11.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/53


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/243

tal-10 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 rigward l-Istat Membru korelatur għas-sustanza attiva metaldeid

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (2) jalloka l-evalwazzjoni ta' kull sustanza attiva lil Stat Membru relatur u lil Stat Membru korelatur. Bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati jitqies li hu neċessarju li jinbidel l-Istat Membru korelatur għas-sustanza attiva metaldeid filwaqt li jinżamm il-bilanċ rigward id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u l-ħidma fost l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-koevalwazzjoni għall-finijiet tal-proċeduri ta' tiġdid għall-metaldeid tiġi assenjata lill-Awstrija.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012, l-annotazzjoni għas-sustanza attiva metaldeid tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Metaldeid

PL

AT”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta' Lulju 2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta' tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).