1.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/101 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/162
tal-31 ta' Jannar 2017
li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd ta' ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2015 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:
|
(2) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2016 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:
|
(3) |
Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati għalih, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta' dak l-Istat Membru. |
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2226 (9) stabbilixxa tnaqqis ta' kwoti tas-sajd għal ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd eċċessiv ta' dawk l-istokkijiet fis-snin ta' qabel. |
(5) |
Madankollu, għal ċerti Stati Membri ma seta' jsir ebda tnaqqis bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 mill-kwoti allokati għall-istokkijiet li nstadu b'mod eċċessiv, għaliex dawn il-kwoti ma kinux disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2016. |
(6) |
L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistipula li, jekk ma jkunx possibbli li jsir tnaqqis fuq l-istokk li nstad b'mod eċċessiv fis-sena ta' wara dik is-sena fejn sar is-sajd eċċessiv, għaliex l-Istat Membru kkonċernat ma għandux kwota disponibbli, it-tnaqqis għandu jsir fuq stokkijiet oħrajn fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 72/07 (10) dan it-tnaqqis għandu preferibbilment isir minn kwoti allokati għal stokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet is-sajd li jeċċedi l-kwota, filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat l-iskartar tal-ħut fis-sajd imħallat. |
(7) |
F'ċerti każijiet, ġew konklużi skambji ta' opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) li ppermettew li jsir tnaqqis parzjali mill-istess stokkijiet fil-qafas tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226. It-tnaqqis li jifdal għandu jitqassam fuq il-kwoti ta' stokkijiet oħrajn skont l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
(8) |
L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati dwar it-tnaqqis propost minn kwoti allokati għal stokkijiet oħrajn differenti minn dawk li kienu suġġetti għas-sajd eċċessiv. |
(9) |
Fl-2015 Spanja qabżet il-kwota tas-sajd tagħha ta' rebekkini u raj fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottożoni VIII u IX (SRX/89-C.) tal-ICES. Permezz ta' ittra tat-30 ta' Settembru 2016, Spanja talbet li jitqassam it-tnaqqis dovut fuq sentejn. Meta titqies l-informazzjoni li ngħatat u meta wieħed jikkunsidra li telf sinifikanti tal-kwota jirriżulta fi skart eċċessiv tal-ispeċijiet ikkonċernati, bi qbil mal-punt 3(b) tal-Komunikazzjoni 2012/C 72/07, din it-talba tista' tintlaħaq. |
(10) |
Rigward iċ-ċiċċirella fiż-żona ġeografika tat-taqsimiet IIa, IIIa u tas-sottotaqsima IV tal-ICES, billi fl-2015 id-Danimarka qabżet il-kwoti totali tagħha fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona ta' ġestjoni 1, kif iddefinit fl-Anness IID tar-Regolament (UE) 2015/104 jeħtieġ li twettaq it-tnaqqis. Fl-2016 setgħu jsiru qabdiet minimi taċ-ċiċċirella f'dawn l-ilmijiet biex tiġi ssorveljata l-abbundanza taċ-ċiċċirella. Madankollu, b'dan it-tnaqqis huwa impossibbli li tinżamm is-sistema ta' sorveljanza (12) ssuġġerita mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) għall-ġestjoni taċ-ċiċċirella. Għalhekk, it-tnaqqis għall-kwoti mistada żżejjed mid-Danimarka fl-2015 f'din iż-żona għandu jitwettaq miż-żona ta' ġestjoni 3 taċ-ċiċċirella. |
(11) |
Barra minn hekk, ċertu tnaqqis stipulat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 jidher li huwa akbar mill-kwota addattata disponibbli għas-sena 2016 u, b'riżultat ta' dan, it-tnaqqis ma jistax isir kollu f'dik is-sena. Skont il-Komunikazzjoni 2012/C 72/07, l-ammonti li jifdal għandhom jitnaqqsu mill-kwoti addattati disponibbli fis-snin ta' wara sa ma jintradd lura l-ammont kollu tas-sajd eċċessiv. |
(12) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 għandu jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2016 li huma stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1367/2014, (UE) 2015/2072, (UE) 2016/72 u (UE) 2016/73 li hemm referenza għalihom fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jitnaqqsu permezz tat-twettiq tat-tnaqqis tal-istokkijiet alternattivi stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 tal-10 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 tad-19 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 19, 24.1.2015, p. 8).
(6) ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 tas-17 ta' Novembru 2015 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014 u (UE) 2015/104 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/73 tat-18 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 16, 23.1.2016, p. 1).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2226 tad-9 ta' Diċembru 2016 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 336, 10.12.2016, p. 28).
(10) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(12) http://www.ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Expert%20Group%20Report/acom/2016/HAWG/13%20HAWG%20Report%202016%20-%20Sec%2011%20Sandeel%20in%20Division%203.a%20and%20Subarea%204.pdf.
ANNESS I
Tnaqqis mill-kwoti għall-istokkijiet alternattivi
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Il-ħatt l-art permess għall-2015 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1) |
Qabdiet totali fl-2015 (kwantità f'kilogrammi) |
Konsum tal-kwota (%) |
Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f'kilogrammi) |
Fattur ta' multiplikazzjoni (2) |
Tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti (5) (kwantità f'kilogrammi) |
Tnaqqis tal-2016 (Il-kwantità f'kilogrammi) |
Tnaqqis diġà applikat fl-2016 fuq l-istess stokk (kwantità f'kilogrammi) (6) |
Kwantità li jifdal li għandha titnaqqas fuq stokk alternattiv (f'kilogrammi) |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
(10) |
(11) |
(12) |
(13) |
(14) |
(15) |
|
||||||||||||||
DK |
DGS |
03 A-C. |
Mazzola griża/mazzola |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIIa |
0 |
3 840 |
Ma japplikax |
3 840 |
1,00 |
/ |
/ |
3 840 |
0 |
3 840 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
DK |
NEP |
3 A/BCD |
Skampu |
Iż-żona IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottotaqsimiet 22-32 |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
3 840 |
|
||||||||||||||
DK |
DGS |
2AC4-C |
Mazzola griża/mazzola |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
0 |
1 540 |
Ma japplikax |
1 540 |
1,00 |
/ |
/ |
1 540 |
0 |
1 540 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
DK |
NEP |
2AC4-C |
Skampu |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
1 540 |
|
||||||||||||||
DK |
NOP |
04-N. |
Merluzz tan-Norveġja |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV |
0 |
28 270 |
Ma japplikax |
28 270 |
1,00 |
/ |
/ |
28 270 |
0 |
28 270 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
DK |
NOP |
2A3A4. |
Merluzz tan-Norveġja |
Iż-żona IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
28 270 |
|
||||||||||||||
ES |
BUM |
ATLANT |
Marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
20 360 |
134 082 |
658,56 |
113 722 |
2,0 |
A |
172 878 |
514 044 |
0 |
514 044 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
ES |
SWO |
AN05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
514 044 |
|
||||||||||||||
ES |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt tal-Groenlandja |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
0 |
24 239 |
Ma japplikax |
24 239 |
1,00 |
A |
/ |
36 359 |
0 |
36 359 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
ES |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
36 359 |
|
||||||||||||||
FR |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt tal-Groenlandja |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
2 000 |
7 957 |
397,85 |
5 957 |
1,00 |
/ |
/ |
5 957 |
0 |
5 957 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
FR |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
5 957 |
|
||||||||||||||
NL |
ANE |
08. |
Inċova |
VIII |
0 |
12 493 |
Ma japplikax |
12 493 |
1,00 |
/ |
/ |
12 493 |
0 |
12 493 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
NL |
WHB |
1X14 |
Stokkafixx |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
12 493 |
|
||||||||||||||
NL |
HKE |
3 A/BCD |
Merluzz |
Iż-żona IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottotaqsimiet 22-32 |
0 |
1 575 |
Ma japplikax |
1 575 |
1,00 |
A+C (7) |
/ |
2 363 |
0 |
2 363 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
NL |
HKE |
2AC4-C |
Merluzz |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
2 363 |
|
||||||||||||||
NL |
WHG |
56-14 |
Merlangu |
VI; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV. |
0 |
11 475 |
Ma japplikax |
11 475 |
1,00 |
/ |
/ |
11 475 |
0 |
11 475 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
NL |
HKE |
8ABDE. |
Merluzz |
VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
11 475 |
|
||||||||||||||
PT |
GHL |
1N2AB. |
Il-ħalibatt tal-Groenlandja |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
0 |
6 098 |
Ma japplikax |
6 098 |
1,00 |
/ |
/ |
6 098 |
0 |
6 098 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
PT |
RED |
1N2AB. |
Redfish |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
6 098 |
|
||||||||||||||
PT |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
9 700 |
9 690 |
99,90 |
– 10 |
/ |
/ |
145 616 |
145 606 |
53 |
145 553 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
PT |
RED |
1N2AB. |
Redfish |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
145 553 |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, it-trasferimenti tal-kwoti mill-2014 għall-2015 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) skont l-Artikolu 5a tar-Regolament (UE) Nru 1221/2014, skont l-Artikolu 18a tar-Regolament (UE) 2015/104 jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd żejjed li jkun daqs 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2013, 2014 u 2015. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.
(5) Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2015 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1801 (ĠU L 263, 8.10.2015, p. 19) kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2404 (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 73) billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.
(6) Il-kwantitajiet li jistgħu jitnaqqsu fuq l-istess stokk permezz tal-iskambju ta' opportunitajiet tas-sajd konklużi skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
(7) Il-fatturi ta' multiplikazzjoni addizzjonali mhumiex kumulattivi u jinħadmu darba biss.
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS
Tnaqqis mill-kwoti tal-istokkijiet li sar sajd eċċessiv tagħhom
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwota oriġinali tal-2015 (f'kilogrammi) |
Il-ħatt l-art permess għall-2015 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1) |
Qabdiet totali fl-2015 (kwantità f'kilogrammi) |
Il-konsum tal-kwota relatat mal-ħatt l-art permess (%) |
Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f'kilogrammi) |
Fattur ta' Multiplikazzjoni (2) |
Tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti (5) (kwantità f'kilogrammi) |
Tnaqqis li għandu jsir fl-2016 (kwantità f'kilogrammi) (6) |
Tnaqqis li diġà sar fl-2016 (kwantità f'kilogrammi) (7) |
Għandu jitnaqqas fl-2017 u fis-sena/snin ta' wara (kwantità f'kilogrammi) |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
(10) |
(11) |
(12) |
(13) |
(14) |
(15) |
(16) |
BE |
SOL |
24-C. |
Lingwata komuni |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
991 000 |
929 510 |
939 590 |
101,08 |
10 080 |
/ |
/ |
/ |
10 080 |
10 080 |
/ |
BE |
SRX |
07D. |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId |
72 000 |
70 511 |
69 495 |
98,56 |
– 1 016 |
/ |
/ |
1 097 |
81 |
81 |
/ |
BE |
SRX |
2AC4-C |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
211 000 |
245 500 |
256 147 |
104,34 |
10 647 |
/ |
/ |
/ |
10 647 |
10 647 |
/ |
BE |
SRX |
67AKXD |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k |
725 000 |
915 262 |
918 243 |
100,33 |
2 981 |
/ |
/ |
/ |
2 981 |
2 981 |
/ |
DE |
T/B |
2AC4-C |
Barbun imperjali/Barbun lixx |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
186 000 |
349 000 |
350 186 |
100,34 |
1 186 |
/ |
/ |
/ |
1 186 (12) |
1 186 |
/ |
DK |
COD |
03AN. |
Bakkaljaw |
L-Iskagerrak |
3 336 000 |
3 223 407 |
3 349 360 |
103,91 |
125 923 |
/ |
(C) (8) |
/ |
125 923 |
125 923 |
/ |
DK |
DGS |
03 A-C. |
Mazzola griża/mazzola |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIIa |
0 |
0 |
3 840 |
Ma japplikax |
3 840 |
1,00 |
/ |
/ |
3 840 |
3 840 |
/ |
DK |
DGS |
2AC4-C |
Mazzola griża/mazzola |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
0 |
0 |
1 540 |
Ma japplikax |
1 540 |
1,00 |
/ |
/ |
1 540 |
1 540 |
/ |
DK |
HER |
03 A-BC |
Aringi |
Iż-żona IIIa |
5 692 000 |
5 770 000 |
6 056 070 |
104,96 |
286 070 |
/ |
/ |
/ |
286 070 |
286 070 |
/ |
DK |
NOP |
04-N. |
Merluzz tan-Norveġja |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV |
0 |
0 |
28 270 |
Ma japplikax |
28 270 |
1,00 |
/ |
/ |
28 270 |
28 270 |
/ |
DK |
SAN |
234_1 |
Ċiċċirella |
Żona ta' ġestjoni 1 taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni |
125 459 000 |
115 924 000 |
130 977 950 |
112,99 |
15 053 950 |
1,2 |
/ |
/ |
18 064 740 |
18 064 740 (14) |
/ |
DK |
SAN |
234_6 |
Ċiċċirella |
Żona ta' ġestjoni 6 taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni |
206 000 |
219 000 |
228 860 |
104,50 |
9 860 |
/ |
/ |
/ |
9 860 |
9 860 |
/ |
ES |
ALF |
3X14- |
Fonsa ħamra |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |
67 000 |
80 045 |
62 544 |
78,13 |
– 9 496 (9) |
/ |
/ |
16 159 |
6 663 |
5 846 |
817 |
ES |
ANE |
08. |
Inċova |
VIII |
22 500 000 |
22 923 784 |
24 068 471 |
104,99 |
1 144 687 |
/ |
/ |
/ |
1 144 687 |
1 144 687 |
/ |
ES |
BSF |
8910- |
Ċinturin Iswed |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X |
12 000 |
30 050 |
110 |
0,37 |
– 26 936 (10) |
/ |
/ |
29 639 |
2 703 |
0 |
2 703 |
ES |
BUM |
ATLANT |
Marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
10 360 |
20 360 |
134 082 |
658,56 |
113 722 |
2.0 |
A |
172 878 |
514 044 |
514 044 |
/ |
ES |
COD |
1/2B |
Bakkaljaw |
I u IIb |
13 283 000 |
12 182 091 |
12 391 441 |
101,72 |
209 350 |
/ |
/ |
/ |
209 350 |
209 350 |
/ |
ES |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt tal-Groenlandja |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
0 |
24 239 |
Ma japplikax |
24 239 |
1,00 |
A |
/ |
36 359 |
36 359 |
/ |
ES |
RED |
N3LN. |
Redfish |
Iż-żona 3LN tan-NAFO |
/ |
171 440 |
173 836 |
101,40 |
2 396 |
/ |
/ |
/ |
2 396 |
2 396 |
/ |
ES |
SOL |
8AB. |
Lingwata komuni |
VIIIa u VIIIb |
9 000 |
6 968 |
7 397 |
106,13 |
(429) (11) |
/ |
2 759 |
2 759 |
2 759 |
/ |
|
ES |
SRX |
67AKXD |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k |
43 800 |
412 000 |
445 713 |
108,18 |
33 713 |
/ |
/ |
/ |
33 713 |
33 713 |
/ |
ES |
SRX |
89-C. |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX |
1 057 000 |
650 485 |
771 246 |
118,56 |
120 761 |
1,2 |
/ |
118 622 |
263 535 |
131 768 (15) |
131 767 (15) |
ES |
USK |
567EI. |
Tusk |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII |
46 000 |
135 008 |
62 646 |
46,40 |
– 72 362 |
/ |
/ |
58 762 |
0 |
/ |
/ |
ES |
WHM |
ATLANT |
Marlin abjad |
L-Oċean Atlantiku |
24 310 |
24 310 |
68 613 |
282,24 |
44 303 |
1,00 |
A |
72 539 |
138 994 |
0 |
138 994 |
FR |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt tal-Groenlandja |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
2 000 |
7 957 |
397,85 |
5 957 |
1,00 |
/ |
/ |
5 957 |
5 957 |
/ |
FR |
HAD |
7X7A34 |
Merluzz tal-linja sewda |
VIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
5 561 000 |
5 760 984 |
5 775 607 |
100,25 |
14 623 |
/ |
/ |
/ |
14 623 |
14 623 |
/ |
FR |
PLE |
7HJK. |
Barbun tat-tbajja' |
VIIh, VIIj u VIIk |
17 000 |
57 007 |
59 833 |
104,95 |
2 826 |
/ |
/ |
/ |
2 826 |
2 826 |
/ |
FR |
SRX |
07D. |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId |
602 000 |
591 586 |
689 868 |
116,61 |
98 282 |
1,00 |
/ |
/ |
98 282 |
98 282 |
/ |
FR |
SRX |
89-C. |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX |
1 298 000 |
1 507 000 |
1 578 469 |
104,74 |
71 469 |
/ |
/ |
/ |
71 469 |
71 469 |
/ |
IE |
COD |
07 A. |
Bakkaljaw |
Fiż-żona VIIa |
120 000 |
134 776 |
138 122 |
102,48 |
3 346 |
/ |
/ |
/ |
3 346 |
3 346 |
/ |
IE |
SRX |
67AKXD |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k |
1 048 000 |
946 554 |
1 044 694 |
110,37 |
98 140 |
1,00 |
/ |
/ |
98 140 |
98 140 |
/ |
NL |
ANE |
08. |
Inċova |
VIII |
/ |
0 |
12 493 |
Ma japplikax |
12 493 |
1,00 |
/ |
/ |
12 493 |
12 493 |
/ |
NL |
COD |
2A3AX4 |
Bakkaljaw |
IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; u l-parti taż-żona IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u minn Kattegat |
2 800 000 |
1 340 520 |
1 348 815 |
100,62 |
8 295 |
/ |
(C) (8) |
/ |
8 295 |
8 295 |
/ |
NL |
HER |
*25B-F |
Aringi |
II, Vb fit-Tramuntana ta' 62° N (l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe) |
1 104 000 |
1 841 160 |
2 230 998 |
121,17 |
389 838 |
1,4 |
/ |
/ |
545 773 |
522 222 |
23 551 |
NL |
HKE |
3 A/BCD |
Merluzz |
Iż-żona IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottotaqsimiet 22-32 |
/ |
0 |
1 575 |
Ma japplikax |
1 575 |
1,00 |
A+C (13) |
/ |
2 363 |
2 363 |
/ |
NL |
MAC |
*3A4BC |
Kavalli |
IIIa u IVbc |
490 000 |
1 084 500 |
1 090 087 |
100,52 |
5 587 |
/ |
/ |
/ |
5 587 |
5 587 |
/ |
NL |
POK |
2A34. |
Pollakkju iswed |
IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Sottotaqsimiet 22-32 |
68 000 |
56 600 |
63 411 |
112,03 |
6 811 |
1,00 |
/ |
/ |
6 811 |
5 754 |
1 057 |
NL |
SRX |
2AC4-C |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
180 000 |
245 300 |
252 765 |
103,04 |
7 465 |
/ |
/ |
/ |
7 465 |
7 465 |
/ |
NL |
T/B |
2AC4-C |
Barbun imperjali u barbun lixx |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
2 579 000 |
2 783 000 |
2 793 239 |
100,37 |
10 239 |
/ |
/ |
/ |
10 239 |
10 239 |
/ |
NL |
WHB |
1X14 |
Stokkafixx |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV |
36 711 000 |
55 297 456 |
55 584 332 |
100,52 |
286 876 |
/ |
/ |
/ |
286 876 |
286 876 |
/ |
NL |
WHG |
2AC4. |
Merlangu |
IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa |
699 000 |
527 900 |
547 717 |
103,75 |
19 817 |
/ |
/ |
/ |
19 817 |
19 817 |
/ |
NL |
WHG |
56-14 |
Merlangu |
VI; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV |
/ |
0 |
11 475 |
Ma japplikax |
11 475 |
1,00 |
/ |
/ |
11 475 |
11 475 |
/ |
PT |
GHL |
1N2AB |
Il-ħalibatt tal-Groenlandja |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
0 |
6 098 |
Ma japplikax |
6 098 |
1,00 |
/ |
/ |
6 098 |
6 098 |
/ |
PT |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
9 700 |
9 690 |
99,90 |
– 10 |
/ |
/ |
145 616 |
145 606 |
53 |
145 553 |
UK |
COD |
2A3AX4 |
Bakkaljaw |
IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; u l-parti taż-żona IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u minn Kattegat |
11 369 000 |
14 828 600 |
14 846 189 |
100,12 |
17 589 |
/ |
(C) (8) |
/ |
17 589 |
17 589 |
/ |
UK |
HER |
4AB. |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N |
62 292 000 |
66 892 860 |
68 024 970 |
101,69 |
1 132 100 |
/ |
/ |
/ |
1 132 110 |
1 132 110 |
/ |
UK |
MAC |
2CX14- |
Kavalli |
VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV |
245 363 000 |
237 093 794 |
242 496 391 |
102,28 |
5 402 597 |
/ |
(A) (8) |
/ |
5 402 597 |
5 402 597 |
/ |
UK |
MAC |
*3A4BC |
Kavalli |
IIIa u IVbc |
490 000 |
620 500 |
626 677 |
101,00 |
6 177 |
/ |
/ |
/ |
6 177 |
6 177 |
/ |
UK |
SAN |
234_1 |
Ċiċċirella |
Żona ta' ġestjoni 1 taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni |
2 742 000 |
1 219 400 |
2 000 034 |
164,02 |
780 634 |
2,00 |
/ |
/ |
1 561 268 |
95 100 |
1 466 168 |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2014 għall-2015 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) skont l-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16), skont l-Artikolu 18a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1) jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun daqs 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2013, 2014 u 2015. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.
(5) Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2015 skont ir-Regolament (UE) 2015/1801 kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2404 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.
(6) It-tnaqqis li għandu jsir fl-2016 kif stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2226 (ĠU L 336, 10.12.2016, p. 38).
(7) It-tnaqqis li għandu jsir fl-2016 li jista' jiġi effettivament applikat filwaqt li titqies il-kwota disponibbli fil-jum tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226.
(8) Il-fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.
(9) Il-kwantità mhux utilizzata li jifdal wara t-trasferiment ta' 8 005 kilogrammi mill-2015 għall-2016 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1142 (ĠU L 189, 14.7.2016, p. 9).
(10) Il-kwantità mhux utilizzata li jifdal wara t-trasferiment ta' 3 004 kilogrammi mill-2015 għall-2016 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1142.
(11) Il-kwantitajiet ta' inqas minn tunnellata ma jitqisux.
(12) Fuq talba tal-Ġermanja, il-Kummissjoni ppermettiet ħatt l-art addizzjonali sa 10 % tal-kwota għal T/B skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
(13) Il-fatturi ta' multiplikazzjoni addizzjonali mhumiex kumulattivi u jinħadmu darba biss.
(14) Għandu jitnaqqas minn SAN/234_3 (żona tal-ġestjoni 3 taċ-ċiċċirella).
(15) Fuq talba ta' Spanja, it-tnaqqis ta' 263 535 kili li jrid isir fl-2016 se jitqassam nofs b'nofs fuq sentejn (l-2016 u l-2017).”