28.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/151

tas-27 ta' Jannar 2017

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fl-Unjoni u r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1) u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(2), l-Artikolu 25, l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 28(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet u t-tranżitu fl-Unjoni ta' tjur u prodotti tat-tjur (il-prodotti). L-istess Regolament jistipula li l-prodotti għandhom jiġu importati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella stipulata fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 798/2008 iqisu jekk humiex meħtieġa kundizzjonijiet speċifiċi minħabba l-istat tal-mard f'dawk il-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti, inkluż it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar għall-mard tat-tjur differenti, kif xieraq. Dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jakkumpanjaw dawk il-prodotti waqt l-importazzjonijiet u t-tranżitu fl-Unjoni, huma stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(3)

Minħabba l-eżitu negattiv tal-verifika mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' Iżrael tal-kontrolli tas-saħħa tal-annimali għat-tjur u l-prodotti tat-tjur, ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 ġie emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/608 (4), sabiex jiġu sospiżi l-importazzjonijiet mill-Iżrael ta' ċerti prodotti u sabiex jiġi introdott ittestjar addizzjonali ta' qatgħat tat-tjur għall-marda ta' Newcastle qabel il-konsenja lejn l-Unjoni ta' ċerti prodotti oħra inklużi tjur ħajjin, flieles ta' ġurnata, bajd għat-tfaqqis, bajd għall-ipproċessar u laħam tat-tjur.

(4)

L-Iżrael issa għarraf lill-Kummissjoni li biħsiebu jabolixxi l-politika ta' qerda tiegħu għall-marda ta' Newcastle għat-tjur li jinżammu f'azjendi agrikoli li jinsabu fit-territorju tal-Iżrael, fit-tramuntana tar-Rotta Nru 5. Barra minn hekk, minħabba prijoritajiet oħra fis-settur tas-saħħa, il-konformità ma' ċerti rekwiżiti għall-ittestjar fil-laboratorju ma tistax tibqa' tiġi garantita.

(5)

Għalhekk, il-lista fit-tabella stipulata fil-Parti 1 tal-Anness I għandha tiġi emendata sabiex tipprojbixxi l-importazzjonijiet u t-tranżitu fl-Unjoni mit-territorju kollu tal-Iżrael tat-tjur ħajjin u tar-ratiti, tal-bajd għat-tfaqqis u tal-laħam tat-tjur u tar-ratiti kif ukoll tal-bajd għall-ipproċessar. Madankollu, l-importazzjonijiet ta' laħam tat-tjur skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/608, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati mit-territorju tal-Iżrael li jinsab fin-Nofsinhar tar-Rotta Nru 5, fejn l-inċidenza tal-marda ta' Newcastle hija aktar baxxa u l-politika ta' qerda għadha fis-seħħ.

(6)

L-importazzjonijiet ta' bajd u ta' prodotti tal-bajd lejn l-Unjoni mill-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huma awtorizzati. Hija talbet ukoll l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet tal-laħam tat-tjur lejn l-Unjoni. Verifika li saret mill-Kummissjoni f'Jannar 2016 ikkonkludiet li dak il-pajjiż terz jissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta' laħam tat-tjur lejn l-Unjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz fit-tabella stipulata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata.

(7)

Fil-qafas tal-verifika li saret f'Jannar 2016 dwar l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ġie nnotat li dan il-pajjiż terz mhux biss joqtol it-tjur li jkunu trabbew fit-territorju tiegħu iżda wkoll tjur li jew ikunu ġew importati minn pajjiż terz ieħor elenkat għal dak il-prodott fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 skont kundizzjonijiet li huma tal-anqas ekwivalenti għal dawk ta' dak ir-Regolament jew tjur li jkunu ġew importati qabel lejn it-territorju tiegħu minn Stat Membru.

(8)

Ir-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta' laħam tat-tjur (POU) minn pajjiż terz elenkat fit-tabella stipulata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż awtorizzat għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, jirreferu għal-laħam miksub minn tjur ħajjin li qabel kienu importati lejn l-imsemmi pajjiż terz minn pajjiż terz ieħor elenkat fit-tabella stipulata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. Madankollu, ir-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja ma jirreferux għal-laħam miksub minn tjur ħajjin importati minn Stat Membru għal qtil sussegwenti f'dak il-pajjiż terz, bil-ħsieb li l-laħam wara jerġa' jiġi impurtat lejn l-Unjoni.

(9)

Minħabba l-istatus favorevoli tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, u r-riskji negliġibbli għas-saħħa tat-tjur involuti f'tali prattiki, il-mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur (POU) stipulat fil-Parti 2 tal-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, għandu jiġi emendat sabiex jinkludi d-dispożizzjoni ta' ċertifikazzjoni li l-laħam tat-tjur jista' jinkiseb minn tjur li jkunu ġew importati qabel minn Stat Membru għal qtil sussegwenti.

(10)

Fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, il-mudell ta' ċertifikat veterinarju huwa stipulat għall-prodotti tal-bajd (EP). F'dak il-mudell ta' ċertifikat veterinarju, il-Parti I tan-Noti tirreferi għall-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (HS) li għandhom jiġu indikati fil-Kaxxa I.19. tal-Parti I ta' dan iċ-ċertifikat.

(11)

Meta jitqies li prodott tal-bajd “isfar tal-bajd” jista' jiġi kklassifikat f'diversi subintestaturi tal-intestatura HS 21.06, u mhux biss fis-subintestatura 21.06.10, huwa xieraq li l-mudell ta' ċertifikat veterinarju (PE) jiġi emendat kif xieraq.

(12)

Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(13)

Qabel ma l-mudelli ta' ċertifikati veterinarji emendati jsiru obbligatorji għandu jitħalla jgħaddi perjodu tranżitorju ta' żmien raġonevoli, u dan sabiex l-Istati Membri u l-industrija jkunu jistgħu jitħallew jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti fil-mudelli ta' ċertifikati veterinarji emendati.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu ta' tranżizzjoni sat-28 ta' Marzu 2017, l-Istati Membri għandhom ikomplu jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinji ta' prodotti koperti mill-mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur (POU) u l-mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-prodotti tal-bajd (EP), kif stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, fil-verżjonijiet tagħhom qabel l-emendi magħmula lil dawk il-mudelli b'dan ir-Regolament, sakemm ikunu ġew iffirmati qabel it-28 ta' Frar 2017.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/608 tal-14 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet tal-Ukraina u l-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, l-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll tal-Ukraina għas-Salmonella fit-tiġieġ li jbidu, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja dwar il-marda ta' Newcastle u r-rekwiżiti tal-iproċessar ta' prodotti tal-bajd (ĠU L 101, 18.4.2015, p. 1).


ANNESS

L-Anness I g]ar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni għall-Iżrael tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja

Status tat-tilqim kontra l-influwenza avjarja

Status tal-kontroll tas-salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“IL — Iżrael (5)

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, LT20

X

P3

28.1.2017

 

A

 

S5, ST1

SRP

 

P3

18.4.2015

 

 

 

 

RAT

X

P3

28.1.2017

 

 

 

 

WGM

VIII

P3

18.4.2015

 

 

 

 

E

X

P3

28.1.2017

 

 

 

S4”

IL-1

Iż-żona fin-Nofsinhar tar-Rotta Nru 5

POU

X

N

 

 

 

 

 

IL-2

Iż-żona fin-Nofsinhar tar-Rotta Nru 5

POU

X

P3

28.1.2017

 

 

 

 

(b)

l-annotazzjoni għall-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja

Status tat-tilqim kontra l-influwenza avjarja

Status tal-kontroll tas-salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“MK-l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

POU

 

 

 

 

 

 

 

E, EP”

 

 

 

 

 

 

 

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

Il-mudell ta' ċertifikat veterinarju POU qed jinbidel b'dan li ġej:

Image 1
Test ta 'immaġni
Image 2
Test ta 'immaġni
Image 3
Test ta 'immaġni
Image 4
Test ta 'immaġni
Image 5
Test ta 'immaġni

(b)

fil-mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-prodotti tal-bajd (EP), fil-Parti I tan-Noti, ir-raba' inċiż li jirreferi għall-Kaxxa I.19 jinbidel b'dan li ġej:

“Kaxxa I.19: uża l-kodiċi x-xieraq tas-Sistema Armonizzata (SA) tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali: 04.07, 04.08, 35.02 jew 21.06.”