|
17.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/112 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/55
tal-14 ta' Diċembru 2016
rigward l-awtorizzazzjoni ta' ottan-2-ol, isopropanol, pentan-2-ol, ottan-3-ol, ettan-2-on, pentan-2-on, 6-metil-etta-3,5-dien-2-on, nonan-3-on, dekan-2-on u isopropil tetradekanoat bħala addittivi tal-ikel għall-ispeċijiet tal-annimali kollha
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fih previst l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Ottan-2-ol, isopropanol, pentan-2-ol, ottan-3-ol, ettan-2-on, pentan-2-on, 6-metil-etta-3,5-dien-2-on, nonan-3-on, dekan-2-on u isopropil tetradekanoat kienu awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha. Dawk il-prodotti sussegwentement ġew irreġistrati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, b'mod konformi mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet sottomessa applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta' ottan-2-ol, isopropanol, pentan-2-ol, ottan-3-ol, ettan-2-on, pentan-2-on, 6-metil-etta-3,5-dien-2-on, nonan-3-on, dekan-2-on, isopropil tetradekanoat bħala addittivi għall-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha. L-applikant talab li dawk l-addittivi jkunu klassifikati fil-kategorija ta' addittivi “addittivi sensorjali”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Ottubru 2015 (3), ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti għall-użu fl-għalf ottan-2-ol, isopropanol, pentan-2-ol, ottan-3-ol, ettan-2-on, pentan-2-on, 6-metil-etta-3,5-dien-2-on, nonan-3-on, dekan-2-on, isopropil tetradekanoat ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-funzjoni ta' ottan-2-ol, isopropanol, pentan-2-ol, ottan-3-ol, ettan-2-on, pentan-2-on, 6-metil-etta-3,5-dien-2-on, nonan-3-on, dekan-2-on, isopropil tetradekanoat fl-għalf hi simili għal dik fuq l-ikel. L-Awtorità diġà kkonkludiet li għall-ikel, dawk is-sustanzi huma effikaċji, billi jżidu r-riħa tal-ikel u l-palat. L-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar is-sikurezza ta' ottan-2-ol, isopropanol, pentan-2-ol, ottan-3-ol, ettan-2-on, pentan-2-on, 6-methyl- etta-3,5-dien-2-on, nonan-3-on, dekan-2-on, isopropil tetradekanoat użati fl-ilma għax-xorb. Madankollu, dawk is-sustanzi jistgħu jintużaw f'għalf kompost li sussegwentement jiġi amministrat permezz tal-ilma. |
|
(5) |
Għandhom ikunu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet biex ikun hemm kontroll aħjar. Għal raġunijiet prattiċi u biex tiġi kkunsidrata l-evalwazzjoni mill-ġdid imwettqa mill-Awtorità, għandu jiġi stabbilit il-massimu rakkomandat ta' kontenuti. Fejn il-kontenut rakkomandat ta' addittiv fl-għalf tal-annimali komplut jinqabeż, in-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv fl-għalf, l-isem tiegħu u l-ammont miżjud għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, tal-għalf kompost u tal-materjali għall-għalf. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet li fin-nuqqas ta' dejta tas-sikurezza tal-utent, ottan-2-ol, isopropanol, pentan-2-ol, ottan-3-ol, ettan-2-on, pentan-2-on, 6-metil-etta-3,5-dien-2-on, nonan-3-on, dekan-2-on, isopropil tetradekanoat għandhom ikunu kkunsidrati bħala irritanti għall-ġilda, l-għajnejn u s-sistema tan-nifs u bħala sensitizzatur għall-ġilda. Konsegwentement, għandhom jittieħdu miżuri protettivi xierqa. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni ta' ottan-2-ol, isopropanol, pentan-2-ol, ottan-3-ol, ettan-2-on, pentan-2-on, 6-metil-etta-3,5-dien-2-on, nonan-3-on, dekan-2-on, isopropil tetradekanoat turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Billi r-raġunijiet ta' sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki għall-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' ottan-2-ol, isopropanol, pentan-2-ol, ottan-3-ol, ettan-2-on, pentan-2-on, 6-metil-etta-3,5-dien-2-on, nonan-3-on, dekan-2-on, isopropil tetradekanoat, huwa xieraq li jitħalla perjodu ta' tranżizzjoni għall-partijiet interessati biex jippreparaw lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jappartjenu għall-kategorija ta' addittivi “addittivi sensorjali” u għall-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi għall-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi kif speċifikati fl-Anness u taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Awwissu 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Frar 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Frar 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Frar 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Frar 2019 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Frar 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2015;13(11):4268.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċijiet jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf komplut b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b02022 |
— |
Ottan-2-ol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ottan-2-ol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ottan-2-ol Prodott b'sinteżi kimika Purità: min 97 % C8H18O CAS Nru 123¬96-6 FLAVIS Nru: 02.022 Metodu ta' Analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' ottan-2-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-aromatizzanti tal-għalf: Spettrometrija tal-massa ta' kromatografija bil-gass b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b02079 |
— |
Isopropanol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Isopropanol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Isopropanol Prodott b'sinteżi kimika Purità: min. 99,7 % Formula kimika: C3H8O CAS Nru 67-63-0 FLAVIS Nru: 02.079 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' isopropanol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-aromatizzanti tal-għalf: Spettrometrija tal-massa ta' kromatografija bil-gass b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b02088 |
— |
Pentan-2-ol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Pentan-2-ol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Pentan-2-ol Prodott b'sinteżi kimika Purità: min. 97.9 % Formula kimika: C5H12O CAS Nru 6032-29-7 FLAVIS Nru: 02.088 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' pentan-2-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-aromatizzanti tal-għalf: Spettrometrija tal-massa ta' kromatografija bil-gass b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b02098 |
— |
Ottan-3-ol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ottan-3-ol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ottan-3-ol Prodott b'sinteżi kimika Purità: min. 97 % Formula kimika: C8H18O CAS Nru 589-98-0 FLAVIS Nru: 02.098 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' ottan-3-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-aromatizzanti tal-għalf: Spettrometrija tal-massa ta' kromatografija bil-gass b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b07002 |
— |
Ettan-2-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ettan-2-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ettan-2-on Prodott b'sinteżi kimika Purità: min. 95 % Formula kimika: C7H14O CAS Nru 110-43-0 FLAVIS Nru: 07.002 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' ettan-2-on fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-aromatizzanti tal-għalf: Spettrometrija tal-massa ta' kromatografija bil-gass b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b07054 |
— |
Pentan-2-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv Pentan-2-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Pentan-2-on Prodott b'sinteżi kimika Purità: min. 95 % Formula kimika: C5H10O CAS Nru 107-87-9 FLAVIS Nru: 07.054 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' pentan-2-one fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-aromatizzanti tal-għalf: Spettrometrija tal-massa ta' kromatografija bil-gass b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b07099 |
— |
6-Metil-etta-3,5-dien-2-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv 6-Metil-etta-3,5-dien-2-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 6-Metil-etta-3,5-dien-2-on Prodott b'sinteżi kimika Purità: min. 96 % Formula kimika: C8H12O CAS Nru 1604-28-0 FLAVIS Nru: 07.099 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 6-metil-etta-3,5-dien-2-on fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-aromatizzanti tal-għalf: Spettrometrija tal-massa ta' kromatografija bil-gass b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b07113 |
— |
Nonan-3-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv Nonan-3-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Nonan-3-on Prodott b'sinteżi kimika Purità: min. 95,9 % Formula kimika: C9H18O CAS Nru 925-78-0 FLAVIS Nru: 07.113 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' nonan-3-on fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-aromatizzanti tal-għalf: Spettrometrija tal-massa ta' kromatografija bil-gass b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b07150 |
— |
Dekan-2-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv Dekan-2-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Dekan-2-on Prodott b'sinteżi kimika Purità: min. 98 % Formula kimika: C10H20O CAS Nru 693-54-9 FLAVIS Nru: 07.150 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' dekan-2-on fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-aromatizzanti tal-għalf: Spettrometrija tal-massa ta' kromatografija bil-gass b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b09105 |
— |
Isopropil tetradekanoat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Isopropil tetradekanoat Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Isopropil tetradekanoat Prodott b'sinteżi kimika Purità: min. 99 % Formula kimika: C17H34O2 CAS Nru 110-27-0 FLAVIS Nru 09.105 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' isopropil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tal-aromatizzanti tal-għalf: Spettrometrija tal-massa ta' kromatografija bil-gass b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.