17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/78

tal-15 ta' Lulju 2016

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta ta' utenti ta' tali sistemi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(13) u 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/758 jistabbilixxi obbligu ġenerali għal tipi ġodda ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li jridu jkunu mgħammra b'sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 mill-31 ta' Marzu 2018.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/79 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi u l-proċeduri tal-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, kif ukoll għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-Unitajiet Tekniċi Separati (“STUs”) immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u l-komponenti tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112.

(3)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur u tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi kollha involuti fi stadji differenti tal-proċess ta' approvazzjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet amministrattivi speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur mgħammra b'sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, kif ukoll b'STUs u b'komponenti immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112.

(4)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE u biex tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni għal dik l-approvazzjoni, għandu jiġi stabbilit sett standardizzat ta' dokumenti ta' informazzjoni, mudelli ta' ċertifikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE u mudelli għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

(5)

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 ma jkunux jistgħu jiġu traċċati u ma jkunu soġġetti għall-ebda segwiment kostanti. Għal dak l-għan, għandu jiġi żgurat li s-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 ma jkunux disponibbli għall-komunikazzjoni meta jkunu fl-istatus operattiv normali tagħhom u li d-dejta fil-memorja interna tagħhom ma tkunx disponibbli barra mis-sistemi għal ebda entità qabel ma tiġi skattata l-eCall. Il-manifatturi għandhom jimplimentaw ukoll salvagwardji adegwati sabiex jipproteġu s-sigurtà tad-dejta fil-memorja interna tas-sistema minn aċċess mhux awtorizzat jew użu ħażin.

(6)

Kwalunkwe dejta pproċessata permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 trid tkun adegwata, rilevanti u proporzjonata mal-għanijiet li għalihom dik id-dejta tinġabar u tiġi pproċessata.

(7)

Il-konsumaturi għandhom jingħataw informazzjoni komprensiva u affidabbli dwar il-funzjonament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u partikolarment fuq il-mod kif tiġi pproċessata d-dejta permezz ta' dik is-sistema u kif dik id-dejta tiġi protetta. Il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati wkoll dwar il-karatteristiċi u l-fatturi ta' kwalunkwe servizz ta' emerġenza privat jew ta' servizzi oħra ta' valur miżjud, jekk dawn ikunu mmuntati fil-vettura bil-mutur.

(8)

Approċċ konsistenti dwar l-informazzjoni li trid tingħata lill-konsumaturi dwar il-funzjonament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 jirrikjedi li jiġi stabbilit mudell ta' informazzjoni għall-utenti li jkun fih l-informazzjoni minima li trid tingħata flimkien mad-dokumentazzjoni teknika tal-vettura.

(9)

Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112. L-Istati Membri għandhom ukoll jingħataw żmien biżżejjed biex jużaw fit-territorju tagħhom l-infrastruttura għall-Punt ta' Tweġiba tas-Sikurezza Pubblika (“PSAP”) meħtieġa biex l-eCalls jaslu u jiġu ġestiti b'mod xieraq. Għal dik ir-raġuni, id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħad-data tal-applikazzjoni obbligatorja tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/758.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma kkonsultati mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni ta' tipi ġodda ta' vetturi fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, kif ukoll ta' Unitajiet Tekniċi Separati (“STUs”) eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u komponenti eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112.

Jistabbilixxi wkoll kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/758 fir-rigward tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta tal-utenti tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112.

Artikolu 2

Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112

1.   Il-manifattur għandu jressaq quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni, kif definit fl-Artikolu 3(29) tad-Direttiva 2007/46/KE, applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tas-sistema eCall tagħha mmuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titħejja abbażi tal-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Meta r-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79 jiġu ssodisfati, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE nnumerat skont is-sistema stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

4.   Iċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jitfassal skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I.

5.   Fil-manwal tal-informazzjoni tal-utent għandu jkun hemm informazzjoni mogħtija mill-manifattur dwar l-ipproċessar tad-dejta mwettaq permezz tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 billi jiġi segwit il-mudell stabbilit fil-Parti 3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-STUs eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 jew komponenti tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112

1.   Il-manifattur għandu jressaq quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni, kif definit fl-Artikolu 3(29) tad-Direttiva 2007/46/KE, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta' STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 jew għal tip ta' komponent tas-sistema eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titfassal abbażi tal-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

3.   Meta r-rekwiżiti tekniċi msemmija rispettivament fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2017/79 fir-rigward tal-komponenti u l-Artikolu 7 tiegħu fir-rigward tal-STUs jiġu ssodisfati, l-awtorità ta' approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE u numru tal-approvazzjoni tat-tip, li għandu jsir skont is-sistema ta' numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' STU jew ta' komponent.

4.   Iċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jitfassal skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II.

Artikolu 4

Marka tal-approvazzjoni tat-tip

Kull komponent jew STU li jikkonforma ma' tip li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tal-KE għal komponent jew għal STU skont dan ir-Regolament għandu jkollu marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE f'konformità mal-mudell stabbilit fil-Parti 3 tal-Anness II.

Artikolu 5

Privatezza u protezzjoni tad-dejta

1.   Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 jew l-STU eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 ma jkunux jistgħu jiġu traċċati u ma jkunux soġġetti għall-ebda segwiment kostanti meta jkunu fl-istatus operattiv normali tagħhom. Il-manifattur għandu jiżgura wkoll li d-dejta fil-memorja interna ta' dik is-sistema jew STU titneħħa b'mod awtomatiku u kontinwu u ma tkunx disponibbli barra mis-sistema jew mill-STU mmuntati fil-vettura għall-ebda entità qabel ma tiġi skattata l-eCall.

2.   Il-manifattur għandu jinforma lil sid il-vettura bil-miżuri meħuda skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament (UE) 2015/758 billi juża l-mudell stabbilit fil-Parti 3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri ta' salvagwardja xierqa (bħal pereżempju l-użu ta' teknoloġiji ta' kriptaġġ) biex jipproteġu s-sigurtà tad-dejta personali fil-memorja interna tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 jew tal-STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 u biex ikunu pprevenuti s-sorveljanza u l-użu ħażin. Dawn il-miżuri għandhom jkunu xierqa, strettament proporzjonati u meħtieġa għall-iskop maħsub.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-31 ta' Marzu 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/79 tat-12 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati u proċeduri ta' ttestjar għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom tal-eCall armati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112, ta' unitajiet u komponenti tekniċi separati tal-eCall immuntati fil-vetturi, bbażati fuq is-servizz 112 u jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet u tal-istandards applikabbli (ara paġna 44 tal-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-installazzjoni ta' sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112

PARTI 1

Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta' informazzjoni Nru … li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'biżżejjed dettall fuq karta ta' daqs A4 jew fuq folder ta' format A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandu jkollhom biżżejjed dettall.

Jekk is-sistema, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati msemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk inhuma disponibbli): …

0.3.   Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip jekk ikun immarkat fuq il-vettura (1): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Il-kategorija tal-vettura (2): …

0.5.   Isem il-kumpanija u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

1.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta' vettura rappreżentattiva: …

9.   KAROZZERIJA

9.1.   Tip ta' karrozzerija (4): …

9.10.   Arranġamenti interni

9.10.2.   Arranġament u identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi

9.10.2.1.   Ritratti u/jew disinji tal-arranġament ta' simboli u kontrolli, sinjalaturi u indikaturi, b'mod partikolari li juru s-simbolu u l-pożizzjoni tas-sinjalatur/tal-indikatur (jekk ikun hemm) jew deskrizzjoni ta' mezzi oħra li jintużaw għat-twissija tal-okkupanti tal-vettura f'każ ta' falliment kritiku li jirriżulta f'nuqqas ta' ħila tas-sistema li teżegwixxi eCall ibbażata fuq in-numru 112: …

9.12.2.   In-natura u l-pożizzjoni tas-sistemi ta' trażżin supplimentari (indika iva/le/fakultattiv)

(X = naħa tax-xellug, L = naħa tal-lemin, N = lejn in-nofs)

 

Airbag ta' quddiem

Airbag tal-ġenb

Apparat ta' tensjoni taċ-ċinturin

L-ewwel ringiela tas-sits

X

N

L

 

 

 

 

 

 

 

 

 

It-tieni ringiela tas-sits (*1)

X

N

L

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.12.4.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi/elettroniċi (jekk ikun hemm): …

12.   MIXXELLANJI

12.8.   Sistema eCall

12.8.1.   Preżenza: iva/le (3).

12.8.2.   Deskrizzjoni teknika u/jew disinji skematiċi: …

12.8.3.   Numru tal-approvazzjoni tat-tip (jekk ikun disponibbli) tal-STU eCall immuntat fil-vettura: …

12.8.4.   Għal sistema eCall mhux approvata bħala STU:

12.8.4.1.   Deskrizzjoni dettaljata, ritratti u/jew disinni tas-sistema eCall u l-pożizzjoni tagħha fuq il-vettura: …

12.8.4.2.   Lista tal-elementi kostitwenti ewlenin tas-sistema eCall: …

12.8.4.3.   Skema tal-konnessjonijiet elettriċi kollha: …

12.8.5.   Il-preżenza ta' sistema eCall TPS: iva/le (3).

12.8.6.   Il-preżenza ta' servizzi oħra ta' valur miżjud: iva/le (3).

12.8.7.   Id-dikjarazzjoni ta' konformità mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) 2015/758: iva/le (3).

Data, Firma

Noti ta' spjegazzjoni

(1)

Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, tal-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separati koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

(2)

Kif definit fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

(3)

Ħassar fejn ma jkunx applikabbli.

(4)

Uża l-kodiċijiet kif definit fil-Parti C tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

PARTI 2

Ċertifikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar:

EC type-approval (1)

extension of EC type-approval (1)

refusal of EC type-approval (1)

withdrawal of EC type-approval (1)

of a type of vehicle with regard to the installation of 112-based eCall in-vehicle systems

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 2015/758, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) …/…

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk ikunu disponibbli): …

0.3.   Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip jekk ikun immarkat fuq il-vettura (2): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Il-kategorija tal-vettura (3): …

0.5.   Isem il-kumpanija u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.   Id-data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Kummenti (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Dokumenti mehmużin:

1.

Pakkett ta' informazzjoni.

2.

Rapport tat-test.

Noti ta' spjegazzjoni

(1)

Ħassar fejn ma japplikax.

(2)

Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, tal-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separati koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

(3)

Kif definit fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

Addendum

taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.   Deskrizzjoni qasira tas-sistema eCall immuntata fil-vettura: …

1.2.   Fejn tinstab is-sistema eCall: …

1.3.   Mezzi ta' attivazzjoni tas-sistema eCall: …

1.4.   Provvista tal-enerġija tas-sistema eCall: …

1.5.   Is-sistema eCall TPS immuntata fil-vettura: iva/le (1).

1.6.   Servizzi oħra ta' valur miżjud: iva/le (1).

2.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip ta' STU/komponent eCall immuntati fil-vettura bbażati fuq in-numru 112 (1) installati fil-vettura (jekk ikun hemm) biex jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2015/758 u mal-atti ta' implimentazzjoni tiegħu: …

3.   Kummenti (jekk ikun hemm): …

PARTI 3

Mudell ta' Informazzjoni għall-Utent

Id-dokumentazzjoni teknika mgħoddija flimkien mal-vettura (il-manwal tas-sid) għandha tinkludi informazzjoni ċara, komprensiva u aċċessibbli faċilment dwar is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u fuq il-mod kif topera, kif ukoll dwar kwalunkwe sistema eCall appoġġata minn servizz ta' partijiet terzi (TPS) jew minn servizzi oħra ta' valur miżjud imwaħħla fuq dik il-vettura u l-funzjonalitajiet addizzjonali tagħhom.

Differenzi eżistenti bejn l-ipproċessar tad-dejta mwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112 u s-sistema TPS jew servizzi oħra ta' valur miżjud, jekk disponibbli, għandhom jiġu mfissra b'mod ċar.

L-informazzjoni dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta għandha tingħata separatament għas-sistemi bbażati fuq in-numru 112 u għas-sistemi TPS qabel l-użu tagħhom biex tkun evitata kull konfużjoni fir-rigward tal-għanijiet mfittxija u l-valur miżjud tal-ipproċessar tad-dejta.

Dan il-mudell jistabbilixxi l-informazzjoni minima meħtieġa li trid tingħata lill-utent u tista' tiġi kkumplimentata b'informazzjoni oħra xierqa filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom id-dejta tinġabar jew tiġi pproċessata.

1.   DESKRIZZJONI TAS-SISTEMA ECALL IMMUNTATA FIL-VETTURA

1.1.   Ħarsa ġenerali lejn is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, l-operat u l-funzjonalitajiet tagħha: …

1.2.   Is-servizz eCall ibbażat fuq in-numru 112 huwa servizz pubbliku ta' interess ġenerali u huwa aċċessibbli mingħajr ħlas.

1.3.   Is-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112 tiġi attivata b'mod awtomatiku. Din tiġi attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri fil-vettura f'każ ta' inċident gravi. Din tiġi attivata awtomatikament ukoll meta l-vettura tkun mgħammra b'sistema TPS li ma tiffunzjonax f'każ ta' inċident gravi.

1.4.   Is-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112 tista' tiskatta wkoll b'mod manwali, jekk meħtieġ. Struzzjonijiet għall-attivazzjoni manwali tas-sistema: …

1.5.   Fl-eventwalità ta' falliment kritiku tas-sistema li tiddiżattiva s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, tingħata din it-twissija lill-okkupanti tal-vettura: …

2.   INFORMAZZJONI DWAR L-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA

2.1.   Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandu jikkonforma mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta personali previsti fid-Direttivi 95/46/KE (2) u 2002/58/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b'mod partikolari, għandhom ikunu bbażati fuq in-neċessità li jiġu protetti l-interessi vitali tal-individwi f'konformità mal-Artikolu 7(d) tad-Direttiva 95/46/KE (4).

2.2.   L-ipproċessar ta' tali dejta huwa limitat b'mod strett għall-fini tal-ġestjoni tal-eCall ta' emerġenza lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112.

2.3.   Tipi ta' dejta u r-riċevituri tagħha

2.3.1.   Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 tista' tiġbor u tipproċessa din id-dejta biss:

Numru ta' Identifikazzjoni tal-vettura

Tip ta' vettura (vettura għall-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa)

It-tip ta' ħażna ta' propulsjoni tal-vettura (petrol/diżil/LPG/CNG/elettriku/idroġenu)

L-aħħar tliet lokazzjonijiet tal-vettura u d-direzzjoni tal-ivvjaġġar

Log fajl tal-attivazzjoni awtomatika tas-sistema u l-kronogramma tagħha

Kwalunkwe dejta addizzjonali (jekk japplika): …

2.3.2.   Riċevituri tad-dejta pproċessata permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 huma l-punti ta' tweġiba ta' sikurezza pubblika rilevanti magħżula mill-awtoritajiet pubbliċi rispettivi tal-pajjiż li fit-territorju tiegħu jkunu jinstabu, li jkunu l-ewwel li jirċievu u jġestu eCalls għan-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112.

Informazzjoni finanzjarja (jekk disponibbli): …

2.4.   L-arranġamenti għall-ipproċessar tad-dejta

2.4.1.   Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 hija mfassla b'tali mod li tiżgura li d-dejta li tinsab fil-memorja tas-sistema ma tkunx disponibbli barra mis-sistema qabel ma tiġi skattata eCall.

Rimarki addizzjonali (jekk ikun hemm): …

2.4.2.   Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 hija mfassla b'tali mod li tiżgura li din ma tistax tiġi traċċata u mhi soġġetta għall-ebda detezzjoni kostanti meta tkun fl-istatus ta' operat normali tagħha.

Rimarki addizzjonali (jekk ikun hemm): …

2.4.3.   Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 hija mfassla b'tali mod li tiżgura li d-dejta fil-memorja tas-sistema interna titneħħa awtomatikament u kontinwament.

2.4.3.1.   Id-dejta dwar fejn tkun tinstab il-vettura tiġi mħassra u aġġornata fil-memorja interna tas-sistema biex dejjem jinżammu massimu tal-aħħar tliet lokazzjonijiet aġġornati tal-vettura għat-tħaddim normali tas-sistema.

2.4.3.2.   Ir-reġistrazzjoni tad-dejta tal-attività fis-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112 għandha tinżamm għal mhux aktar milli meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġestjoni tal-eCall ta' emerġenza u fi kwalunkwe każ mhux wara 13-il siegħa mill-mument li tinbeda eCall ta' emerġenza.

Rimarki addizzjonali (jekk ikun hemm): …

2.5.   Il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

2.5.1.   Is-suġġett tad-dejta (sid il-vettura) għandu d-dritt li jaċċessa d-dejta u, kif xieraq, li jitlob ir-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar tad-dejta li tikkonċernah, li l-ipproċessar tagħha ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE. Kwalunkwe parti terza li ngħatatilha d-dejta għandha tkun infurmata b'tali rettifika, tħassir jew imblukkar imwettqa f'konformità ma' din id-Direttiva, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat.

2.5.2.   Is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt li jilmenta mal-awtorità kompetenti għall-protezzjoni tad-dejta jekk iqis li d-drittijiet tiegħu ġew miksura b'riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu.

2.5.3.   Is-servizz ta' kuntatt responsabbli mill-ġestjoni tat-talbiet għall-aċċess (jekk ikun hemm): …

3.   INFORMAZZJONI DWAR SERVIZZI TA' PARTIJIET TERZI U SERVIZZI OĦRA TA' VALUR MIŻJUD (JEKK IMMUNTATI)

3.1.   Deskrizzjoni tal-operat u tal-funzjonalitajiet tas-sistema TPS/servizzi ta' valur miżjud: …

3.2.   Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz ta' sistema TPS/servizzi oħra ta' valur miżjud għandu jikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali previsti fid-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

3.2.1.   Bażi legali għall-użu ta' sistema TPS u/jew servizzi ta' valur miżjud u għall-ipproċessar tad-dejta permezz tagħhom: …

3.3.   Is-sistema TPS u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud għandhom jipproċessaw id-dejta personali biss fuq il-bażi tal-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-dejta (sid jew sidien il-vettura).

3.4.   Il-modalitajiet tal-ipproċessar tad-dejta permezz ta' sistema TPS u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud, inkluż kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa fir-rigward tat-traċċabbiltà, id-detezzjoni u l-ipproċessar tad-dejta personali: …

3.5.   Sid vettura mgħammra b'sistema eCall TPS u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud oħra flimkien mas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandu d-dritt li jagħżel li juża s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 minflok is-sistema eCall TPS u s-servizzi l-oħra ta' valur miżjud.

3.5.1.   Dettalji ta' kuntatt għall-ġestjoni tat-talbiet ta' diżattivazzjoni tas-sistema eCall TPS: …


(*1)  It-tabella tista' tiġi estiża skont ma jkun meħtieġ għal vetturi b'aktar minn żewġ ringieli ta' sits jew jekk ikun hemm aktar minn tliet sits tul il-wisa' tal-vettura.

(1)  Ħassar fejn ma jkunx applikabbli.

(2)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(3)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(4)  Id-Direttiva 95/46/KE titħassar bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


ANNESS II

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 jew komponent tas-sistema eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112

PARTI 1

Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta' informazzjoni Nru ... b'rabta mal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 jew komponent tas-sistema eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 (3).

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'biżżejjed dettall fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

Jekk l-unità teknika separata jew il-komponent imsemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.3.   Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-Unità Teknika Separata (1): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Fil-każ ta' STU, maħsub għall-kategorija tal-vettura (2): …

0.5.   Isem il-kumpanija u indirizz tal-manifattur: …

0.7.   Fejn jinsab u l-metodu ta' twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni KE: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

12.8.   Sistema eCall

12.8.2.   Deskrizzjoni teknika u/jew tpinġijiet skematiċi: …

12.8.3.1.   Ritratti u/jew tpinġijiet b'biżżejjed dettall u bi skala xierqa biex dan il-komponent jew STU jkunu jistgħu jiġu identifikati. Id-disinni jridu juru l-pożizzjoni maħsuba tal-STU jew tal-komponent fil-vettura u l-ispazju maħsub għall-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-STU jew tal-komponent …

12.8.3.1.1.   Struzzjonijiet għall-installazzjoni fil-vettura, inklużi l-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112: …

12.8.3.1.2.   Il-post fil-vettura u l-metodu tal-immuntar tal-STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112: …

12.8.3.2.   Lista ta' partijiet kostitwenti ewlenin tal-STU jew tal-komponent: …

12.8.7.   Id-dikjarazzjoni ta' konformità mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) 2015/758: iva/le (3).

Noti ta' spjegazzjoni

(1)

Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, il-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

(2)

Kif definit fit-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

(3)

Ħassar fejn ma jkunx applikabbli.

PARTI 2

Ċertifikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar:

EC type-approval (1)

extension of EC type-approval (1)

refusal of EC type-approval (1)

withdrawal of EC type-approval (1)

of 112-based eCall in-vehicle STU/ 112-based eCall in-vehicle system component (1)

fir-rigward tar-Regolament (UE) 2015/758.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.3.   Il-mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip jekk ikunu mmarkati fuq il-komponent/l-unità teknika separata (2): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Fil-każ ta' unità teknika separata, maħsuba għal kategorija ta' vettura (3): …

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.7.   Fejn jinsab u l-metodu ta' twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni tal-KE: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.   Id-data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Kummenti (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Dokumenti mehmużin:

1.

Pakkett ta' informazzjoni.

2.

Rapport tat-test.

Addendum

taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.   Deskrizzjoni qasira tal-STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112/tal-komponent fis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 (3): …

1.1.1.   Struzzjonijiet għall-installazzjoni fil-vettura, inklużi l-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112: …

1.1.2.   Eżempju tal-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE fuq l-STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112/il-komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 (3): …

1.2.   Il-post fil-vettura u l-metodu tal-immuntar tal-unità teknika separata eCall: …

1.3.   Mezzi tal-iskattament: …

1.4.   Il-provvista tal-enerġija: …

2.   Il-komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/79. Barra minn hekk, jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti tekniċi koperti:

2.1.   L-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79: iva/le (3).

2.2.   L-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79: iva/le (3).

2.3.   L-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79: iva/le (3).

3.   Kummenti (jekk ikun hemm): …

PARTI 3

Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-STUs u għall-komponenti

1.   Il-marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għall-unità teknika separata u għall-komponent għandha tikkonsisti fi:

1.1.   L-ittra żgħira “e” mdawra b'rettangolu, segwita min-numru ta' identifikazzjoni tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-unità teknika separata jew tal-komponent:

1

għall-Ġermanja

12

għall-Awstrija

26

għas-Slovenja

2

għal Franza

13

għal-Lussemburgu

27

għas-Slovakkja

3

għall-Italja

17

għall-Finlandja

29

għall-Estonja

4

għan-Netherlands

18

għad-Danimarka

32

għal-Latvja

5

għall-Iżvezja

19

għar-Rumanija

34

għall-Bulgarija

6

għall-Belġju

20

għall-Polonja

36

għal-Litwanja

7

għall-Ungerija

21

għall-Portugall

49

għal Ċipru

8

għar-Repubblika Ċeka

23

għall-Greċja

50

għal Malta

9

għal Spanja

24

għall-Irlanda

 

 

11

għar-Renju Unit

25

għall-Kroazja

 

 

1.2.   Qrib ir-rettangolu n-“numru ta' approvazzjoni tal-bażi” fit-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip preċedut minn żewġ numri li jindikaw in-numru ta' sekwenza assenjat lil dan ir-Regolament. In-numru ta' sekwenza bħalissa huwa “00”.

1.3.   F'każ ta' STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112, qrib ir-rettangolu in-numru ta' sekwenza għandu jkun preċedut mis-simbolu “ECALL”.

2.   Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE titwaħħal ma' parti ewlenija tal-STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 jew ma' komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 b'tali mod li ma jkunx jista' jitħassar, ikun ċar u li jinqara faċilment.

3.   Eżempju ta' marki tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal STUs eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u għal komponenti tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 huwa muri rispettivament fl-Istampa 1 u fl-Istampa 2.

Stampa 1

Eżempju ta' marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal STUs eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112

Image

Nota ta' spjega

Didaskalija

L-approvazzjoni tat-tip tal-unità teknika separata tal-KE inħarġet mill-Bulgarija bin-numru 0046. L-ewwel żewġ numri “00” jindikaw li l-unità teknika separata kienet approvata skont dan ir-Regolament.

Stampa 2

Eżempju ta' marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal komponenti tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112

Image

Nota ta' spjega

Didaskalija

L-approvazzjoni tat-tip tal-komponent tal-KE inħarġet mill-Ġermanja bin-numru 00026. L-ewwel żewġ numri “00” jindikaw li l-komponent kien approvat skont dan ir-Regolament.


(1)  Delete where not applicable.

(2)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, il-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

(3)  Ħassar fejn ma jkunx applikabbli.