|
27.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/140
tas-26 ta' Jannar 2017
li jinnomina laboratorju ta' referenza tal-UE għal mard ikkawżat minn viruses tal-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u l-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż), filwaqt li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal dak il-laboratorju u jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) u (6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-ħidmiet, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali. Il-laboratorji ta' referenza tal-UE għas-saħħa tal-annimali u għall-annimali ħajjin huma elenkati fit-taqsima II tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Għad m'hemmx laboratorju ta' referenza tal-UE għal mard ikkawżat minn viruses tal-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u tal-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż). Il-laboratorji ta' referenza tal-UE għandhom ikopru l-oqsma tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u s-saħħa tal-annimali meta jkunu meħtieġa riżultati analitiċi u dijanjostiċi preċiżi. L-imxijiet tal-mard ikkawżat mill-viruses tal-capripox jirrikjedu riżultati analitiċi u dijanjostiċi preċiżi. |
|
(3) |
Fit-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni nediet sejħa għal applikazzjonijiet biex tagħżel u tinnomina laboratorju ta' referenza tal-UE fil-qasam ta' mard ikkawżat mill-viruses tal-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u l-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż). Il-laboratorju magħżul “Veterinary and Agrochemical Research Centre — CODA-CERVA” għandu jiġi nnominat bħala l-laboratorju ta' referenza tal-UE fil-qasam ta' mard ikkawżat mill-viruses tal-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u l-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż). |
|
(4) |
Barra mill-funzjonijiet u l-ħidmiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorju magħżul għandu jiġi assenjata ċerti kompiti u responsabbiltajiet speċifiċi. |
|
(5) |
It-taqsima II tal-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Veterinary and Agrochemical Research Centre — CODA-CERVA ta' Brussell huwa permezz ta' dan ir-Regolament innominat bħala l-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni (UE) fil-qasam ta' mard ikkawżat mill-viruses tal-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u l-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż).
Ir-responsabbiltajiet u l-ħidmiet għal dak il-laboratorji huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Fit-taqsima II tal-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004, jiżdied il-punt 19 li ġej:
|
“19. |
Il-laboratorju ta' referenza tal-UE għal mard ikkawżat minn viruses tal-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u tal-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż).
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
Ir-responsabbiltajiet u l-ħidmiet tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għal mard ikkawżat mill-viruses TAL-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u tal-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż)
Barra mill-funzjonijiet u l-ħidmiet ġenerali tal-laboratorji ta' referenza tal-UE fis-settur tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorju ta' referenza tal-UE għal mard ikkawżat mill-viruses tal-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u tal-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż) għandu jkollu r-responsabbiltajiet u l-ħidmiet li ġejjin:
|
1. |
Li jiżgura l-kollegament bejn il-laboratorji nazzjonali tal-Istati Membri u jipprovi metodi ottimali għad-djanjożi ta' mard ikkawżat mill-viruses tal-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u tal-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż) fil-bhejjem, speċifikament billi:
|
|
2. |
Li jsostni l-funzjonijiet tal-laboratorji nazzjonali tal-Istati Membri nnominati għad-djanjożi tal-mard ikkawżat mill-viruses tal-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u tal-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż), b'mod partikolari billi:
|
|
3. |
Li jipprovdi informazzjoni u jwettaq taħriġ ulterjuri, b'mod partikolari billi:
|