28.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/149

tas-27 ta' Jannar 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

(2)

Abbażi ta' rieżami tal-lista fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011, jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni identifikattiva rigward żewġ persuni fuq il-lista.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCICLUNA


(1)   ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


ANNESS

L-entrati għall-persuni li ġejjin li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt:

 

“Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

27.

Sirine (Cyrine) Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżina, twieldet f'Le Bardo, fil-21 ta' Awwissu 1971, bint Naïma EL KEFI, miżżewġa lil Mohamed Marwan MABROUK, detentur tal-NIC Nru 05409131.

Detentriċi ta' Passaport Tuneżin Nru x599070 maħruġ f'Novembru 2016 u li jiskadi fil-21.11.2021.

Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f'misapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil persuna terza u jikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' kariga pubblika bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

28.

Mohamed Marwan Ben Ali Ben Mohamed MABROUK

Tuneżin, twieled f'Tuneż fil-11 ta' Marzu 1972, iben Jaouida El BEJI, miżżewweġ lil Sirine BEN ALI, CEO, jirresjedi fi 8 rue du Commandant Béjaoui — Carthage — Tuneż, detentur tal-NIC Nru 04766495. Detentur ta' Passaport Franċiż Nru 11CK51319 li jiskadi fl-1.8.2021.

Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f'miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil persuna terza u jikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' kariga pubblika bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.”