11.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/238
tal-10 ta' Frar 2017
li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumaturi (“SCCS”), fl-opinjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2008 (2) ikkonkluda li l-użu tal-Benzofenon-3 bħala filter tal-UV f'konċentrazzjoni sa 6 % w/w fil-prodotti kożmetiċi li jipproteġu mix-xemx u sa' 0,5 % w/w fit-tipi kollha ta' prodotti kożmetiċi għall-protezzjoni tal-formulazzjoni ma' jippreżentax riskju għas-saħħa umana, għajr il-potenzjal ta' effett allerġeniku mal-kuntatt jew fotoallerġeniku tiegħu. |
(2) |
Għaldaqstant, il-konċentrazzjoni massima attwali ta' 10 % w/w fil-każ tal-Benzofenon-3 użat bħala filter tal-UV fil-prodotti kożmetiċi għandha titnaqqas għal 6 % w/w. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
L-applikazzjoni tal-konċentrazzjoni massima l-ġdida għandha tiġi deferita biex l-industrija tingħata ż-żmien ħalli twettaq l-aġġustamenti neċessarji għall-formulazzjonijiet tal-prodotti. B'mod partikolari, l-azjendi għandhom jingħataw sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji ħalli jqiegħdu fis-suq prodotti konformi u ma jkomplux jagħmlu għad-dispożizzjoni l-prodotti li diġà tqiegħdu fis-suq li mhumiex konformi mal-konċentrazzjoni massima l-ġdida. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta' Settembru 2017.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih jiġi ppublikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCP 1201/08
ANNESS
Fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-entrata 4 tinbidel b'dan li ġej:
In-numru ta' referenza |
L-identifikazzjoni tas-sustanza |
Kundizzjonijiet |
Il-kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet |
|||||
Isem kimiku/INN/XAN |
L-isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni |
In-numru CAS |
In-numru KE |
It-tip ta' prodott, il-partijiet tal-ġisem |
Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu |
Oħrajn |
||
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
“4 |
2-Idrossi-4-metossibenzofenon/Ossibenzon |
Benzofenon-3 |
131-57-7 |
205-031-5 |
|
6 % |
Mhux aktar minn 0,5 % għall-protezzjoni tal-formulazzjoni tal-prodott |
Fih il-Benzofenon-3 (1)” |