenza. Għal din ir-raġuni, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ffukat fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu mill-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja. |
6. Il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dannu
(243) |
Sabiex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu li kieku jitħassru l-miżuri kontra l-Indja, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-produzzjoni tal-kapaċità u l-kapaċità żejda fl-Indja, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
(244) |
Fil-premessa (155) ġie konkluż li aktarx li l-produtturi esportaturi Indjani se jkomplu jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u saħansitra jżidu l-volumi tal-esportazzjonijiet attwali tagħhom u li dawn l-esportazzjonijiet aktarx li se jsiru bi prezzijiet sussidjati. |
(245) |
Kif stabbilit fil-premessi (139) u (140), il-kapaċità tal-Indja hija stmata għal madwar 160 000 tunnellata fil-PIR, filwaqt li l-kapaċità ta' riżerva hija stmata għal bejn 40 000 u 50 000 tunnellata, li rrappreżentaw bejn 29 % u 36 % tal-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (139), il-produtturi esportturi Indjani x'aktarx li jkomplu jkabbru l-kapaċità tagħhom fil-każ li tiżdied id-domanda. Kif imsemmi fil-premessa (142), fl-aħħar ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet Indjani imponew miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-GES miċ-Ċina. Konsegwentement kien mistenni li l-produtturi Indjani se jżidu s-sehem tagħhom mis-suq fis-suq domestiku. |
(246) |
Bħala konsegwenza tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni deskritta fil-premessi (152) sa (155), li jekk il-miżuri jitħassru, mill-inqas parti mill-kapaċità żejda aktarx tiġi diretta mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (143), il-produtturi Indjani huma ferm orjentati lejn l-esportazzjoni. Rigward il-prezzijiet tal-GES, kif deskritt fil-premessa (149), instabu livelli ta' prezzijiet ogħla minn dawk fl-Unjoni għal xi destinazzjonijiet tal-esportazzjonijiet Indjani. Madankollu minħabba t-taħlita differenti tal-prodott, din l-informazzjoni ma tnaqqasx mill-valutazzjoni ġenerali li kapaċità ġdida se tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni billi l-kredibbiltà ta' dan it-tqabbil tal-prezz hija limitata. |
(247) |
Kif indikat fil-premessa (146), il-miżuri tal-antidumping kontra l-importazzjonijiet ta' GES mill-Indja kienu ġew imposti mir-Russja u l-importazzjonijiet mill-Indja lejn ir-Russja naqsu b'mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan jimplika li l-aċċess għat-tielet suq ta' esportazzjoni prinċipali għall-produtturi esportaturi Indjani huwa ristrett u bil-kapaċità attwali jew kif x'aktarx tiżdied kif imsemmi fil-premessa (245), hemm probabbilta kbira li l-produtturi esportaturi Indjani se jżidu b'mod sinifikanti l-importazzjonijiet tagħhom tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(248) |
Kif stabbilit fil-premessa (185), il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani mingħajr id-dazji tal-antidumping u kompensatorji kieku jwaqqgħu l-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni b'9 %. Għall-produttur esportatur li ma kkooperax, il-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz mingħajr id-dazji tal-antidumping u kompensatorji inklużi ġie kkalkulat li jammonta għal 12 %. Din hija indikazzjoni ta' x'aktarx li jkun il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja li kieku jitħassru l-miżuri. Fuq il-bażi ta' dan, aktarx li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni se tiżdied b'mod sinifikanti jekk jitħassru l-miżuri, u b'hekk tkompli titgħarraq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(249) |
F'termini tal-volumi, huwa ferm probabbli li t-tħassir tal-miżuri se jippermetti li l-produtturi esportaturi Indjani jiggwadanjaw l-ishma mis-suq fis-suq tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-produttur esportatur li ma kkooperax, li bħalissa għandu r-rata ta' dazju ogħla ta' 15,7 % jkollu inċentiv qawwi sabiex ikompli bl-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Jekk isseħħ din is-sitwazzjoni, l-industrija tal-Unjoni taffaċċa tnaqqis immedjat fil-volumi ta' bejgħ u fl-ishma mis-suq tagħha. |
(250) |
Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi Indjani aktarx li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, f'termini tal-volumi ta' importazzjoni u tal-ishma mis-suq bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping u ssussidjati li jwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan se joħloq pressjoni akbar fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni b'impatt negattiv fuq il-profittabbiltà u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Dan ukoll se jkompli jgħarraq il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(251) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza tad-dannu f'każ li l-miżuri jiġu mħassra. |
E. L-INTERESS TAL-UNJONI
(252) |
Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri kompensatorji eżistenti kontra l-Indja tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. L-interess tal-Unjoni ġie kkalkulat abbażi tal-apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
(253) |
Huwa mfakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, kien meqjus li l-adozzjoni tal-miżuri ma kinitx tmur kontra l-interessi tal-Unjoni. |
(254) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament bażiku. |
(255) |
Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' ssussidjar u ta'rikorrenza tad-dannu, eżistewx raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti. |
1. L-interessi tal-industrija tal-Unjoni
(256) |
Kif spjegat fil-premessa (226), il-miżuri ppermettew li l-industrija tal-Unjoni żżomm l-ishma mis-suq tagħha. Fl-istess waqt, ġie konkluż ukoll fil-premessa (250), li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha fil-każ li l-miżuri kompensatorji fir-rigward tal-Indja jitħallew jiskadu. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li t-tkomplija tal-miżuri kontra l-Indja tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni. |
2. L-interess tal-importaturi/operaturi tas-suq
(257) |
Kif imsemmi fil-premessa (16), l-ebda importatur ma kkoopera jew ippreżenta ruħu fl-investigazzjoni kurrenti. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi li jisboq l-impatt pożittiv tal-miżuri. |
3. L-interessi tal-utenti
(258) |
Kif intqal fil-premessa (18), minn 53 utent ikkuntattjati, tmienja ssottomettew tweġiba għall-kwestjonarju. Erbgħa minnhom użaw il-GES importat mill-Indja. L-importazzjonijiet tagħhom irrappreżentaw madwar 20 % tal-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat mill-Indja. |
(259) |
Ta' min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma kienx ikun sinifikanti għall-utenti. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri għal għaxar snin, l-utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvisti tagħhom, fost l-oħrajn, mill-Indja. L-utenti ma ppreżentaw ebda informazzjoni li turi li kien hemm diffikultajiet biex jinstabu sorsi oħrajn u lanqas l-investigazzjoni ma sabet xi informazzjoni bħal din. |
(260) |
Barra dan, rigward l-effett tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, huwa mfakkar li kien konkluż fl-investigazzjoni oriġinali li, minħabba l-inċidenza negliġibbli fuq il-prezz tal-GES fuq l-industriji li jużawh, kull żjieda fil-prezz x'aktarx li ma kienx se jkollha effett sinifikanti fuq l-industrija li tużah. Dawn il-konklużjonijiet ġew ikkonfermati fir-rieżami kurrenti billi ma nstabet ebda indikazzjoni li turi bil-kontra wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-erba' utenti ma ppreżentaxi argument kontra ż-żamma tal-miżuri. |
(261) |
Federazzjoni minnhom tal-produtturi tal-azzar, il-federazzjoni tal-industrija tal-azzar tal-Ġermanja (Wirtschaftsvereinigung Stahl) opponiet il-kontinwazzjoni tal-miżuri u ddikjarat li l-miżuri rriżultaw fi żvantaġġi kompetittivi għall-produtturi tal-azzar fl-Unjoni meta mqabblin mal-produtturi tal-azzar f'reġjuni oħrajn li ma għandhom ebda miżura imposta fuq il-GES. Il-federazzjoni allegat li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tippermetti li l-industrija tal-Unjoni żżomm pożizzjoni dominanti. Madankollu, jidher ċar mill-iżvilupp tal-importazzjonijiet mill-Indja wara l-impożizzjoni tal-miżuri li l-importazzjonijiet mill-Indja komplew matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-GES qed jidħlu dejjem aktar fis-suq tal-Unjoni minn għadd ta' pajjiżi terzi oħra. |
(262) |
Abbażi ta' dan u b'konformità mal-konklużjonijiet stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali, huwa mistenni li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni b'saħħitha biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu estiżi l-miżuri eżistenti. |
4. Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni
(263) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti ta' interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri kompensatorji kurrenti kontra l-Indja. |
F. MIŻURI KOMPENSATORJI
(264) |
Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri kompensatorji li huma fis-seħħ. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw kummenti wara din id-divulgazzjoni. Il-preżentazzjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta. |
(265) |
Minn dan isegwi mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, li l-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja imposti bir-Regolament (UE) Nru 1185/2010, jinħtieġ li jinżammu. |
(266) |
Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur Indjan li kkoopera, talab llil-Kummissjoni biex tikkunsidra l-kontinwazzjoni tal-miżuri għal perjodu ta' sentejn. Madankollu, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali li tkun tiġġustifika li l-kontinwazzjon tal-miżuri tiġi limitata għal sentejn. |
(267) |
Ir-rati tad-dazju kompensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat magħmul minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
(268) |
Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju kompensatorju individwali (pereż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (26) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat assoċjat, pereżempju, ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament wara għandu jiġi emendat skont dan bl-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali. |
(269) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' elettrodi tal-grafit tat-tip użat għall-fran elettriċi, b'densità apparenti ta' 1,65 g/cm3 jew iżjed u b'reżistenza elettrika ta' 6,0 μ.Ω.m jew anqas, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u bżieżel użati għat-tali elettrodi, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010) kemm jekk huma importati flimkien jew joriġinaw separatament mill-Indja.
2. Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
Kumpanija: |
Rata tad-dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Graphite India Limited (GIL), 31 Chowringhee Road, Kolkatta — 700016, West Bengal |
6,3 |
A530 |
HEG Limited, Bhilwara Towers, A-12, Sector-1, Noida — 201301, Uttar Pradesh |
7,0 |
A531 |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
7,2 |
A999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 tat-13 ta' Settembru 2004 li jimponi taxxa kompensatorja definittiva u li jiġbor definittivament it-taxxa provviżorja imposta fuq l-importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 tat-13 ta' Settembru 2004 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1628/2004 li jimponi dazju definittiv ta' kumpens fuq importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja u r-Regolament (KE) Nru 1629/2004 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 24).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1185/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 332, 16.12.2010, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1186/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 332, 16.12.2010, p. 17).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93). Dan ir-Regolament ġie kkodifikat mir-Regolament bażiku.
(9) Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri kompensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 415, 15.12.2015, p. 25).
(10) Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 415, 15.12.2015, p. 33).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(12) It-tranżizzjoni minn DEPB għal DDS hija spjegata fost l-oħrajn fil-premessi minn (47) sa (54) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 tal-21 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalatli (PET) li joriġina mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 137, 23.5.2013, p. 1).
(13) http://dgft.gov.in/exim/2000/highlight2015.pdf
(14) ĠU C 394, 17.12.1998, p. 6.
(15) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1008/2004 tad-19 ta' Mejju 2004 li jimponi dazju kontra s-sussidju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi tal-elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 183, 20.5.2004, p. 35).
(16) http://www.google.be/url?sa=t&rct=j&q=&esrc=s&source=web&cd=1&cad=rja&uact=8&ved=0ahUKEwiqt6H2u9_QAhWEzRoKHYUwBVEQFggfMAA&url=http%3A%2F%2Fhegltd.com%2Fwebmaster%2FDownloadFile.aspx%3Fd%3D..%2Fuploads%2FFinance%2F70Results_Release.pdf&usg=AFQjCNGMpUymLm4BNOjIMmolLDgwSGgcDw
(17) http://content.icicidirect.com/mailimages/IDirect_GraphiteIndia_Q1FY16.pdf
(18) http://hegltd.com/ u http://www.graphiteindia.com/
(19) http://hegltd.com/WEBMASTER/DownloadFile.aspx?D=../Uploads/Newsletter/News9.pdf
(20) https://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html
(21) http://www.dgtr.gov.in/sites/default/files/adfin_Graphite_Electrodes_diameters_ChinaPR.pdf
(22) http://hegltd.com/pdf/HEGLtd_Q1_FY_16_Investors_Presentation.pdf
(23) http://www.graphiteindia.com/View/investor_relation.aspx (ara GIL Q3 FY2015 Earnings Presentation.pdf, paġna 14).
(24) http://www.eurasiancommission.org/_layouts/Lanit.EEC.Desicions/Download.aspx?IsDlg=0&ID=3805&print=1
(*1) Il-prezz medju ma jinkludix dazji tal-antidumping/kompensatorji fis-seħħ.
Sors: Il-bażi tad-data 14(6).
(25) Kemm id-dijametri żgħar kif ukoll dawk kbar tal-elettrodi tal-grafit huma inklużi fl-istess kodiċijiet TARIC.
(26) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Brussels, Belgium.
(27) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).