4.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/14

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/378

tat-3 ta' Marzu 2017

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata jressqu applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u materjali tas-sors tinkludi għadd ta' sustanzi li dwarhom l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) talbet dejta xjentifika addizzjonali li trid tingħata biex titlesta l-evalwazzjoni qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(5)

Fil-każ tas-sustanzi li ġejjin li jappartjenu għall-Evalwazzjoni tal-Grupp ta' Aromatizzanti (“FGE 203”) rev.1: l-iskadenza tal-31 ta' Diċembru 2012 ġiet stabbilita fil-lista tal-Unjoni għas-sottomissjoni tad-dejta xjentifika addizzjonali mitluba. Is-sustanzi li jappartjenu għal din il-FGE203 rev.1 huma: deka-2,4-dien-1-ol (FL nru 02.139), etta-2,4-dien-1-ol (Fl nru 02.153), eża-2,4-dien-1-ol (FL nru 02.162), nona-2,4-dien-1-ol (FL nru 02.188), eża-2(trans),4(trans)-dienal (FL nru 05.057), trideka-2(trans),4(ċis),7(ċis)-trienal (FL nru 05.064), nona-2,4-dienal (FL nru 05.071), 2,4-dekadienal (FL nru 05.081), etta-2,4-dienal (FL nru 05.084), penta-2,4-dienal (FL nru 05.101), undeka-2,4-dienal (FL nru 05.108), dodeka-2,4-dienal (FL nru 05.125), otta-2(trans),4(trans)-dienal (FL nru 05.127), deka-2(trans),4(trans)-dienal (FL nru 05.140), deka-2,4,7-trienal (FL nru 05.141), nona-2,4,6-trienal (FL nru 05.173), 2,4-ottadienal (FL nru 05.186), tr-2,tr-4-nonadienal (FL nru 05.194), tr-2,tr-4-undekadienal (FL nru 05.196), u aċetat ta' eża-2,4-dienil (FL nru 09.573). Tali dejta ġiet sottomessa mill-applikant.

(6)

Dak il-grupp kimiku jinkludi eża-2(trans),4(trans)-dienal (FL-nru: 05.057) u deka-2(trans),4(trans)-dienal (FL-nru: 05.140) li ntużaw bħala sustanzi rappreżentattivi għall-grupp u li għalihom ġiet sottomessa d-dejta dwar it-tossiċità.

(7)

L-Awtorità evalwat il-ġenotossicità ta' dawn iż-żewġ sustanzi rappreżentattivi fl-opinjoni xjentifika tagħha tas-26 ta' Marzu 2014 (4).

(8)

Għal eża-2(trans),4(trans)-dienal (FL-nru: 05.057) ikkonfermat it-tħassib dwar is-sikurezza bbażat fuq l-evidenza mill-pubblikazzjonijiet li jirrapportaw l-induzzjoni tal-addotti tad-DNA f'sistemi differenti in vitro u in vivo, il-klassifikazzjoni tal-IARC bħala karċinoġenu possibbli għall-bnedmin, b'konsiderazzjoni tal-konklużjoni li waslet għaliha l-IARC li d-dejta mekkanistika tipprovdi appoġġ addizzjonali għar-relevanza tad-dejta dwar il-karċinoġenità tal-annimali għall-bnedmin u li hemm evidenza moderata li l-induzzjoni ta' tumur tokkorri permezz ta' mekkaniżmu ġenotossiku.

(9)

Għal deka-2(trans),4(trans)-dienal (FL-nru: 05.140) waslet għall-konklużjoni li ma jistax jiġi eskluż mekkaniżmu ta' ġenotossiċità mhux tal-livell limitu abbażi tal-fatt li hemm xi indikazzjoni għall-ġenotossiċità in vivo u b'konsiderazzjoni li l-evidenza mill-istudji in vitro għall-induzzjoni ta' tipi differenti ta' ħsara fid-DNA (bażijiet tad-DNA ossidizzati u addotti goffi).

(10)

Kumplessivament, l-Awtorità kkonkludiet li t-tħassib dwar is-sikurezza fir-rigward tal-ġenotossiċità ma jistax jiġi injorat għaż-żewġ sustanzi rappreżentattivi tal-grupp u li din il-konklużjoni hija bl-istess mod applikabbli għas-sustanzi l-oħrajn tal-grupp FGE 203.

(11)

Il-partijiet konċernati indikaw li qed iwettqu varjetà ta' studji tat-tossiċità tas-sustanzi fil-grupp FGE 203 b'reazzjoni għat-tħassib espress mill-Awtorità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet għal iktar informazzjoni sabiex tevalwa kompletament is-sikurezza ta' dawk is-sustanzi.

(12)

Il-partijiet ta' appoġġ issottomettew l-istudji u l-informazzjoni fis-26 ta' Settembru 2016.

(13)

Sakemm tasal l-evalwazzjoni tal-Awtorità tas-sustanzi fil-grupp FGE, l-evalwazzjoni kompluta li se tasal eventwalment ta' dawn is-sustanzi skont il-proċedura tal-bord CEP tal-EFSA u t-tlestija tal-proċess regolatorju sussegwenti, jixraq li l-kundizzjonijiet tal-użu ta' dawk is-sustanzi jiġu limitati għall-użu preżenti tagħhom.

(14)

Minħabba raġunijiet tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti perjodi tranżitorji biex ikopru l-ikel li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, li tqiegħed fis-suq tal-Unjoni jew intbagħat minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(15)

Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan.

(16)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Ikel li miegħu nżdiedet kwalunkwe waħda mis-sustanzi aromatizzanti elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness u li tqiegħed legalment fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jista' jiġi kummerċjalizzat sad-data tiegħu ta' durabbiltà minima jew sad-data se meta għandu jintuża.

2.   Ikel li miegħu nżdiedet kwalunkwe waħda mis-sustanzi aromatizzanti elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, u li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness u li ġie importat fl-Unjoni minn pajjiż terz jista' jiġi kummerċjalizzat sad-data minima ta' durabbiltà tiegħu jew sad-data sa meta għandu jintuża, meta l-importatur ta' tali ikel jista' juri li dan intbagħat mill-pajjiż terz ikkonċernat u li kien fi triqtu lejn l-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-perjodi tranżitorji previsti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal taħlit ta' aromatizzanti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  Scientific Opinion on Flavouring Group Evaluation 203 Rev 1 (FGE.203 Rev1): alpha,beta-unsaturated aliphatic aldehydes and precursors from chemical subgroup 1.1.4 of FGE.19 with two or more conjugated double-bonds and with or without additional non-conjugated double-bonds. EFSA Journal 2014;12(4):3626, 31 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3626. Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal

ANNESS

It-Tabella 1 tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għal FL Nru 02.139 tinbidel b'li ġej:

“02.139

Deka-2,4-dien-1-ol

18409-21-7

1189

11748

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 1,5 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 9 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 15 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 2 mg/kg.

1

EFSA”

(b)

l-entrata għal FL Nru 02.153 tinbidel b'li ġej:

“02.153

Etta-2,4-dien-1-ol

33467-79-7

1784

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 35 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 25 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 30 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 50 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 50 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 25 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 50 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 100 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 25 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 50 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 25 mg/kg.

1

EFSA”

(c)

l-entrata għal FL Nru 02.162 tinbidel b'li ġej:

“02.162

Eża-2,4-dien-1-ol

111-28-4

1174

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 4 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 4 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 4 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 2 mg/kg.

1

EFSA”

(d)

l-entrata għal FL Nru 02.188 tinbidel b'li ġej:

“02.188

Nona-2,4-dien-1-ol

62488-56-6

1183

11802

Mill-anqas 92 %; komponent sekondarju 3-4 % 2-nonen-1-ol

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 14,5 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 2,5 mg/kg.

1

EFSA”

(e)

l-entrata għal FL Nru 05.057 tinbidel b'li ġej:

“05.057

Eża-2(trans),4(trans)-dienal

142-83-6

1175

640

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 15 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 20 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 0,05 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 15 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 15 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 20 mg/kg,

fil-kategorija 11 — mhux iktar minn 50 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 4 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 15 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 10 mg/kg.

1

EFSA”

(f)

l-entrata għal FL Nru 05.064 tinbidel b'li ġej:

“05.064

Trideka-2(trans),4(ċis),7(ċis)-trienal

13552-96-0

1198

685

Mill-anqas 71 %; komponenti sekondarji 14 % 4-ċis-7-ċis-tridekadienol; 6 % 3-ċis-7-ċis- tridekadienol; 5 % 2-trans-7-ċis-tridekadienal; 3 % 2-trans-4-trans-7-ċis-tridekatrienal

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 1 mg/kg.

1

EFSA”

(g)

l-entrata għal FL Nru 05.071 tinbidel b'li ġej:

“05.071

Nona-2,4-dienal

6750-03-4

1185

732

Mill-anqas 89 %; komponenti sekondarji 5-6 % 2,4-nonadien-1-ol u 1-2 % 2-nonen-1-ol

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1,5 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 10 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 11 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 1 mg/kg.

1

EFSA”

(h)

l-entrata għal FL Nru 05.081 tinbidel b'li ġej:

“05.081

2,4-Dekadienal

2363-88-4

3135

2120

Mill-anqas 89 %; taħlita tal-komponenti sekondarji (ċis, ċis)-; (ċis, trans)- u (trans, ċis)- 2,4-dekadienali (somma tal-isomeri kollha 95 %); aċeton u isopropanol

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1,5 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1,5 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux aktar minn 5 mg/kg (ħlief għall-kategorija 5.3 — mhux iktar minn 10 mg/kg),

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 10 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 11 — mhux iktar minn 7,5 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 20 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 1,5 mg/kg.

1

EFSA”

(i)

l-entrata għal FL Nru 05.084 tinbidel b'li ġej:

“05.084

Etta-2,4-dienal

4313-03-5

1179

729

Mill-anqas 92 %; komponenti sekondarji 2-4 % (E,Z)-2,4-ettadienal u 2-4 % aċidu 2,4-ettadienojku

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 0,5 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 6 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 6 mg/kg,

fil-kategorija 10 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 11 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 1 mg/kg.

1

EFSA”

(j)

l-entrata għal FL Nru 05.101 tinbidel b'li ġej:

“05.101

Penta-2,4-dienal

764-40-9

1173

11695

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 1 mg/kg.

1

EFSA”

(k)

l-entrata għal FL Nru 05.108 tinbidel b'li ġej:

“05.108

Undeka-2,4-dienal

13162-46-4

1195

10385

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 5 mg/kg.

Fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1 mg/kg.

Fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux aktar minn 1 mg/kg (ħlief għall-kategorija 5.3 — mhux iktar minn 10 mg/kg),

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 10 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 11 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 1 mg/kg.

1

EFSA”

(l)

l-entrata għal FL Nru 05.125 tinbidel b'li ġej:

“05.125

Dodeka-2,4-dienal

21662-16-8

1196

11758

Mill-anqas 85 %; komponent sekondarju 11-12 % 2-trans-4-ċis isomeru

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux aktar minn 1 mg/kg (ħlief għall-kategorija 5.3 — mhux iktar minn 10 mg/kg),

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 10 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 11 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 1 mg/kg.

1

EFSA”

(m)

l-entrata għal FL Nru 05.127 tinbidel b'li ġej:

“05.127

Otta-2(trans),4(trans)-dienal

30361-28-5

1181

11805

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 2 mg/kg.

1

EFSA”

(n)

l-entrata għal FL Nru 05.140 tinbidel b'li ġej:

“05.140

Deka-2(trans),4(trans)-dienal

25152-84-5

1190

2120

Mill-anqas 89 %; komponenti sekondarji 3-4 % taħlita ta' (ċis-ċis)-; (ċis-trans)- u (trans-ċis)- 2,4-dekadienali; 3-4 % aċeton u traċċa ta' isopropanol

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1,5 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1,5 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux aktar minn 5 mg/kg (ħlief għall-kategorija 5.3 — mhux iktar minn 10 mg/kg),

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 5 mg/kg

Fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 10 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 11 — mhux iktar minn 7,5 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 20 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 1,5 mg/kg.

1

EFSA”

(o)

l-entrata għal FL Nru 05.141 tinbidel b'li ġej:

“05.141

Deka-2,4,7-trienal

51325-37-2

1786

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 10 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 11 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 1 mg/kg.

1

EFSA”

(p)

l-entrata għal FL Nru 05.173 tinbidel b'li ġej:

“05.173

Nona-2,4,6-trienal

57018-53-8

1785

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 15 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 15 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 15 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 20 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 25 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 25 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 15 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 15 mg/kg.

1

EFSA”

(q)

l-entrata għal FL Nru 05.186 tinbidel b'li ġej:

“05.186

2,4-Ottadienal

5577-44-6

11805

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 2 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 2 mg/kg.

1

EFSA”

(r)

l-entrata għal FL Nru 05.194 tinbidel b'li ġej:

“05.194

tr-2, tr-4-Nonadienal

5910-87-2

732

Mill-anqas 89 %; komponenti sekondarji mill-inqas 5 % 2,4-nonadien-1-ol u 2-nonen-1-ol u isomeri oħra ta' 2,4-nonadienal

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1,5 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 10 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 11 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 1 mg/kg.

1

EFSA”

(s)

l-entrata għal FL Nru 05.196 tinbidel b'li ġej:

“05.196

tr-2, tr-4-Undekadienal

30361-29-6

10385

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 2 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux aktar minn 1 mg/kg (ħlief għall-kategorija 5.3 — mhux iktar minn 10 mg/kg),

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 5 mg/kg,

fil-kategorija 8 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 9 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 10 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 11 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 1 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 3 mg/kg,

fil-kategorija 16 — mhux iktar minn 1 mg/kg.

1

EFSA”

(t)

l-entrata għal FL Nru 09.573 tinbidel b'li ġej:

“09.573

Aċetat ta' eża-2,4-dienil

1516-17-2

1780

10675

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 25 mg/kg,

fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 20 mg/kg,

fil-kategorija 4.2 — mhux iktar minn 25 mg/kg,

fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 25 mg/kg,

fil-kategorija 6 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 25 mg/kg,

fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 10 mg/kg,

fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 20 mg/kg,

fil-kategorija 14.2 — mhux iktar minn 20 mg/kg,

fil-kategorija 15 — mhux iktar minn 25 mg/kg,