23.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/310

tat-22 ta' Frar 2017

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira għall-2018 dwar il-privazzjoni materjali, il-benesseri u d-diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, sabiex jiġi żgurat li, fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni, ikun hemm disponibbli dejta komparabbli u aġġornata, kemm trasversali kif ukoll lonġitudinali, dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

(2)

Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, kull sena għandhom jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni biex jispeċifikaw l-oqsma sekondarji fil-mira u l-fatturi varjabbli li jridu jiġu inklużi f'dik is-sena fil-komponent trasversali tal-UE-SILC. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tagħhom għall-modulu tal-2018 dwar il-privazzjoni materjali, il-benesseri u d-diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u tal-identifikaturi għall-modulu tal-2018 dwar il-privazzjoni materjali, il-benesseri u d-diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni, li hija parti mill-komponent trasversali tal-UE-SILC, għandha tkun bħal dik stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


ANNESS

Il-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u tal-identifikaturi għall-modulu tal-2018 dwar il-privazzjoni materjali, il-benesseri u d-diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni, li hija parti mill-komponent trasversali tal-UE-SILC, għandha tkun kif ġej:

1.   Unitajiet

Il-fatturi varjabbli fil-mira jikkonċernaw tipi differenti ta' unitajiet:

L-informazzjoni dwar il-benesseri u d-diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni trid tingħata għal kull membru attwali li jgħix f'unità domestika privata, jew, jekk ikun applikabbli, għal dawk kollha magħżula biex iwieġbu li għandhom 16-il sena u aktar.

L-informazzjoni dwar il-privazzjoni materjali tapplika fil-livell tal-unità domestika u tirreferi għall-unità domestika kollha kemm hi.

L-età tirreferi għall-età fi tmiem il-perjodu ta' referenza għall-introjtu.

2.   Il-metodu tal-ġbir tad-dejta

Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell tal-unità domestika, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membru tal-unità domestika li jwieġeb.

Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell individwali, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew, jekk applikabbli, ma' kull persuna magħżula biex twieġeb.

Fid-dawl tat-tip ta' informazzjoni li trid tinġabar, huma permessi biss intervisti personali (intervisti bi prokura huma eċċezzjoni għall-persuni li jkunu temporanjament assenti jew inabilitati) għall-fatturi varjabbli marbuta mal-privazzjoni materjali.

Mhumiex awtorizzati intervisti bi prokura għall-fatturi varjabbli li jirrigwardaw il-benesseri u d-diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni.

3.   Perjodu ta' referenza

Il-fatturi varjabbli fil-mira huma marbuta ma' tipi differenti ta' perjodi ta' referenza:

Il-perjodu ta' referenza attwali għall-fatturi varjabbli marbuta mal-privazzjoni materjali.

Il-perjodu ta' referenza attwali għall-varjabbli marbuta mal-benesseri, ħlief għall-ħames fatturi varjabbli dwar il-benesseri emozzjonali u fattur varjabbli wieħed dwar is-solitudni, li jirreferu għall-erba' ġimgħat preċedenti.

Kemm damu għaddejjin id-diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni fl-imgħoddi.

4.   Trażmissjoni tad-dejta

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) fil-Fajl tad-Dejta dwar l-Unità Domestika (il-fajl H) u fil-Fajl tad-Dejta Personali (il-fajl P) wara l-fatturi varjabbli primarji fil-mira.

Identifikatur tal-fattur varjabbli

Fattur varjabbli fil-mira

Privazzjoni materjali

HS070

Għandek telefown (inkluż telefown ċellulari)?

Iva

Le — ma naffordjax

Le — raġuni oħra

HS070_F

Mimlija

Nieqsa

HS080

Għandek televiżjoni bil-kulur?

Iva

Le — ma naffordjax

Le — raġuni oħra

HS080_F

Mimlija

Nieqsa

HS100

Għandek magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ?

Iva

Le — ma naffordjax

Le — raġuni oħra

HS100_F

Mimlija

Nieqsa

Benesseri

PW010T

Sodisfazzjon ġenerali bil-ħajja

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

Ma nafx

PW010T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW240T

Esklużjoni soċjali perċepita

Minn 0 (Ma jien eskluż xejn) sa 10 (Eskluż kompletament)

Ma nafx

PW240T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW040T

Għajnuna materjali

Iva

Le

PW040T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW110T

Għajnuna mhux materjali

Iva

Le

PW110T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW030T

Sodisfazzjon bis-sitwazzjoni finanzjarja

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

Ma nafx

PW030T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW160T

Sodisfazzjon bir-relazzjonijiet personali

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

Ma nafx

PW160T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW120T

Sodisfazzjon bil-mod kif ngħaddi l-ħin (l-ammont ta' ħin liberu)

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

Ma nafx

PW120T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW100T

Sodisfazzjon bl-impjieg

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

Ma nafx

PW100T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PL031 mhux = 1, 2, 3 jew 4

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW190T

Kemm tafda lill-oħrajn

Minn 0 (Ma nafda xejn) sa 10 (Nafda kompletament)

Ma nafx

PW190T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW230T

Kemm tħossok waħdek

Il-ħin kollu

Kważi l-ħin kollu

Kultant

Rari

Qatt

Ma nafx

PW230T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW050T

Inħossni nervuż ħafna

Il-ħin kollu

Kważi l-ħin kollu

Kultant

Rari

Qatt

Ma nafx

PW050T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW060T

Inħossni mdejjaq

Il-ħin kollu

Kważi l-ħin kollu

Kultant

Rari

Qatt

Ma nafx

PW060T_F

Mimlija

Nieqsa

Mhux magħżul biex iwieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW070T

Inħossni kalm u seren

Il-ħin kollu

Kważi l-ħin kollu

Kultant

Rari

Qatt

Ma nafx

PW070T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW080T

Inħossni qalbi maqtugħa jew depress

Il-ħin kollu

Kważi l-ħin kollu

Kultant

Rari

Qatt

Ma nafx

PW080T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PW090T

Inħossni kuntent

Il-ħin kollu

Kważi l-ħin kollu

Kultant

Rari

Qatt

Ma nafx

PW090T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

Diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni (FAKULTATTIV)

PHD01T

Esperjenza fl-imgħoddi ta' diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni (FAKULTATTIV)

Iva, għext temporanjament fid-dar ta' ħbieb jew qraba

Iva, għext f'akkomodazzjoni ta' emerġenza jew f'akkomodazzjoni temporanja oħra

Iva, għext f'post mhux maħsub bħala dar permanenti

Iva, irqadt barra jew f'post pubbliku

Le

PHD01T_F

Mimlija

Nieqsa

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mhux applikabbli PB010≠2018

PHD02T

Tul ta' żmien tal-aktar esperjenza reċenti ta' diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni (FAKULTATTIV)

Tul ta' żmien

PHD02T_F

Mimlija

Nieqsa

Mhux magħżul biex iwieġeb

Mhux applikabbli PHD01T = NO

Mhux applikabbli PB010≠2018

PHD03T

Ir-raġuni ewlenija għad-diffikultajiet li kellek fl-imgħoddi marbuta mal-abitazzjoni (FAKULTATTIV)

Relazzjoni jew problemi familjari

Problemi tas-saħħa

Qgħad

Tmiem il-kuntratt tal-kiri

Akkomodazzjoni mhux abitabbli

Tlaqt minn istituzzjoni fejn kont ilek għal żmien twil u ma kellek imkien fejn tmur tgħix

Problemi finanzjarji/introjtu insuffiċjenti

Oħrajn

PHD03T_F

Mimlija

Nieqsa

Mhux magħżul biex iwieġeb

Mhux applikabbli PHD01T = NO

Mhux applikabbli PB010≠2018

PHD04T

Raġuni oħra għad-diffikultajiet li kellek fl-imgħoddi marbuta mal-abitazzjoni (FAKULTATTIV)

Relazzjoni jew problemi familjari

Problemi tas-saħħa

Qgħad

Tmiem il-kuntratt tal-kiri

Akkomodazzjoni mhux abitabbli

Tlaqt minn istituzzjoni fejn kont ilek għal żmien twil u ma kellek imkien fejn tmur tgħix

Problemi finanzjarji/introjtu insuffiċjenti

Oħrajn

Le — raġuni oħra

PHD04T_F

Mimlija

Nieqsa

Mhux magħżul biex iwieġeb

Mhux applikabbli PHD01T = NO

Mhux applikabbli PB010≠2018

PHD05T

Intemmew id-diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni (FAKULTATTIV)

Relazzjoni eżistenti, ġdida jew imġedda mal-familja jew mas-sieħeb/sieħba

Indirizzajt il-problemi tas-saħħa

Sibt impjieg

Mort ngħix f'akkomodazzjoni privata sussidjata jew soċjali

Oħrajn

Għadni qed niffaċċja diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni

PHD05T_F

Mimlija

Nieqsa

Mhux magħżul biex iwieġeb

Mhux applikabbli PHD01T = NO

Mhux applikabbli PB010≠2018