21.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/105

tad-19 ta' Ottubru 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 (2) jipprevedi l-użu ta' identifikatur interim tal-entità meta ma jkunx disponibbli identifikatur ta' entità ġuridika. Għadha kif saret disponibbli infrastruttura li tippermetti l-attribuzzjoni ta' identifikaturi ta' entità ġuridika għall-entitajiet, u l-parteċipanti fis-suq saru familjari mal-użu ta' dawn l-identifikaturi ta' entità ġuridika. Għalhekk, l-identifikaturi tal-entitajiet ġuridiċi issa għandhom ikunu l-uniku mezz permess għall-fini tal-identifikazzjoni tal-entitajiet ġuridiċi.

(2)

Id-determinazzjoni ta' jekk il-kontroparti li tirrapporta hijiex ix-xerrej jew il-bejjiegħ f'kuntratt hija partikolarment kumplessa f'każ ta' kuntratti ta' derivattivi swap għax dawn il-kuntratti jinvolvu t-tpartit ta' istrumenti finanzjarji bejn il-partijiet. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni preċiża u konsistenti ta' min huwa x-xerrej u min huwa l-bejjiegħ f'kuntratti ta' derivattivi swap.

(3)

Sabiex jiġu ddeterminati l-iskoperturi reali tal-kontropartijiet, l-awtoritajiet kompetenti jitolbu informazzjoni kompleta u preċiża dwar il-kollateral impartat bejn il-kontropartijiet. Għaldaqstant għandhom jiġu ddeterminati regoli speċifiċi li jiżguraw approċċ konsistenti fir-rigward tar-rapportar tal-kollateralizzazzjoni għal kuntratt jew portafoll speċifiku ta' derivattivi.

(4)

Il-klassifikazzjoni eżatta u l-identifikazzjoni preċiża tad-derivattivi hija essenzjali għall-użu effiċjenti tad-dejta u għall-aggregazzjoni utli tad-dejta bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, u għalhekk tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja stabbilit mill-Istudju tal-Vijabbiltà dwar l-Aggregazzjoni tad-Dejta tar-Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet dwar id-Derivattivi OTC (3) ppublikat fid-19 ta' Settembru 2014. Ir-rekwiżiti tar-rappurtar marbuta mal-klassifikazzjoni u l-identifikazzjoni tad-derivattivi għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha kemm hi.

(5)

Sabiex takkomoda għar-rapportar ta' tipi ġodda ta' kuntratti tad-derivattivi li, bis-saħħa tal-innovazzjoni finanzjarja, ikunu saru disponibbli u nnegozjati b'mod frekwenti, l-iswapzjonijiet u l-imħatri fuq il-firxiet għandhom jiżdiedu mal-lista tal-klassijiet ta' kuntratti tad-derivattivi. B'mod usa', minħabba li l-innovazzjoni finanzjarja kontinwa twassal għal tipi ġodda ta' kuntratti tad-derivattivi, huwa importanti li jiġi żgurat li kull tip ġdid ta' kuntratt ta' derivattivi li ma jaqax fil-klassifikazzjoni eżistenti xorta waħda jkun jista' jiġi rrapportat. Għalhekk, huwa xieraq li tinżamm fil-kategorija “oħrajn” fil-klassifikazzjoni tat-tipi tal-kuntratti tad-derivattivi.

(6)

Meta żewġ kontropartijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar min minnhom għandu jiġġenera identifikatur uniku tat-tranżazzjoni matul iż-żmien previst għar-rappurtar, l-identifikazzjoni u l-assoċjazzjoni korretti taż-żewġ rapporti li jikkonċernaw lill-istess tranżazzjoni jista' ma jkunux possibbli. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji għall-ġenerazzjoni ta' identifikaturi uniċi tat-tranżazzjonijiet sabiex jiġi evitat li l-istess tranżazzjoni tintgħadd darbtejn.

(7)

Il-kontropartijiet jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet sinifikanti biex jiksbu l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li ġew mitmuma qabel id-data tal-bidu għar-rapportar. Meta wieħed iqis il-kumplessità li tirriżulta tar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet mitmuma u l-fatt li dawn it-tranżazzjonijiet ma jkabbrux ir-riskju sistemiku, il-perjodu għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet mitmuma għandu jiġi estiż minn tliet snin għal ħames snin mid-data tal-bidu għar-rappurtar.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni sħiħa tad-dejta rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u b'hekk tkun tista' tiġi interpretata u aggregata b'mod konsistenti, għandhom jiġu ċċarati l-istandards u l-formati li għandhom jintużaw fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet. Huwa xieraq ukoll li jiġu emendati r-rekwiżiti tar-rapportar fir-rigward tal-formati tad-dejta. Il-kontropartijiet u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom għalhekk jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu kull azzjoni meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti emendati.

(9)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-ESMA) lill-Kummissjoni.

(11)

Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dan l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Identifikazzjoni tal-kontropartijiet u l-entitajiet oħra

Rapport għandu juża identifikatur ta' entità ġuridika biex jidentifika:

(a)

benefiċjarju li huwa entità ġuridika;

(b)

entità sensar;

(c)

kontroparti ċentrali;

(d)

membru tal-ikklerjar;

(e)

kontroparti li hija entità ġuridika;

(f)

entità li tissottometti.”

(2)

L-Artikoli 3a u 3b li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

“Artikolu 3a

In-naħa tal-kontroparti

1.   In-naħa tal-kontroparti fil-kuntratt tad-derivattivi msemmija fil-Kaxxa 14 tat-Tabella 1 tal-Anness għandha tiġi ddeterminata skont il-paragrafi minn 2 sa 10.

2.   Fil-każ ta' opzjonijiet u swapzjonijiet, il-kontroparti li jkollha d-dritt teżerċita l-opzjoni għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej, u l-kontroparti li tbigħ l-opzjoni u li tirċievi primjum għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

3.   Fil-każ ta' futures u forwards għajr futures u forwards marbuta ma' muniti, il-kontroparti li tixtri l-istrument għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tbigħ l-istrument għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

4.   Fil-każ ta' swaps marbuta ma' titoli, il-kontroparti li ġġorr ir-riskju taċ-ċaqliq fil-prezz tat-titolu sottostanti u li tirċievi l-ammont tat-titolu għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tħallas l-ammont tat-titolu għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

5.   Fil-każ ta' swaps marbuta mar-rati tal-imgħax jew ma' indiċijiet tal-inflazzjoni, il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tirċievi r-rata fissa għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ. Fil-każ ta' swaps bażi, il-kontroparti li tħallas l-firxa għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tirċievi l-firxa għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

6.   Fil-każ ta' swaps bejn il-muniti u swaps u forwards relatati ma' muniti, il-kontroparti li tirċievi l-munita li tiġi l-ewwel meta rranġati alfabetikament skont l-istandard tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO 4217) għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tforni dik il-munita għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

7.   Fil-każ ta' swaps marbuta ma' dividendi, il-kontroparti li tirċievi l-ekwivalenti tal-pagamenti tad-dividendi reali għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tħallas id-dividend u li tirċievi r-rata fissa għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

8.   Bl-eċċezzjoni tal-opzjonijiet u s-swapzjonijiet, fil-każ ta' strumenti derivattivi għat-trasferiment ta' riskju ta' kreditu, il-kontroparti li tixtri l-protezzjoni għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tbigħ il-protezzjoni għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

9.   Fil-każ ta' kuntratti ta' derivattivi marbuta ma' komoditajiet, il-kontroparti li tirċievi l-komodità speċifikata fir-rapport għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tforni l-komodità tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

10.   Fil-każ ta' ftehimiet ta' rata forward, il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tirċievi r-rata fissa għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

Artikolu 3b

Kollateralizzazzjoni

1.   It-tip ta' kollateralizzazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi msemmija fil-Kaxxa 21 tat-Tabella 1 tal-Anness għandu jiġi identifikat mill-kontroparti li tirrapporta skont il-paragrafi minn 2 sa 5.

2.   Fejn ma jkunx jeżisti ftehim ta' kollateral bejn il-kontropartijiet jew fejn il-ftehim tal-kollateral bejn il-kontropartijiet jistipula li l-kontroparti li tirrapporta la tiddepożita marġni inizjali u lanqas marġini ta' varjazzjoni fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi, it-tip ta' kollateralizzazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġu identifikat bħala mhux kollateralizzat;

3.   Meta l-ftehim tal-kollateral bejn il-kontropartijiet jistipula li l-kontroparti li tirrapporta tiddepożita biss il-marġnijiet regolatorji tal-varjazzjoni marbuta mal-kuntratt tad-derivattivi, it-tip ta' kollateralizzazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi identifikat bħala parzjalment kollateralizzat;

4.   Meta l-ftehim tal-kollateral bejn il-kontropartijiet jistipula li l-kontroparti li tirrapporta tiddepożita l-marġni inizjali u l-marġnijiet regolatorji tal-varjazzjoni u li l-kontraparti l-oħra jew tiddepożita biss il-marġnijiet tal-varjazzjoni jew ma tiddepożita l-ebda marġni fir-rigward tal-kuntratt ta' derivattivi, it-tip ta' kollateralizzazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġu identifikat bħala kollateralizzat f'direzzjoni waħda;

5.   Meta l-ftehim tal-kollateral bejn il-kontropartijiet jistipula li ż-żewġ kontropartijiet jiddepożitaw marġni inizzjali u l-marġnijiet regolatorji tal-varjazzjoni fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi, it-tip ta' kollateralizzazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi identifikat bħala kollateralizzat fis-sħiħ.”

(3)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

L-ispeċifikazzjoni, l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tad-derivattivi

1.   Rapport għandu jispeċifika derivattiv fuq il-bażi tat-tip tal-kuntratt u fuq il-klassi tal-assi skont il-paragrafi 2 u 3.

2.   Id-derivattiv għandu jiġi speċifikat fil-Kaxxa 1 tat-Tabella 2 tal-Anness bħala wieħed minn dawn it-tipi ta' kuntratti:

(a)

kuntratt finanzjarju għad-differenza;

(b)

ftehim ta' rata forward;

(c)

forward;

(d)

futur;

(e)

opzjoni;

(f)

imħatra fuq il-firxa;

(g)

swap;

(h)

Swapzjoni;

(i)

oħrajn.

3.   Id-derivattiv għandu jiġi speċifikat fil-Kaxxa 2 tat-Tabella 2 tal-Anness bħala waħda minn dawn il-klassijiet ta' assi:

(a)

komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet;

(b)

kreditu;

(c)

munita;

(d)

ekwità;

(e)

rata tal-imgħax.

4.   Meta derivattivi ma jaqgħux taħt waħda mill-klassijiet tal-assi speċifikati fil-paragrafu 3, il-kontropartijiet għandhom jispeċifikaw fir-rapport il-klassi tal-assi li l-iktar tixbaħ lid-derivattiv. Iż-żewġ kontropartijiet għandhom jispeċifikaw l-istess klassi ta' assi.

5.   Id-derivattivi għandu jiġi identifikat fil-Kaxxa 6 tat-Tabella 2 tal-Anness permezz ta' dawn, fejn disponibbli:

(a)

kodiċi tan-Numru Internazzjonali tal-Identifikazzjoni tat-Titoli ISO 6166 (ISIN) jew kodiċi tal-Identifikatur Alternattiv tal-Istrument (AII), kif applikabbli, sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(b)

ISIN mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Meta jintuża kodiċi AII, għandu jituża l-kodiċi AII sħiħ.

6.   Il-kodiċi AII sħiħ imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jkun ir-riżultat ta' tagħqida ta' dawn is-sitt elementi:

(a)

Il-Kodiċi tal-Identifikatur tas-Suq (MIC) ISO 10383 taċ-ċentru tan-negozjar fejn jiġi nnegozjat id-derivattiv, speċifikat b'erba' 4 karattri alfanumeriċi;

(b)

Il-kodiċi, li huwa assenjat miċ-ċentru tan-negozjar, esklussivament assoċjat ma' strument sottostanti partikolari u mat-tip tas-saldu u karatteristiċi oħra tal-kuntratt, speċifikat permezz ta' massimu ta' 12-il karattru alfanumeriku;

(c)

karattru wieħed li jidentifika jekk l-istrument huwiex opzjoni jew futur, speċifikat bħala “O” meta jkun opzjoni u bħala “F” meta jkun futur;

(d)

karattru wieħed li jidentifika jekk l-opzjoni tkunx put jew eżerċitabbli, speċifikat bħala “P” meta tkun opzjoni put u bħala “C” meta opzjoni eżerċitabbli; meta l-istrument ikun ġie identifikat bħala futur skont il-punt (c), għandu jkun speċifikat bħala “F”;

(e)

id-data tal-eżerċizzju jew id-data tal-maturità ta' kuntratt tad-derivattivi speċifikata bl-istandard ISO 8601 YYYY-MM-DD;

(f)

il-prezz tal-eżerċitar ta' opzjoni, speċifikat bl-użu ta' sa 19-il ċifra li jinkludu sa ħames deċimali, mingħajr żeri fil-bidu jew fl-aħħar. Bħala separatur deċimali għandu jintuża l-punt deċimali. Valuri negattivi mhumiex permessi. Meta l-istrument ikun futur, il-prezz tal-eżerċitar għandu jimtela b'żero.

7.   Id-derivattiv għandu jkun jikklassifikat fil-Kaxxa 4 tat-Tabella 2 tal-Anness permezz tal-kodiċi tal-Klassifikazzjoni ISO 10692 tal-Istrumenti Finanzjarji (CFI) għall-prodotti identifikati bil-kodiċi ISO 6166 ISIN jew bil-kodiċi AII.

8.   Derivattivi li għalihom ma hemmx disponibbli kodiċi ISO 6166 ISIN jew kodiċi AII għandhom jiġu kklassifikati permezz ta' kodiċi magħżul għalihom. Dan il-kodiċi għandu jkun:

(a)

uniku;

(b)

newtrali;

(c)

affidabbli;

(d)

sors miftuħ;

(e)

skalabbli;

(f)

aċċessibbli;

(g)

disponibbli b'kost raġonevoli;

(h)

suġġett għal qafas ta' governanza xierqa.

9.   Sakemm il-kodiċi msemmi fil-paragrafu 8 jiġi approvat mill-ESMA, derivattivi li għalihom mhuwiex disponibbli kodiċi ISO 6166 ISIN jew kodiċi AII għandhom jiġu kklassifikati permezz ta' kodiċi ISO 10692 CFI.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).” "

(4)

Jiddaħħlu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

“Artikolu 4a

Identifikaturi Uniċi tan-Negozjar

1.   Rapport għandu jiġi identifikat permezz ta' identifikatur uniku u globali tan-negozjar approvat mill-ESMA jew, fin-nuqqas tiegħu, permezz ta' identifikatur uniku tan-negozjar miftiehem bejn il-kontropartijiet.

2.   Meta l-kontropartijiet jonqsu milli jiftiehmu dwar liema hi l-entità responsabbli biex tiġġenera l-identifikatur uniku tan-negozjar li għandu jiġi assenjat lir-rapport, il-kontropartijiet għandhom jiddeterminaw l-entità responsabbli biex tiġġenera l-identifikatur uniku tan-negozjar skont dan li ġej:

(a)

għal negozjar eżekwit u kklerjat ċentralment, l-identifikatur uniku tan-negozjar għandu jkun iġġenerat fil-punt tal-ikklerjar mill-kontroparti ċentrali (CCP) għal membru tal-ikklerjar. Identifikatur uniku tan-negozjar ieħor għandu jiġi ġġenerati mill-membru tal-ikklerjar tal-kontroparti tiegħu;

(b)

għal negozjar eżekwit ċentralment iżda mhux ikklerjat ċentralment, l-identifikatur uniku tan-negozjar għandu jiġi ġġenerat miċ-ċentru tan-negozjar tal-eżekuzzjoni għall-membri tiegħu;

(c)

għal negozjar ikkonfermat u kklerjat ċentralment, l-identifikatur uniku tan-negozjar għandu jiġi ġġenerat fil-punt tal-ikklerjar mis-CCP għal membru tal-ikklerjar. Identifikatur uniku tan-negozjar ieħor għandu jiġi ġġenerati mill-membru tal-ikklerjar tal-kontroparti tiegħu;

(d)

għal negozjar li kien konfermat ċentralment b'mezzi elettroniċi, iżda li ma ġiex ikklerjat ċentralment, l-identifikatur uniku tan-negozjar għandu jiġi ġġenerat mill-pjattaforma tal-konferma tan-negozjar fil-punt tal-konferma;

(e)

għan-negozjar l-ieħor kollu minbarra dak imsemmi fil-punti (a) sa (d), għandu japplika dan li ġej:

(i)

fejn il-kontropartijiet finanzjarji jinnegozjaw ma' kontropartijiet mhux finanzjarji, il-kontropartijiet finanzjarji għandhom jiġġeneraw identifikatur uniku tan-negozjar;

(ii)

meta l-kontropartijiet mhux finanzjarji 'il fuq mil-limitu tal-ikklerjar jinnegozjaw ma' kontropartijiet mhux finanzjarji taħt il-livell limitu tal-ikklerjar, dawk il-kontrapartijiet mhux finanzjarji 'l fuq mill-livell limitu tal-ikklerjar għandhom jiġġeneraw l-identifikatur uniku tan-negozjar;

(iii)

għan-negozjar l-ieħor kollu għajr dak imsemmi fil-punti (i) u (ii), il-bejjiegħ għandu jiġġenera l-identifikatur uniku tan-negozjar.

3.   Il-kontroparti li tiġġenera l-identifikatur uniku tan-negozjar għandha tikkomunika dak l-identifikatur uniku tan-negozjar lill-kontroparti l-oħra fil-ħin ħalli din tal-aħħar tkun tista' tissodisfa l-obbligu tagħha ta' rappurtar.

Artikolu 4b

Ċentru tal-eżekuzzjoni

Iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi identifikat fil-Kaxxa 15 tat-Tabella 2 tal-Anness kif ġej:

(a)

sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014:

(i)

għal ċentru tal-esekuzzjoni fl-Unjoni, il-Kodiċi ISO 10383 tal-Identifikatur tas-Suq (MIC) ippubblikat fil-websajt tal-ESMA fir-reġistru maħluq abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (*2);

(ii)

għal ċentru tal-esekuzzjoni barra l-Unjoni, l-ISO 10383 MIC inkluż fil-lista ta' kodiċijiet tal-MIC miżmuma u aġġornata mill-ISO u ppubblikata fil-websajt tal-ISO;

(b)

mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ISO 10383 MIC.

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-transazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).” "

(5)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-kuntratti tad-derivattivi li ġejjin li ma jkunux pendenti fid-data tal-bidu tar-rappurtar għal klassi partikolari ta' derivattivi għandhom jiġu rapportati lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet fi żmien ħames snin minn dik id-data:

(a)

kuntratti tad-derivattivi li ddaħħlu fis-seħħ qabel is-16 ta' Awwissu 2012 u kienu għadhom pendenti fis-16 ta' Awwissu 2012;

(b)

kuntratti tad-derivattivi li ddaħħlu fis-seħħ fis-16 ta' Awwissu 2012 jew wara.”

(6)

l-Anness huwa sostitwit bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2017, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(5), li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20)

(3)  http://www.fsb.org/wp-content/uploads/r_140919.pdf

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

“ANNESS

Tabella 1

Dejta tal-Kontroparti

 

Kaxxa

Format

 

Partijiet fil-kuntratt

1

Kronogramma tar-rapportar

Format tad-data ISO 8601 u format tal-ħin Ħin Universali Koordinat (UTC) YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

2

ID tal-Kontroparti li Tirrapporta

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku.

3

Tip ta' ID tal-Kontroparti l-oħra

“LEI” għall-Identifikatur tal-Entità Legali ISO 17442 (LEI)

“CLC” għall-kodiċi tal-Klijent

4

ID tal-kontroparti l-oħra

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku.

Kodiċi tal-klijent (sa 50 karattru alfanumeriku).

5

Pajjiż tal-Kontroparti l-oħra

Kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 b'2 karattri

6

Settur korporattiv tal-kontroparti li tirrapporta.

Tassonomija għall-Kontropartijiet Finanzjarji:

 

A = Impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

 

C = Istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

 

F = Ditta tal-investiment awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)

 

I = Impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE

 

L = Fond ta' investiment alternattiv immaniġġjat minn Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattiv (AIFMs) awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)

 

O = Istituzzjoni għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali fis-sens tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)

 

R = Impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE

 

U = Impriżi għall-Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli (UCITS) u l-kumpanija tal-immaniġġjar tagħha, awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)

Tassonomija għall-Kontropartijiet Mhux Finanzjarji. Il-kategoriji li ġejjin jikkorrispondu għat-taqsimiet ewlenin tal-klassifikazzjoni Statistika ta' attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE), kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)

 

1 = Agrikoltura, forestrija u sajd

 

2 = Minjieri u barrieri

 

3 = Manufattura

 

4 = Provvista tal-elettriku, il-gass, il-fwar u l-arja kundizzjonata

 

5 = Provvista tal-ilma, id-dranaġġ, l-immaniġġjar tal-iskart u attivitajiet ta' rimedju

 

6 = Kostruzzjoni

 

7 = Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta' vetturi bil-mutur u muturi

 

8 = Trasport u ħżin

 

9 = Attivitajiet marbuta mal-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel

 

10 = Informazzjoni u komunikazzjoni

 

11 = Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

 

12 = Attivitajiet marbuta mal-proprjetà immobbli

 

13 = Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi

 

14 = Attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn

 

15 = Amministrazzjoni pubblika u difiża; assigurazzjoni soċjali obbligatorja

 

16 = Edukazzjoni

 

17 = Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

 

18 = Arti, divertiment u rikreazzjoni

 

19 = Attivitajiet oħra ta' servizz

 

20 = Attivitajiet ta' unitajiet domestiċi bħala impjegaturi; attivitajiet ta' produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux differenzjati ta' unitajiet domestiċi għall-użu proprju

 

21 = Attivitajiet ta' organizzazzjonijiet u korpi extraterritorjali

Meta tiġi rrapportata aktar minn attività waħda, elenka l-kodiċijiet fl-ordni tal-importanza relattiva tal-attivitajiet korrispondenti, separati minn xulxin permezz ta' “-”.

Ħalli vojt fil-każ ta' CCPs u tipi oħra ta' kontropartijiet skont l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

7

Natura tal-kontroparti li tirrapporta.

F = Kontroparti Finanzjarja

N = Kontroparti Mhux Finanzjarji

C = Kontroparti Ċentrali

O = oħrajn

8

ID tas-sensar

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku.

9

ID tal-entità li qed tissottometti r-rapport

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku)

10

ID tal-membru li jikklerja

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku

11

Tip ta' ID tal-Benefiċjarju

“LEI” għall-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442

“CLC” għall-kodiċi tal-Klijent

12

ID tal-Benefiċjarju

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442 kodiċi b'20 karattru alfanumeriku jew kodiċi tal-klijent b'sa 50 karattru alfanumeriku fil-każ li l-klijent ma jkunx eliġibbli għal Identifikatur tal-Entità Legali

13

Kapaċità tan-negozjar

P = Prinċipali

A = Aġent

14

Naħa tal-kontroparti

B = Xerrej

S = Bejjiegħ

Popolazzjoni skont l-Artikolu 3a

15

B'rabta diretta ma' attività kummerċjali jew finanzjament tat-teżor

Y = Iva

N = Le

16

Limitu tal-ikklerjar

Y = Ogħla mil-limitu

N = Taħt il-limitu

17

Il-valur tal-kuntratt

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

18

Munita tal-valur

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

19

Kronogramma tal-valwazzjoni

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

20

Tip ta' valwazzjoni

M = valwazzjoni skont is-suq

O = valwazzjoni skont mudell

C = valwazzjoni tas-CCP.

21

Kollateralizzazzjoni

U = mingħajr kollateral

PC = parzjalment kollateralizzat

OC = kollateralizzat f'direzzjoni waħda

FC = kollateralizzat bis-sħiħ

Mimlijin skont l-Artikolu 3b

22

Portafoll tal-kollateral

Y = Iva

N = Le

23

Kodiċi tal-portafoll tal-kollateral

Sa 52 karattru alfanumeriku inkluż erba' karattri speċjali:“. - _.”

Karattri speċjali mhumiex permessi fil-bidu u fit-tmiem ta' dan il-kodiċi. Ma jistax ikun hemm spazji.

24

Marġni inizjali depożitat

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

25

Il-munita tal-marġni inizjali depożitat

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

26

Marġni tal-varjazzjoni depożitat

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

27

Munita tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

28

Marġni inizjali riċevut

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

29

Munita tal-marġni inizjali riċevut

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

30

Marġni tal-varjazzjoni riċevut

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

31

Munita tal-marġni tal-varjazzjoni riċevut

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

32

Kollateral tal-eċċess depożitat

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

33

Munita tal-kollateral tal-eċċess depożitat

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

34

Kollateral tal-eċċess irċevut

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

35

Munita tal-kollateral tal-eċċess irċevut

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.


Tabella 2

Dejta Komuni

 

Kaxxa

Format

Tipi applikabbli ta' kuntratt tad-derivattivi

 

Taqsima 2a — Tip ta' kuntratt

 

Kuntratti kollha

1

Tip ta' kuntratt

CD = Kuntratti finanzjarji għad-differenzi

FR = Ftehimiet tar-rata forward

FU = Futures

FW = Forwards

OP = Opzjoni

SB = Imħatra fuq il-firxa

SW = Swap

ST = Swapazzjoni

OT = Oħrajn

 

2

Klassi tal-assi

CO = Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet

CR = Kreditu

CU = Munita

EQ = Ekwità

IR = Rata tal-Imgħax

 

 

Taqsima 2b — informazzjoni dwar il-kuntratt

 

Kuntratti kollha

3

Tip ta' klassifikazzjoni tal-prodott

C = CFI

U = UPI

 

4

Klassifikazzjoni tal-prodott

ISO 10692 tas-CFI, kodiċi alfabetiku b'6 karattri

UPI Approvat

 

5

Tip ta' identifikazzjoni tal-prodott

Speċifika l-identifikazzjoni applikabbli:

 

I = ISIN

 

A = AII

 

6

Identifikazzjoni tal-prodott

Għal identifikatur tal-prodott tat-tip I: ISO 6166 ISIN kodiċi alfanumeriku bi 12-il karattru

Għal identifikatur tal-prodott tat-tip A: Imla l-kodiċi AII skont l-Artikolu 4(8)

 

7

Tip ta' identifikazzjoni tas-sottostanti

I = ISIN

A = AII

U = UPI

B = Baskett

X = Indiċi

 

8

Identifikazzjoni tas-sottostanti

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip I: ISO 6166 ISIN kodiċi alfanumeriku bi 12-il karattru

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip A: Imla l-kodiċi AII skont l-Artikolu 4(8)

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip U: UPI

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip B: l-identifikazzjoni tal-komponenti individwali kollha permezz tal-kodiċi ISO 6166 ISIN jew tal-kodiċi AII sħiħ f'konformità mal-Artikolu 4(8). L-identifikaturi tal-komponenti individwali għandhom ikunu separati b'daxx “-”.

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip X: Il-kodiċi ISO 6166 tal-ISIN jekk disponibbli, inkella l-isem sħiħ tal-indiċi kif assenjat mill-fornitur tal-indiċi

 

9

Munita nozzjonali 1

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

 

10

Munita nozzjonali 2

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

 

11

Munita konsenjabbli

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

 

 

Taqsima 2c — Dettalji dwar it-tranżazzjoni

 

Kuntratti kollha

12

ID tan-negozjar

Sakemm isir disponibbli UTI globali, kodiċi b'sa 52 karattru alfanumeriku inklużi erba' karattri speċjali:“. - _.”

Karattri speċjali mhumiex permessi fil-bidu u fit-tmiem ta' dan il-kodiċi. Ma jistax ikun hemm spazji.

 

13

In-numru tal-intraċċar tar-rapport

Kaxxa alfanumerika b'sa 52 karattru

 

14

ID tal-komponent tan-negozjar kumpless

Kaxxa alfanumerika b'sa 35 karattru

 

15

Ċentru tal-eżekuzzjoni

Kodiċi ISO 10383 tal-Identifikatur tas-Suq, 4 karattri alfanumeriċi, skont l-Artikolu 4(b).

 

16

Kompressjoni

Y = jekk il-kuntratt jirriżulta minn kompressjoni;

N = jekk il-kuntratt ma jirriżultax minn kompressjoni.

 

17

Prezz/rata

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

Fil-każ li l-prezz jiġi rrapportat f'valuri perċentwal, għandu jiġi espress bħala perċentwali fejn 100 % tkun irrappreżentata bħala “100”

 

18

Notazzjoni tal-prezz

U = Unitajiet

P = Perċentwal

Y = Rendiment

 

19

Munita tal-prezz

Kodiċi ISO 4217 tal-Munita, 3 karattri alfabetiċi.

 

20

Nozzjonali

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

21

Multiplikatur tal-prezzijiet

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

 

22

Kwantità

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

 

23

Pagament bil-quddiem

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Simbolu negattiv għandu jintuża biex jindika li l-ħlas kien ħruġ mhux dħul.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

24

Tip ta' konsenja

C = Flus

P = Fiżika

O = Fakultattiva għall-kontroparti jew meta determinata minn parti terza

 

25

Kronogramma tal-eżekuzzjoni

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

 

26

Data effettiva

Data ISO 8601 fil-format YYYY-MM-DD

 

27

Data tal-maturità

Data ISO 8601 fil-format YYYY-MM-DD

 

28

Data tat-terminazzjoni

Data ISO 8601 fil-format YYYY-MM-DD

 

29

Data tas-saldu

Data ISO 8601 fil-format YYYY-MM-DD

 

30

Tip ta' Ftehim Prinċipali

Test liberu, kaxxa b'sa 50 karattru, li tidentifika isem il-Ftehim Prinċipali użat, jekk ikun hemm

 

31

Verżjoni tal-Ftehim Prinċipali

Data ISO 8601 fil-format YYYY

 

 

Taqsima 2d — Mitigazzjoni tar-riskju/rappurtar

 

Kuntratti kollha

32

Kronogramma tal-konferma

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

 

33

Mezzi tal-konferma

Y = Konfermat mhux elettronikament

N = Mhux konfermat

E = Konfermat elettronikament

 

 

Taqsima 2e — Ikklerjar

 

Kuntratti kollha

34

Obbligu tal-ikklerjar

Y = Iva

N = Le

 

35

Ikklerjat

Y = Iva

N = Le

 

36

Kronogramma tal-ikklerjar

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

 

37

CCP

Identifikatur tal-Entità Legali “LEI” ISO 17442

kodiċi alfanumeriku b'20 karattru

 

38

Intragrupp

Y = Iva

N = Le

 

 

Taqsima 2f — Rati tal-imgħax

 

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

39

Rata fissa tas-segment 1

Sa 10 karattri numeriċi inklużi d-deċimali espressa bħala perċentwali, fejn 100 % hija rappreżentata bħala “100”.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

40

Rata fissa tas-segment 2

Sa 10 karattri numeriċi inklużi d-deċimali espressa bħala perċentwali, fejn 100 % hija rappreżentata bħala “100”.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

41

Għadd ta' jiem b'rata fissa tas-segment 1

In-Numeratur/id-Denominatur fejn kemm in-Numeratur u d-Denominatur huma karattri numeriċi jew espressjoni alfabetika “Reali”, pereż. 30/360 jew Reali/365

 

42

Għadd ta' jiem b'rata fissa tas-segment 2

In-Numeratur/id-Denominatur fejn kemm in-Numeratur u d-Denominatur huma karattri numeriċi jew espressjoni alfabetika “Reali”, pereż. 30/360 jew Reali/365

 

43

Frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti, u għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

44

Frekwenza ta' pagamenti b'rata fissa tas-segment 1 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti.

sa 3 karattri numeriċi

 

45

Frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti, u għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

46

Frekwenza ta' pagamenti b'rata fissa tas-segment 2 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti.

sa 3 karattri numeriċi

 

47

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti, u għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

48

Frekwenza ta' pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti.

sa 3 karattri numeriċi

 

49

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti, u għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

50

Frekwenza ta' pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti.

sa 3 karattri numeriċi

 

51

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jirrisettjaw ir-rata varjabbli, fejn għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

52

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jirrisettjaw ir-rata varjabbli.

sa 3 karattri numeriċi

 

53

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jirrisettjaw ir-rata varjabbli, fejn għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

54

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jirrisettjaw ir-rata varjabbli.

sa 3 karattri numeriċi

 

55

Rata varjabbli tas-segment 1

Isem l-indiċi tar-rata varjabbli

 

‘EONA’ — EONIA

 

‘EONS’ — EONIA SWAP

 

‘EURI’ — EURIBOR

 

‘EUUS’ — EURODOLLAR

 

‘EUCH’ — EuroSwiss

 

‘GCFR’ — GCF REPO

 

‘ISDA’ — ISDAFIX

 

‘LIBI’ — LIBID

 

‘LIBO’ — LIBOR

 

‘MAAA’ — Muni AAA

 

‘PFAN’ — Pfandbriefe

 

‘TIBO’ — TIBOR

 

‘STBO’ — STIBOR

 

‘BBSW’ — BBSW

 

‘JIBA’ — JIBAR

 

‘BUBO’ — BUBOR

 

‘CDO’ — CDOR

 

‘CIBO’ — CIBOR

 

‘MOSP’ — MOSPRIM

 

‘NIBO’ — NIBOR

 

‘PRBO’ — PRIBOR

 

‘TLBO’ — TELBOR

 

‘WIBO’ — WIBOR

 

‘TREA’ — Treasury

 

‘SWAP’ — SWAP

 

‘FUSW’ — Future SWAP

Jew sa 25 karattru alfanumeriku jekk ir-rata ta' referenza mhijiex inkluża fil-lista ta' hawn fuq

 

56

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza, fejn għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

57

Ir-referenza tar-rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza.

sa 3 karattri numeriċi

 

58

Rata varjabbli tas-segment 2

Isem l-indiċi tar-rata varjabbli

 

‘EONA’ — EONIA

 

‘EONS’ — EONIA SWAP

 

‘EURI’ — EURIBOR

 

‘EUUS’ — EURODOLLAR

 

‘EUCH’ — EuroSwiss

 

‘GCFR’ — GCF REPO

 

‘ISDA’ — ISDAFIX

 

‘LIBI’ — LIBID

 

‘LIBO’ — LIBOR

 

‘MAAA’ — Muni AAA

 

‘PFAN’ — Pfandbriefe

 

‘TIBO’ — TIBOR

 

‘STBO’ — STIBOR

 

‘BBSW’ — BBSW

 

‘JIBA’ — JIBAR

 

‘BUBO’ — BUBOR

 

‘CDOR’ — CDOR

 

‘CIBO’ — CIBOR

 

‘MOSP’ — MOSPRIM

 

‘NIBO’ — NIBOR

 

‘PRBO’ — PRIBOR

 

‘TLBO’ — TELBOR

 

‘WIBO’ — WIBOR

 

‘TREA’ — Treasury

 

‘SWAP’ — SWAP

 

‘FUSW’ — Future SWAP

Jew sa 25 karattru alfanumeriku jekk ir-rata ta' referenza mhijiex inkluża fil-lista ta' hawn fuq

 

59

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza, fejn għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

60

Ir-referenza tar-rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza.

sa 3 karattri numeriċi

 

 

Taqsima 2 g — Munita Barranija

 

Derivattivi tal-munita

61

Munita tal-forniment 2

Kodiċi ISO 4217 tal-Munita, kodiċi bi 3 karattri alfabetiċi.

 

62

Rata tal-kambju 1

Sa 10 ċifri numeriċi inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

63

Rata tal-kambju forward

Sa 10 karattri numeriċi inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

64

Bażi tar-rata tal-kambju

Żewġ kodiċijiet tal-munita ISO 4217 separati bi “/”. L-ewwel kodiċi ta' munita għandu jindika l-munita bażi, u t-tieni kodiċi ta' munita għandu jindika l-munita tal-kwotazzjoni.

 

 

Taqsima 2h — Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet

 

Derivattivi tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet

 

Ġenerali

65

Bażi tal-komodità

AG = Agrikoltura

EN = Enerġija

FR = Merkanzija

ME = Metalli

IN = Indiċi

EV = Ambjentali

EX = Eżotika

OT = Oħrajn

 

66

Dettalji tal-komodità

Agrikoltura

 

GO = Ħbub taż-żrieragħ taż-żejt

 

DA = Proditti tal-ħalib

 

LI = Bhejjem

 

FO = Forestrija

 

SO = Softs

 

SF = Prodotti tal-baħar

 

OT = Oħrajn

Enerġija

 

OI = Żejt

 

NG = Gass naturali

 

CO = Faħam

 

EL = Elettriku

 

IE = Interenerġija

 

OT = Oħrajn

Merkanzija

 

DR = Xotta

 

WT = Imxarrba

 

OT = Oħrajn

Metalli

 

PR = Prezzjużi

 

NP = Mhux prezzjużi

Ambjentali

 

WE = Temp

 

EM = Emissjonijiet

 

OT = Oħrajn

 

 

Enerġija

67

Post jew żona tal-konsenja

Kodiċi EIC, kodiċi alfanumeriku b'16-il karattru.

Kaxxa repetibbli.

 

68

Punt ta' Interkonnessjoni

Kodiċi EIC, kodiċi alfanumeriku b'16-il karattru.

 

69

Tip ta' tagħbija

BL = Tagħbija Bażi

PL = Tagħbija fl-eqqel sigħat

OP = Sigħat kwieti

BH = Sigħat/Blokka ta' sigħat

SH = Shaped

GD = Jum tal-gass

OT = Oħrajn

 

 

Taqsima repetibbli tal-kaxxi 70 — 77

70

Intervalli tal-konsenja tat-tagħbija

hh:mmZ

 

71

Data u ħin tal-konsenja

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

 

72

Data u ħin tat-tmiem tal-konsenja

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

 

73

Tul ta' żmien

N = Minuti

H = Siegħa

D = Ġurnata

W = Ġimgħa

M = Xahar

Q = Kwart ta' sena

S = Staġun

Y = annwali

O = Oħrajn

 

74

Jiem tal-Ġimgħa

WD = Matul il-ġimgħa

WN = Tmiem il-ġimgħa

MO = it-Tnejn

TU = it-Tlieta

WE = l-Erbgħa

TH = il-Ħamis

FR = il-Ġimgħa

SA = is-Sibt

SU = il-Ħadd

Diversi valuri separati b' “/” huma permessi

 

75

Kapaċità tal-konsenja

Sa 20 ċifra numerika inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

76

Unità tal-Kwantità

KW

KWh/h

KWh/d

MW

MWh/h

MWh/d

GW

GWh/h

GWh/d

Therm/d

KTherm/d

MTherm/d

cm/d

mcm/d

 

77

Prezz tal-kwantitajiet skont intervall tal-ħin

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

 

Taqsima 2i — Opzjonijiet

 

Kuntratti li fihom opzjoni

78

Tip ta' opzjoni

P = Put

C = Eżerċizzat

O = meta ma jistax jiġi ddeterminat jekk humiex “Eżerċizzat” jew “put”

 

79

Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni

A = Amerikan

B = Bermudan

E = Ewropew

S = Ażjatiku

Huma permessi aktar minn valur wieħed

 

80

Prezz tal-eżerċitar (rata massima/minima)

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

Fil-każ li l-prezz tal-eżerċitar jiġi rrapportat f'valuri perċentwali, dan għandu jiġi espress bħala perċentwali fejn 100 % tkun rappreżentata bħala “100”

 

81

Notazzjoni tal-prezz tal-eżerċitar

U = Unitajiet

P = Perċentwal

Y = Rendiment

 

82

Data tal-maturità tas-sottostanti

Data ISO 8601 fil-format YYYY-MM-DD

 

 

Taqsima 2j — Derivattivi ta' kreditu

 

 

83

Superjorità

SNDB = Superjuri, bħal Dejn Superjuri Mhux Garantit (Korporattiv/finanzjarju), Dejn Sovran f'Munita Barranija (tal-Gvern),

SBOD = Subordinat, bħal Dejn Subordinat jew tal-Grad 2 Baxx (Banek), Dejn Subordinat Inferjuri jew tal-Grad 2 Superjuri (Banek),

OTHR = Oħrajn, bħalma huma l-Ishma Privileġġati jew Kapital tal-Grad 1 (Banek) jew derivattivi tal-kreditu oħra

 

84

Entità ta' referenza

Kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 b'2 karattri

jew

kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 -b'2 karattri segwit minn dash “-” u minn sa 3 karattri alfanumeriċi tal-kodiċi tas-subdiviżjoni tal-pajjiż

jew

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku

 

85

Frekwenza tal-pagamenti

MNTH = kull xahar

QURT = trimestrali

MIAN = kull sitt xhur YEAR = annwali

Bażi tal-kalkolu

 

86

Il- bażi tal-kalkolu

In-Numeratur/id-Denominatur fejn kemm in-Numeratur u d-Denominatur huma karattri numeriċi jew espressjoni alfabetika ‘Reali’, pereż.30/360 jew Reali/365

 

87

Serje

Kaxxa Integer b'sa 5 karattri

 

88

Verżjoni

Kaxxa Integer b'sa 5 karattri

 

89

Fattur tal-indiċi

Sa 10 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

 

90

Segment

T = Segmentat

U = Mhux Segmentat

 

91

Punt tal-attakkament

Sa 10 karattri numeriċi inklużi d-deċimali espressi bħala frazzjoni deċimali bejn 0 u 1.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

 

92

Punt tal-attakkament

Sa 10 karattri numeriċi inklużi d-deċimali espressi bħala frazzjoni deċimali bejn 0 u 1.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

 

 

Taqsima 2k — Modifiki għall-kuntratt

 

 

93

Tip ta' azzjoni

N = Ġdida

M = Modifika

E = Errur

C = Terminazzjoni bikrija

R = Korrezzjoni

Z = Kompressjoni,

V = Aġġornament tal-valwazzjoni

P = Pożizzjoni tal-komponent

 

94

Livell

T = Negozjar

P = Pożizzjoni”

 


(1)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(3)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).

(6)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(7)  Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).