|
1.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/99 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/161
tal-31 ta' Jannar 2017
li jikkoreġi l-verżjoni bl-ilsien Franċiż tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Kien hemm żbalji fil-verżjoni bl-ilsien Franċiż tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (2) li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi. Għalhekk hija meħtieġa korrezzjoni tal-verżjoni bl-ilsien Franċiż tal-Annessi II u IV ta' dak ir-Regolament. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux. |
|
(2) |
Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 139/2014 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Jikkonċerna biss il-verżjoni bl-ilsien Franċiż).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).