|
27.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/53 |
DIRETTIVA (UE) 2017/2397 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Diċembru 2017
dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE (3) u 96/50/KE (4) huma l-ewwel passi meħuda lejn l-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali għall-membri tal-ekwipaġġ fin-navigazzjoni interna. |
|
(2) |
Ir-rekwiżiti għall-membri tal-ekwipaġġ li jinnavigaw fuq ix-xmara Renu, jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 91/672/KEE u 96/50/KE u huma stabbiliti mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR), skont ir-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tapplika għall-impjiegi fuq passaġġi fuq l-ilma interni minbarra l-boatmasters. Madankollu, ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u ċertifikati taħt id-Direttiva 2005/36/KE mhuwiex adattat bis-sħiħ għall-attivitajiet transkonfinali regolari u frekwenti ta’ impjiegi fuq passaġġ fuq l-ilma intern li b’mod partikolari jeżistu fuq passaġġi fuq l-ilma interni marbuta ma’ passaġġi fuq l-ilma interni ta’ Stat Membru ieħor. |
|
(4) |
Studju ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fl-2014 enfasizza l-fatt li l-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 91/672/KEE u 96/50/KE għall-boatmasters, u n-nuqqas ta’ rikonoxximent awtomatiku taċ-ċertifikati tal-boatmasters maħruġa skont dawk id-Direttivi dwar ir-Renu, ifixklu l-mobbiltà tal-membri tal-ekwipaġġ fin-navigazzjoni interna. |
|
(5) |
Biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà, biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħajja umana u tal-ambjent, huwa essenzjali li l-membri tal-ekwipaġġ, u speċjalment il-persuni inkarigati minn sitwazzjonijiet ta’ emerġenza abbord bastimenti tal-passiġġieri u l-persuni involuti fil-forniment tal-karburant tal-bastimenti mħaddma b’gass naturali likwifikat, ikollhom ċertifikati li jagħtu prova tal-kwalifiki tagħhom. Għall-infurzar effiċjenti, jenħtieġ li jġorru dawn iċ-ċertifikati waqt li jeżerċitaw l-impjieg tagħhom. Dawk il-kunsiderazzjonijiet japplikaw ukoll għal żgħażagħ li għalihom huwa importanti li s-sikurezza u s-saħħa tagħhom fuq il-post tax-xogħol jiġu protetti skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE (6). |
|
(6) |
In-navigazzjoni għal finijiet sportivi jew ta’ divertiment, it-tħaddim ta’ laneċ li ma jimxux b’mod indipendenti, u n-navigazzjoni mill-forzi armati jew mis-servizzi ta’ emerġenza, huma attivitajiet li ma jirrikjedux kwalifiki simili għal dawk il-kwalifiki meħtieġa għan-navigazzjoni professjonali għat-trasport ta’ oġġetti u persuni. Għalhekk, jenħtieġ li persuni li jwettqu dawk l-attivitajiet ma jkunux koperti minn din id-Direttiva. |
|
(7) |
Il-boatmasters li jbaħħru f’ċirkostanzi li jippreżentaw periklu partikolari għas-sikurezza jenħtieġ li jkollhom awtorizzazzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari, għat-tbaħħir ta’ konvojs kbar, it-tbaħħir ta’ inġenji mħaddma b’gass naturali likwifikat, it-tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ viżibbiltà mnaqqsa, it-tbaħħir fuq passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu jew it-tbaħħir fuq passaġġi fuq l-ilma li joħolqu riskji speċifiċi għan-navigazzjoni. Sabiex jinkisbu tali awtorizzazzjonijiet, il-boatmasters jenħtieġ li jkunu mitluba juru kompetenzi speċifiċi addizzjonali. |
|
(8) |
Biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu skont kriterji armonizzati. Ir-rekwiżiti ta’ kompetenza għan-navigazzjoni fuq dawn il-passaġġi fuq l-ilma jenħtieġ li jiġu ddefiniti fil-livell tal-Unjoni. Mingħajr ma jillimitaw bla bżonn il-mobbiltà tal-boatmasters, meta jkun meħtieġ biex jiżguraw is-sikurezza tan-navigazzjoni u fejn adatt f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni tax-Xmajjar Ewropej rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà wkoll li jidentifikaw il-passaġġi fuq l-ilma li joħolqu riskji speċifiċi għan-navigazzjoni skont kriterji u proċeduri armonizzati, skont din id-Direttiva. F’dawn il-każijiet, ir-rekwiżiti ta’ kompetenza relatati jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali. |
|
(9) |
Bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-mobbiltà ta’ persuni involuti fit-tħaddim ta’ inġenji madwar l-Unjoni u meta jitqies li ċ-ċertifikati kollha ta’ kwalifiki, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord maħruġa skont din id-Direttiva jenħtieġ li jikkonformaw mal-istandards minimi meħtieġa f’konformità mal-kriterji armonizzati, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikonoxxu l-kwalifiki professjonali ċċertifikati skont din id-Direttiva. Konsegwentement id-detenturi ta’ tali kwalifiki jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni. |
|
(10) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ attivitajiet transkonfinali fuq ċerti passaġġi fuq l-ilma nazzjonali u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li ma jagħmlux obbligatorji ċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni nazzjonali li mhumiex konnessi ma’ passaġġ fuq l-ilma intern navigabbli ta’ Stat Membru ieħor. Madankollu, ċ-ċertifikati tal-Unjoni jenħtieġ li jippermettu l-aċċess għal attivitajiet ta’ navigazzjoni fuq dawk il-passaġġi fuq l-ilma mhux konnessi. |
|
(11) |
Id-Direttiva 2005/36/KE tibqa’ applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta li huma eżentati mill-obbligu li jkollhom ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni maħruġ skont din id-Direttiva, u tibqa’ wkoll applikabbli għall-kwalifiki tal-passaġġi fuq l-ilma interni mhux koperti minn din id-Direttiva. |
|
(12) |
Fejn l-Istati Membri jagħtu eżenzjonijiet mill-obbligi li jinġarr ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni, jenħtieġ li dawn jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni għal persuni li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni nazzjonali tagħhom li mhumiex konnessi man-netwerk navigabbli ta’ Stat Membru ieħor fejn tiġi applikata l-eżenzjoni. Jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jiżguraw ukoll li fir-rigward ta’ dawk il-passaġġi fuq l-ilma interni, id-data dwar il-ħin ta’ navigazzjoni u l-vjaġġi mwettqa jiġu vvalidati fil-kotba tar-rekords tas-servizz ta’ persuni li għandhom ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni, jekk il-membru tal-ekwipaġġ jitlob hekk. Barra minn hekk, jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jieħdu u jinfurzaw miżuri u penalitajiet xierqa għall-prevenzjoni tal-frodi u prattiki illegali oħra li jinvolvu ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni u kotba tar-rekords tas-servizz dwar dawk il-passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi. |
|
(13) |
L-Istati Membri li japplikaw eżenzjonijiet għall-obbligu li jinġarr ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jissospendu ċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni għal persuni li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni nazzjonali tagħhom li mhumiex konnessi man-netwerk navigabbli ta’ Stat Membru ieħor fejn tiġi applikata l-eżenzjoni. |
|
(14) |
Stat Membru li l-ebda wieħed mill-passaġġi fuq l-ilma interni tiegħu ma jkun konness man-netwerk navigabbli ta’ Stat Membru ieħor, li jiddeċiedi li ma joħroġx ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, f’konformità ma’ din id-Direttiva, ikun taħt obbligu sproporzjonat u mhux neċessarju jekk ikollu jittrasponi u jimplimenta d-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li tali Stat Membru jiġi eżentat, mill-obbligu li jittrasponi u jimplimenta d-dispożizzjonijiet relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki sakemm huwa jiddeċiedi li ma joħroġx ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni. Minkejja dan, tali Stat Membru jenħtieġ li jkun meħtieġ li jirrikonoxxi ċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni fit-territorju tiegħu sabiex tiġi promossa l-mobbiltà tal-ħaddiema fl-Unjoni, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv assoċjat ma’ mobbiltà tax-xogħol u tiżdied l-attrattività tal-professjoni. |
|
(15) |
F’għadd ta’ Stati Membri, in-navigazzjoni interna mhijiex attività frekwenti, u sservi biss interessi lokali jew staġjonali f’ passaġġi fuq l-ilma mingħajr ebda konnessjoni ma’ Stati Membri oħra. Filwaqt li l-prinċipju tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati professjonali skont din id-Direttiva jenħtieġ li jiġi rrispettat ukoll f’dawk l-Istati Membri, il-piż amministrattiv jenħtieġ li jkun proporzjonali. Għodod ta’ implimentazzjoni bħal bażijiet ta’ data u reġistri joħolqu piż amministrattiv sinifikanti mingħajr ma jkunu ta’ benefiċċju reali, peress li l-fluss ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri jista’ wkoll jinkiseb permezz ta’ mezzi oħra ta’ kooperazzjoni. Għalhekk huwa ġġustifikat li l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu jittrasponu biss id-dispożizzjonijiet minimi meħtieġa għar-rikonoxximent ta’ ċertifikati professjonali maħruġa skont din id-Direttiva. |
|
(16) |
F’ċerti Stati Membri, in-navigazzjoni fuq passaġġi fuq l-ilma interni mhijiex teknikament possibbli. L-impożizzjoni fuq dawk l-Istati Membri li jittrasponu din id-Direttiva tkun għalhekk piż amministrattiv disproporzjonat għalihom. |
|
(17) |
Huwa importanti li s-settur tal-passaġġi tal-ilma interni jkun jista’ jipprovdi programmi ffukati kemm fuq iż-żamma tal-persuni li għandhom ’il fuq minn 50 sena kif ukoll fuq it-titjib tal-ħiliet u tal-impjegabilità taż-żgħażagħ. |
|
(18) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-membri kollha tal-ekwipaġġ li jkunu qed jipprattikaw is-sengħa tagħhom fuq bażi esklussiva u regolari fl-Unjoni, u jenħtieġ li twaqqaf kull tendenza ta’ tnaqqis fis-salarji, kif ukoll kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità, post ta’ residenza jew bandiera ta’ reġistrazzjoni. |
|
(19) |
Fid-dawl tal-kooperazzjoni stabbilita bejn l-Unjoni u s-CCNR sa mill-2003 li wasslet għall-istabbiliment tal-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta’ Standards fin-Navigazzjoni Interna (CESNI) taħt l-awspiċji tas-CCNR, u sabiex jiġu ssimplifikati l-oqfsa legali li jirregolaw il-kwalifiki professjonali fl-Ewropa, iċ-ċertifikati tal-kwalifiki, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord, maħruġa skont ir-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu li jistabbilixxu rekwiżiti li huma identiċi għal dawk ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jkunu validi fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni. Dawn, iċ-ċertifikati tal-kwalifiki, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord maħruġa minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti fl-Unjoni, taħt il-kondizzjoni għar-reċiproċità. |
|
(20) |
Hu importanti li min iħaddem japplika l-liġijiet soċjali u tax-xogħol tal-Istat Membru li fih titwettaq l-attività, meta fl-Unjoni jimpjega membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta li jkollhom ċertifikati ta’ kwalifika, kotba tar-rekords u ġurnali ta’ abbord maħruġa minn pajjiżi terzi li jkunu ġew rikonoxxuti mill-awtoritajiet responsabbli fl-Unjoni. |
|
(21) |
Biex jitneħħew ulterjorment l-ostakli għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u jiġu ssimplifikati iżjed l-oqfsa legali li jirregolaw il-kwalifiki professjonali fl-Ewropa, kwalunkwe ċertifikat ta’ kwalifika, ktieb tar-rekords tas-servizzi jew ġurnal ta’ abbord maħruġ minn pajjiż terz fuq il-bażi ta’ rekwiżiti li huma identiċi għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva jistgħu jiġu rikonoxxuti wkoll fuq il-passaġġi fuq l-ilma kollha tal-Unjoni, soġġett għal valutazzjoni mill-Kummissjoni u soġġett għar-rikonoxximent minn dak il-pajjiż terz ta’ dokumenti maħruġa skont din id-Direttiva. |
|
(22) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu ċertifikati ta’ kwalifika biss lil persuni li għandhom il-livelli minimi ta’ kompetenza, l-età minima, l-istat mediku u l-ħin ta’ navigazzjoni meħtieġ biex tinkiseb kwalifika speċifika. |
|
(23) |
Hu importanti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ jipprovaw jiksbu kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu miżuri speċifiċi b’appoġġ tal-attivitajiet tas-sħab soċjali f’dan ir-rigward. |
|
(24) |
Biex jiġi ssalvagwardjat ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki, iċ-ċertifikati ta’ kwalifika jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kompetenzi meħtieġa għat-tħaddim ta’ inġenji. Stati Membri jenħtieġ li jiżguraw li persuni li jirċievu ċertifikati ta’ kwalifika jkollhom il-livelli minimi korrispondenti ta’ kompetenza, ivverifikati wara valutazzjoni xierqa. Dawn il-valutazzjonijiet jistgħu jieħdu l-forma ta’ eżami amministrattiv, jew jistgħu jiffurmaw parti minn programmi ta’ taħriġ approvati mwettqa skont standards komuni sabiex jiżguraw livell minimu komparabbli ta’ kompetenza fl-Istati Membri kollha għal diversi kwalifiki. |
|
(25) |
Meta jinnavigaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni, il-boatmasters, jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw l-għarfien dwar ir-regoli dwar it-traffiku fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni, bħall-Kodiċi Ewropew għan-Navigazzjoni Fuq Passaġġi Fuq l-Ilma Interni (CEVNI) jew regolamenti tat-traffiku rilevanti oħra, u dwar ir-regoli applikabbli dwar l-ekwipaġġ ta’ inġenji, inkluż dwar il-ħin tal-mistrieħ, kif stabbilit fil-leġislazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali jew f’regolamenti speċifiċi maqbula fil-livell reġjonali, bħar-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu. |
|
(26) |
Minħabba r-responsabbiltà fir-rigward tas-sikurezza meta tiġi eżerċitata l-professjoni ta’ boatmaster, it-tbaħħir bl-għajnuna ta’ radar u l-forniment tal-karburant ta’ inġenji mħaddma b’gass naturali likwifikat jew it-tbaħħir ta’ inġenji mħaddma b’gass naturali likwifikat, tinħtieġ verifika permezz ta’ eżamijiet prattiċi dwar jekk il-livell meħtieġ ta’ kompetenza ntlaħaqx b’mod effettiv. Dawn l-eżamijiet prattiċi jistgħu jitwettqu bl-użu ta’ simulaturi approvati, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata iżjed l-evalwazzjoni tal-kompetenza. |
|
(27) |
Ħiliet għat-tħaddim tar-radju abbord huma kruċjali biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni interna. Huwa importanti li l-Istati Membri jinkoraġġixxu kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta li jista’ jkun jeħtieġ li jinnaviga l-inġenju biex ikollu t-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni rigward it-tħaddim ta’ tali radju. Għall-boatmasters u t-tmunieri tali taħriġ u ċertifikazzjoni jenħtieġ li jkunu obbligatorji. |
|
(28) |
L-approvazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ hija meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-programmi jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi komuni rigward il-kontenut u l-organizzazzjoni. Tali konformità tippermetti l-eliminazzjoni ta’ ostakli bla bżonn għad-dħul fil-professjoni, billi tipprevjeni li jiġu imposti eżamijiet addizzjonali bla bżonn fuq persuni li diġà kisbu l-ħiliet neċessarji matul it-taħriġ vokazzjonali tagħhom. L-eżistenza ta’ programmi ta’ taħriġ approvati tista’ tiffaċilita wkoll id-dħul ta’ ħaddiema mingħajr esperjenza preċedenti minn setturi oħra fil-professjoni tan-navigazzjoni interna għaliex jistgħu jgawdu minn programmi ta’ taħriġ dedikati li jqisu l-kompetenzi diġà miksuba tagħhom. |
|
(29) |
Biex tkompli tiġi ffaċilitata l-mobbiltà għall-boatmasters, l-Istati Membri jenħtieġ li, soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li fih tinsab medda ta’ passaġġ fuq l-ilma intern b’riskji speċifiċi, ikunu jistgħu jivvalutaw il-kompetenzi meħtieġa għan-navigazzjoni fuq dik il-medda ta’ passaġġ fuq l-ilma intern. |
|
(30) |
Il-ħin ta’ navigazzjoni jenħtieġ li jiġi verifikat permezz ta’ entrati validati fil-kotba tar-rekords tas-servizzi. Biex jippermettu li ssir din il-verifika, l-Istati Membri jenħtieġ li joħorġu kotba tar-rekords tas-servizz u ġurnali ta’ abbord u jiżguraw li dawn tal-aħħar jipprovdu rekord tal-vjaġġi tal-inġenji. L-istat mediku ta’ kandidat jenħtieġ li jiġi ċċertifikat minn tabib approvat. |
|
(31) |
Fejn l-attivitajiet tat-tagħbija u l-ħatt jeħtieġu operazzjonijiet ta’ navigazzjoni attivi, bħal tħammil jew manuvri bejn il-punti tat-tagħbija jew dawk tal-ħatt, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-ħin użat għal tali attivitajiet bħala ħin ta’ navigazzjoni u jirreġistrawh kif meħtieġ. |
|
(32) |
Kull meta l-miżuri previsti f’din id-Direttiva jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, jenħtieġ li dan jitwettaq skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali, b’mod partikolari r-Regolamenti (KE) Nru 45/2001 (7) u (UE) 2016/679 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(33) |
Biex jikkontribwixxu għall-amministrazzjoni effiċjenti taċ-ċertifikati ta’ kwalifika, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti li għandhom jimplimentaw din id-Direttiva u jistabbilixxu reġistri għar-reġistrazzjoni ta’ data dwar iċ-ċertifikati ta’ kwalifika, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri u mal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ implimentazzjoni, infurzar u evalwazzjoni tad-Direttiva kif ukoll għal finijiet ta’ statistika, għaż-żamma tas-sikurezza u għall-iffaċilitar tan-navigazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw din l-informazzjoni, inkluż data dwar iċ-ċertifikati ta’ kwalifiki, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord, billi jinkluduha f’bażi ta’ data miżmuma mill-Kummissjoni. Meta żżomm dik il-bażi ta’ data, jenħtieġ li l-Kummissjoni debitament tirrispetta l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data personali. |
|
(34) |
L-awtoritajiet, inklużi l-awtoritajiet f’pajjiżi terzi, li joħorġu ċertifikati ta’ kwalifika, kotba tar-rekords tas-servizz u ġurnali ta’ abbord skont regoli li huma identiċi għal dawk ta’ din id-Direttiva qegħdin jipproċessaw id-data personali. L-awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ din id-Direttiva, u, fejn meħtieġ, l-organizzazzjonijiet internazzjonali li stabbilixxew dawk ir-regoli identiċi, jenħtieġ li jkollhom aċċess ukoll għall-bażi ta’ data miżmuma mill-Kummissjoni għall-fini tal-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva, għal finijiet statistiċi, għaż-żamma tas-sikurezza, għall-iżgurar tan-navigazzjoni bla xkiel u sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet. Madankollu jenħtieġ li dan l-aċċess ikun soġġett għal livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data, speċifikament fil-każ ta’ data personali, u, fil-każ ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u wkoll għall-prinċipju tar-reċiproċità. |
|
(35) |
Bil-ħsieb li s-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni jkompli jiġi mmodernizzat u jkompli jitnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li d-dokumenti jsiru anqas vulnerabbli għat-tbagħbis, il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu kont tal-prinċipju ta’ regolamentazzjoni aħjar, tikkunsidra li teżamina l-possibbiltà li l-verżjoni stampata taċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, tal-kotba tar-rekords tas-servizz u tal-ġurnali ta’ abbord tiġi sostitwita b’għodod elettroniċi, bħal kards professjonali elettroniċi u unitajiet elettroniċi tal-bastimenti. |
|
(36) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-oppożizzjoni, fejn opportun, tal-adozzjoni intiża minn Stat Membru ta’ ta’ kompetenza relatati ma’ riskji speċifiċi fuq ċerti meded ta’ passaġġi fuq l-ilma interni. Dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(37) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ mudelli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, ċertifikati ta’ eżamijiet prattiċi, kotba tar-rekords tas-servizz u ġurnali ta’ abbord u l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent f’konformità mal-Artikolu 10. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
(38) |
Sabiex jiġu pprovduti standards armonizzati minimi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kwalifiki, biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Kummissjoni, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ standards ta’ kompetenza, standards għall-istat mediku, standards għall-eżamijiet prattiċi, standards għall-approvazzjoni ta’ simulaturi u standards li jiddefinixxu l-karatteristiċi u l-kondizzjonijiet tal-użu għall-bażi ta’ data li trid tinżamm mill-Kummissjoni, jiġifieri biex tinżamm kopja tad-data ewlenija relatata maċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, il-kotba tar-rekords tas-servizz, il-ġurnali ta’ abbord u d-dokumenti rikonoxxuti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
|
(39) |
Il-miżuri ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li mhux biss jindirizzaw il-problema ta’ ċertifikati maħruġa lill-boatmasters f’konformità mad-Direttiva 96/50/KE, mar-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu tas-CCNR jew ma’ ċerta leġislazzjoni nazzjonali, imma wkoll il-problema ta’ ċertifikati maħruġa lil kategoriji oħra ta’ membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Kemm jista’ jkun, jenħtieġ li dawk il-miżuri jissalvagwardjaw l-intitolamenti mogħtija qabel u jkollhom l-għan li jagħtu lill-membri tal-ekwipaġġ tas-sengħa żmien raġonevoli biex japplikaw għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għalhekk jenħtieġ li jipprevedu perijodu adegwat li matulu dawk iċ-ċertifikati jistgħu jkomplu jintużaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni li għalihom kienu validi qabel it-tmiem tal-perijodu tat-traspożizzjoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiżguraw ukoll sistema ta’ tranżizzjoni għar-regoli l-ġodda għal dawn iċ-ċertifikati kollha, b’mod partikolari fejn ikunu kkonċernati vjaġġi ta’ interess lokali. |
|
(40) |
L-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni fil-qasam ta’ kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna fl-Ewropa hija ffaċilitata permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u s-CCNR u bl-iżvilupp ta’ standards tas-CESNI. Is-CESNI li huwa miftuħ għal esperti mill-Istati Membri kollha, ifassal standards fil-qasam tan-navigazzjoni interna, inklużi standards għal kwalifiki professjonali. Il-Kummissjonijiet tax-Xmajjar Ewropej, l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, is-sħab soċjali u l-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti jenħtieġ li jiġu involuti bis-sħiħ fit-tfassil u t-tħejjija tal-istandards tas-CESNI. Fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva jintlaħqu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreferi għall-istandards tas-CESNI meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni u delegati f’konformità ma’ din id-Direttiva. |
|
(41) |
Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas komuni dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali minimi għan-navigazzjoni interna, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, ikun jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(42) |
Sabiex jitjieb il-bilanċ bejn is-sessi fis-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni, huwa importanti li jiġi promoss l-aċċess għall-kwalifiki u għall-professjoni għan-nisa. |
|
(43) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-informazzjoni li l-Istati Membri huma obbligati li jfornu lill-Kummissjoni fil-kuntest tat-traspożizzjoni ta’ direttiva trid tkun ċara u preċiża. Dan huwa wkoll il-każ għal din id-Direttiva, li tipprevedi approċċ immirat speċifikament għat-traspożizzjoni. |
|
(44) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttivi 91/672/KEE u 96/50/KE jitħassru, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU 1
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki ta’ persuni involuti fit-tħaddim ta’ inġenju li jbaħħar fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni, kif ukoll għar-rikonoxximent ta’ dawn il-kwalifiki fl-Istati Membri.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tapplika għal membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta, esperti tal-gass naturali likwifikat u l-esperti tan-navigazzjoni tal-passiġġieri fuq it-tipi ta’ inġenji li ġejjin fuq kwalunkwe passaġġ fuq l-ilma intern tal-Unjoni:
|
(a) |
bastimenti b’tul ta’ 20 metru jew aktar; |
|
(b) |
bastimenti li għalihom il-prodott tat-tul, il-wisa’ u l-fundar huwa volum ta’ 100 metru kubu jew aktar; |
|
(c) |
bastimenti tal-irmonk u laneċ li jimbottaw maħsuba għal:
|
|
(d) |
bastimenti tal-passiġġieri; |
|
(e) |
bastimenti meħtieġa li jkollhom ċertifikat ta’ approvazzjoni skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); |
|
(f) |
tagħmir li jżomm f’wiċċ l-ilma. |
2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal persuni:
|
(a) |
li jinnavigaw għal finijiet sportivi jew ta’ divertiment; |
|
(b) |
involuti fit-tħaddim ta’ laneċ li ma jimxux b’mod indipendenti; |
|
(c) |
involuti fit-tħaddim ta’ inġenji użati mill-forzi armati, il-forzi taż-żamma tal-ordni pubblika, is-servizzi tad-difiża ċivili, l-amministrazzjonijiet tal-passaġġi fuq l-ilma, is-servizzi tat-tifi tan-nar u s-servizzi oħra ta’ emerġenza. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39(3), din id-Direttiva wkoll ma tapplikax għal persuni li jinnavigaw fi Stati Membri li m’għandhomx passaġġi fuq l-ilma interni konnessi man-netwerk navigabbli ta’ Stat Membru ieħor u li esklużivament:
|
(a) |
jinnavigaw vjaġġi limitati ta’ interess lokali, fejn id-distanza mill-punt tat-tluq fl-ebda mument ma tkun aktar minn għaxar kilometri; jew |
|
(b) |
jinnavigaw fuq bażi staġjonali. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
‘passaġġ fuq l-ilma intern’ tfisser passaġġ fuq l-ilma minbarra l-baħar, miftuħ għan-navigazzjoni b’inġenju msemmi fl-Artikolu 2; |
|
(2) |
‘inġenju’ tfisser bastiment jew oġġett ta’ tagħmir li jżomm f’wiċċ l-ilma; |
|
(3) |
‘bastiment’ tfisser bastiment fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni jew bastiment tal-baħar; |
|
(4) |
‘lanċa tal-irmonk’ tfisser bastiment mibni speċifikament biex iwettaq operazzjonijiet ta’ rmonkar; |
|
(5) |
‘lanċa li timbotta’ tfisser bastiment mibni speċifikament biex imexxi konvoj imbuttat; |
|
(6) |
‘bastiment tal-passiġġieri’ tfisser bastiment mibni u mgħammar biex iġorr aktar minn 12-il passiġġier; |
|
(7) |
‘ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni’ tfisser ċertifikat, maħruġ minn awtorità kompetenti, li jafferma li persuna tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva; |
|
(8) |
‘Konvenzjoni STCW’ tfisser ‘Konvenzjoni STCW’ kif definita fl-Artikolu 1(21) tad-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12); |
|
(9) |
‘membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta’ tfisser persuni li huma involuti fit-tħaddim ġenerali ta’ inġenju li jinnaviga fuq passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni u li jwettqu diversi kompiti, bħal kompiti relatati man-navigazzjoni, il-kontroll tat-tħaddim tal-inġenju, l-immaniġġar tal-merkanzija, il-ħżin, it-trasport tal-passiġġieri, l-inġinerija navali, il-manutenzjoni u t-tiswija, il-komunikazzjoni, is-saħħa u s-sikurezza, u l-protezzjoni tal-ambjent, minbarra persuni li huma assenjati biss għat-tħaddim tal-magni, krejnijiet, jew tagħmir elettriku u elettroniku; |
|
(10) |
‘ċertifikat ta’ operatur tar-radju’ tfisser ċertifikat nazzjonali, maħruġ minn Stat Membru skont ir-Regolamenti dwar ir-Radju annessi għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Telekomunikazzjoni, li jawtorizza t-tħaddim ta’ stazzjon ta’ komunikazzjoni bir-radju fuq inġenju tal-passaġġ fuq l-ilma intern; |
|
(11) |
‘espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri’ tfisser persuna li taħdem abbord il-bastiment li tkun kwalifikata li tieħu miżuri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza abbord bastimenti tal-passiġġieri; |
|
(12) |
‘espert tal-gass naturali likwifikat’ tfisser persuna li hija kkwalifikata biex tkun involuta fil-proċedura ta’ forniment ta’ inġenju li bħala karburant juża l-gass naturali likwifikat jew li jkun il-boatmaster li jbaħħar tali inġenju; |
|
(13) |
‘boatmaster’ tfisser membru tal-ekwipaġġ li huwa ikkwalifikat biex ibaħħar inġenju fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Istati Membri u li huwa kkwalifikat biex ikollu responsabbiltà ġenerali abbord, inkluż għall-membri tal-ekwipaġġ, għall-passiġġieri u għall-merkanzija; |
|
(14) |
‘riskju speċifiku’ tfisser periklu għas-sikurezza li ġej minn kundizzjonijiet partikolari tan-navigazzjoni li jeħtieġu li l-boatmasters ikollhom kompetenzi lil hinn minn dak li hu mistenni skont l-istandards ġenerali ta’ kompetenza għal-livell ta’ maniġment; |
|
(15) |
‘kompetenza’ tfisser il-kapaċità ppruvata tal-użu ta’ għarfien u ħiliet meħtieġa mill-istandards stabbiliti għall-prestazzjoni xierqa ta’ kompiti meħtieġa għat-tħaddim ta’ inġenji tal-passaġġi fuq l-ilma interni; |
|
(16) |
‘livell ta’ maniġment’ tfisser il-livell ta’ responsabbiltà assoċjat mal-kariga ta’ boatmaster u mal-iżgurar li l-membri l-oħra tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta jwettqu l-kompiti kollha fit-tħaddim tal-inġenju; |
|
(17) |
‘livell operazzjonali’ tfisser il-livell ta’ responsabbiltà assoċjat mal-kariga ta’ baħħar, ta’ baħħar kapaċi jew ta’ tmunier u maż-żamma ta’ kontroll fuq il-prestazzjoni tal-kompiti kollha fil-qasam tar-responsabbiltà ta’ dik il-persuna skont proċeduri xierqa u taħt id-direzzjoni ta’ persuna li sservi fil-livell tal-maniġment; |
|
(18) |
‘konvoj kbir’ tfisser konvoj imbuttat li, għalih, il-prodott tat-tul totali u l-wisa’ totali tal-inġenju mbuttat ikun ta’ 7 000 metru kwadru jew aktar; |
|
(19) |
‘ktieb tar-rekords tas-servizz’ tfisser reġistru personali li jirreġistra dettalji tal-istorja tax-xogħol tal-membri tal-ekwipaġġ, b’mod partikolari l-ħin ta’ navigazzjoni u l-vjaġġi mwettqa; |
|
(20) |
‘ġurnal ta’ abbord’ tfisser rekord uffiċjali tal-vjaġġi li jagħmel il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu; |
|
(21) |
‘ktieb tar-rekords tas-servizz attiv’ jew ‘ġurnal ta’ abbord attiv’ tfisser ktieb tar-rekords tas-servizzi jew ġurnal ta’ abbord li jkun miftuħ għar-reġistrazzjoni tad-data; |
|
(22) |
‘ħin ta’ navigazzjoni’ tfisser il-ħin, imkejjel f’jiem, li l-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta jgħaddu abbord matul vjaġġ fuq inġenju fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni, li jinkludi attivitajiet ta’ tagħbija u ħatt li jeħtieġu operazzjonijiet ta’ navigazzjoni attivi, li ġie vvalidat mill-awtorità kompetenti; |
|
(23) |
‘tagħmir li jżomm f’wiċċ l-ilma’ tfisser installazzjoni li żżomm f’wiċċ l-ilma li ġġorr tagħmir tax-xogħol bħal krejnijiet, tagħmir għat-tħammil, tagħmir li jwaħħal il-puntali jew elevaturi; |
|
(24) |
‘tul’ tfisser it-tul massimu tal-buq f’metri, minbarra t-tmun u l-pupress; |
|
(25) |
‘wisa’ tfisser il-wisa’ massima tal-buq f’metri, imkejla sat-tarf ta’ barra tal-pjanċi tal-qoxra (minbarra r-roti tal-palella, il-parabordi, u affarijiet simili); |
|
(26) |
‘fundar’ tfisser id-distanza vertikali f’metri bejn il-punt l-aktar baxx tal-buq mingħajr ma jkun ikkunsidrat il-prim jew aċċessorji oħra fissi, u l-linja massima tal-fundar; |
|
(27) |
‘navigazzjoni staġjonali’ tfisser attività ta’ navigazzjoni li titwettaq għal mhux aktar minn sitt xhur kull sena. |
KAPITOLU 2
ĊERTIFIKATI TA’ KWALIFIKA TAL-UNJONI
Artikolu 4
L-obbligu li jinġarr ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta li jinnavigaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni jew iġorru ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta maħruġ skont l-Artikolu 11 jew ċertifikat rikonoxxut skont l-Artikolu 10(2) jew (3).
2. Għal membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta għajr boatmasters, iċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni u l-kotba tar-rekords tas-servizz kif imsemmija fl-Artikolu 22 għandhom ikunu ppreżentati f’dokument wieħed.
3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ċertifikati ta’ persuni involuti fit-tħaddim ta’ inġenju, minbarra l-boatmasters, maħruġa jew rikonoxxuti f’konformità mad-Direttiva 2008/106/KE, u għalhekk f’konformità mal-Konvenzjoni STCW, għandhom ikunu validi fuq bastimenti tal-baħar li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni.
Artikolu 5
L-obbligu li jinġarr ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni għal operazzjonijiet speċifiċi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti fin-navigazzjoni tal-passiġġieri u l-esperti fil-gass naturali likwifikat iġorru jew ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni maħruġ skont l-Artikolu 11 jew ċertifikat rikonoxxut skont l-Artikolu 10(2) jew (3).
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ċertifikati ta’ persuni involuti fit-tħaddim ta’ inġenju, maħruġa jew rikonoxxuti f’konformità mad-Direttiva 2008/106/KE, u għalhekk f’konformità mal-Konvenzjoni STCW għandhom ikun validi fuq bastimenti tal-baħar li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni.
Artikolu 6
Obbligu tal-boatmasters li jkollhom awtorizzazzjonijiet speċifiċi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-boatmasters ikollhom awtorizzazzjonijiet speċifiċi maħruġa skont l-Artikolu 12 meta:
|
(a) |
ibaħħru fuq passaġġi fuq l-ilma li ġew ikklassifikati bħala passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu skont l-Artikolu 8; |
|
(b) |
ibaħħru fuq passaġġi fuq l-ilma li ġew identifikati bħala meded ta’ passaġġi fuq l-ilma interni b’riskji speċifiċi skont l-Artikolu 9; |
|
(c) |
ibaħħru bl-għajnuna ta’ radar; |
|
(d) |
ibaħħru inġenji li jużaw il-gass naturali likwifikat bħala karburant; |
|
(e) |
ibaħħru konvojs kbar. |
Artikolu 7
Eżenzjonijiet relatati ma’ passaġġi fuq l-ilma interni nazzjonali li mhumiex konnessi man-netwerk navigabbli ta’ Stat Membru ieħor
1. Stat Membru jista’ jeżenta l-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6 li joperaw esklużivament fuq passaġġi fuq l-ilma interni nazzjonali li mhumiex konnessi man-netwerk navigabbli ta’ Stat Membru ieħor, inklużi dawk li ġew ikklassifikati bħala passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu, mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u (2), l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1), u l-Artikolu 22(3) u (6).
2. Stat Membru li jagħti eżenzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1 jista’ joħroġ ċertifikati ta’ kwalifika lill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 skont kundizzjonijiet li jvarjaw mill-kundizzjonijiet ġenerali spjegati f’din id-Direttiva, dment li tali ċertifikati jiżguraw livell adegwat ta’ sikurezza. Ir-rikonoxximent ta’ dawk iċ-ċertifikati fi Stati Membri oħra għandu jkun irregolat mid-Direttiva 2005/36/KE, jew mid-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), kif applikabbli.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-eżenzjonijiet mogħtija skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni dwar dawk l-eżenzjonijiet mogħtija disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 8
Klassifikazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu
1. L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw medda ta’ passaġġi fuq l-ilma interni fit-territorju tagħhom bħala passaġġ fuq l-ilma intern b’karattru marittimu fejn jiġi ssodisfat wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar tkun applikabbli; |
|
(b) |
il-bagi u s-sinjali huma f’konformità mas-sistema marittima; |
|
(c) |
in-navigazzjoni terrestri hija meħtieġa fuq dak il-passaġġ fuq l-ilma intern; jew |
|
(d) |
it-tagħmir marittimu li jeħtieġ għarfien speċjali għat-tħaddim tiegħu huwa meħtieġ għan-navigazzjoni fuq dak il-passaġġ fuq l-ilma intern. |
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ kwalunkwe medda speċifika ta’ passaġġi fuq l-ilma interni fit-territorju tagħhom bħala passaġġ fuq l-ilma intern b’karattru marittimu. In-notifika lill-Kummissjoni għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni bbażata fuq il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-lista tal-passaġġi fuq l-ilma interni nnotifikati b’karattru marittimu disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 9
Meded ta’ passaġġi fuq l-ilma interni b’riskji speċifiċi
1. Fejn meħtieġ biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw meded ta’ passaġġi fuq l-ilma interni b’riskji speċifiċi li jgħaddu mit-territorji tagħhom, f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafi 2 sa 4, fejn dawn ir-riskji huma dovuti għal raġuni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
xejriet u veloċitajiet tax-xmajjar li jinbidlu ta’ spiss; |
|
(b) |
il-karatteristiċi idromorfoloġiċi tal-passaġġ fuq l-ilma intern u n-nuqqas ta’ Servizzi ta’ Informazzjoni dwar Passaġġi Navigabbli fuq il-passaġġ fuq l-ilma intern jew ta’ ċarts xierqa; |
|
(c) |
il-preżenza ta’ regolament speċifiku dwar it-traffiku lokali ġġustifikat minn karatteristiċi idromorfoloġiċi speċifiċi tal-passaġġi fuq l-ilma interni; jew |
|
(d) |
frekwenza għolja ta’ inċidenti f’medda speċifika tal-passaġġ fuq l-ilma intern li hija attribwita għan-nuqqas ta’ kompetenza li mhijiex koperta mill-istandards imsemmija fl-Artikolu 17. |
Fejn l-Istati Membri jqisu li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata s-sikurezza, huma għandhom jikkonsultaw il-Kummissjoni tax-Xmajjar Ewropea rilevanti waqt il-proċess ta’ identifikazzjoni tal-meded imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li beħsiebhom jadottaw skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 20, flimkien mar-raġunament li fuqu hija bbażata l-miżura, mill-inqas sitt xhur qabel id-data maħsuba tal-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri.
3. Fejn meded ta’ passaġġi fuq l-ilma interni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu jinsabu tul il-fruntiera bejn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’mod konġunt.
4. Fejn Stat Membru biħsiebu jadotta miżura li mhijiex ġustifikata skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, fi żmien sitt xhur min-notifika, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddikjaraw id-deċiżjoni tagħha li topponi l-adozzjoni tal-miżura. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(3).
5. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-miżuri adottati mill-Istati Membri disponibbli għall-pubbliku, flimkien mar-raġunament imsemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 10
Rikonoxximent
1. Kwalunkwe ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 4 u 5, kif ukoll kwalunkwe ktieb tar-rekords tas-servizz jew ġurnal ta’ abbord imsemmi fl-Artikolu 22 li nħarġu mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva, għandhom ikunu validi fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni.
2. Kwalunkwe ċertifikat ta’ kwalifika, ktieb tar-rekords tas-servizz jew ġurnal ta’ abbord maħruġ skont ir-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, li jistabbilixxu rekwiżiti li huma identiċi għal dawk ta’ din id-Direttiva, għandu jkun validu fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni.
Tali ċertifikati, kotba tar-rekords tas-servizz u ġurnali ta’ abbord li nħarġu minn pajjiż terz għandhom ikunu validi fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni, dment li dak il-pajjiż terz jirrikonoxxi, fil-ġurisdizzjoni tiegħu, id-dokumenti tal-Unjoni maħruġa skont din id-Direttiva.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kwalunkwe ċertifikat ta’ kwalifika, ktieb tar-rekords tas-servizz jew ġurnal ta’ abbord li nħareġ skont ir-regoli nazzjonali ta’ pajjiż terz li jistipula rekwiżiti li huma identiċi għal dawk f’din id-Direttiva għandu jkun validu fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni, soġġett għall-proċedura u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5.
4. Kwalunkwe pajjiż terz jista’ jissottometti lill-Kummissjoni talba għar-rikonoxximent ta’ ċertifikati, kotba tar-rekords tas-servizz jew ġurnali ta’ abbord li nħarġu mill-awtoritajiet tiegħu. It-talba għandha tkun akkumpanjata bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk il-ħruġ ta’ tali dokumenti huwa soġġett għal rekwiżiti li huma identiċi għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
5. Meta tirċievi t-talba għar-rikonoxximent skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tas-sistemi ta’ ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz rikjedenti, sabiex tiddetermina jekk il-ħruġ taċ-ċertifikati, tal-kotba tar-rekords tas-servizz speċifikati fit-talba tagħha huwiex soġġett għal rekwiżiti li huma identiċi għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
Jekk jinstab li dawk ir-rekwiżiti huma identiċi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu rikonoxximent fl-Unjoni liċ-ċertifikati, lill-kotba tar-rekords jew lill-ġurnali ta’ abbord maħruġa minn dak il-pajjiż terz, soġġett għal dak il-pajjiż terz li jirrikonoxxi fil-ġurisdizzjoni tiegħu dokumenti tal-Unjoni maħruġa skont din id-Direttiva.
Meta tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tispeċifika għal liema dokumenti msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu japplika r-rikonoxximent. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(3).
6. Meta Stat Membru jikkunsidra li pajjiż terz mhuwiex aktar konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’mod immedjat, filwaqt li jagħti raġunijiet issostanzjati għall-evalwazzjoni tiegħu.
7. Kull tmien snin, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina li r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva ma għadhomx jiġu ssodisfati, għandu japplika l-paragrafu 8.
8. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina li l-ħruġ tad-dokumenti msemmi fil-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu ma għadux soġġett għal rekwiżiti identiċi bħal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendi l-validità fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni taċ-ċertifikati ta’ kwalifika, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta’ abbord maħruġa skont dawn ir-rekwiżiti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(3).
Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tirrevoka s-sospensjoni, jekk in-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-istandards applikati jkunu ġew risolti.
9. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 disponibbli għall-pubbliku, flimkien mad-dokumenti li huma rikonoxxuti bħala validi fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni.
KAPITOLU 3
ĊERTIFIKAZZJONI TA’ KWALIFIKI PROFESSJONALI
TAQSIMA I
Proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni u awtorizzazzjonijiet speċifiċi
Artikolu 11
Ħruġ u validità taċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għal ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta u ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni għal operazzjonijiet speċifiċi jipprovdu evidenza dokumentarja sodisfaċenti:
|
(a) |
tal-identità tagħhom; |
|
(b) |
li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I dwar l-età, il-kompetenza, il-konformità amministrattiva u l-ħin ta’ navigazzjoni għall-kwalifika li jkunu applikaw għaliha; |
|
(c) |
li jissodisfaw l-istandards tal-istat mediku skont l-Artikolu 23, fejn huwa applikabbli. |
2. L-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni wara li tiġi vverifikata l-awtentiċità u l-validità tad-dokumenti pprovduti mill-applikanti u wara li jiġi vverifikat li l-applikanti ma jkunx diġà nħarġulhom ċertifikat validu ta’ kwalifika tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu mudelli għal ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni u għal dokumenti uniċi li jikkombinaw ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni u kotba tar-rekords tas-servizz. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
4. Il-validità taċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta għandha tkun limitata sad-data tal-eżami mediku li jmiss meħtieġ skont l-Artikolu 23.
5. Mingħajr preġudizzju għal-limitazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala boatmaster għandhom ikunu validi għal massimu ta’ 13-il sena.
6. Iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni għal operazzjonijiet speċifiċi għandhom ikunu validi għal massimu ta’ ħames snin.
Artikolu 12
Il-ħruġ u l-validità ta’ awtorizzazzjonijiet speċifiċi għall-boatmasters
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6 jipprovdu evidenza dokumentarja sodisfaċenti:
|
(a) |
tal-identità tagħhom; |
|
(b) |
li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I dwar l-età, il-kompetenza, il-konformità amministrattiva u l-ħin ta’ navigazzjoni għall-awtorizzazzjoni speċifika li jkunu applikaw għaliha; |
|
(c) |
li għandhom ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni ta’ boatmaster, jew ċertifikat rikonoxxut f’konformità mal-Artikolu 10(2) u (3), jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni għall-boatmasters previsti minn din id-Direttiva. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi għat-tbaħħir fuq meded tal-passaġġi fuq l-ilma interni b’riskji speċifiċi meħtieġa skont il-punt (b) tal-Artikolu 6, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 20(3) evidenza dokumentarja sodisfaċenti:
|
(a) |
tal-identità tagħhom; |
|
(b) |
li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikolu 20 għall-kompetenza għal riskji speċifiċi għall-medda tal-passaġġ fuq l-ilma intern speċifika li għaliha tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni; |
|
(c) |
li għandhom ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni ta’ boatmaster, jew ċertifikat rikonoxxut f’konformità mal-Artikolu 10(2) u (3), jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni għall-boatmasters previsti minn din id-Direttiva. |
3. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 wara li jkunu vverifikaw l-awtentiċità u l-validità tad-dokumenti pprovduti mill-applikant.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni lill-boatmasters tindika b’mod speċifiku fiċ-ċertifikat kwalunkwe awtorizzazzjoni speċifika maħruġa skont l-Artikolu 6, skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 11(3). Il-validità ta’ tali awtorizzazzjoni speċifika għandha tintemm meta l-validità taċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni tispiċċa.
5. B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorizzazzjoni speċifika msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 6 għandha tinħareġ bħala ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala espert tal-gass naturali likwifikat skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 11(3), li l-perijodu ta’ validità tiegħu għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 11(6).
Artikolu 13
Tiġdid taċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni u ta’ awtorizzazzjonijiet speċifiċi għall-boatmasters
Meta ċertifikat tal-kwalifika tal-Unjoni jiskadi, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, iġeddu ċ-ċertifikat u, fejn rilevanti, l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi inklużi fih, dment li:
|
(a) |
għal ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta u għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi minbarra dik imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 6, tkun ġiet ippreżentata l-evidenza dokumentarja sodisfaċenti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 11(1); |
|
(b) |
għal ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni għal operazzjonijiet speċifiċi, tkun ġiet ippreżentata l-evidenza dokumentarja sodisfaċenti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1). |
Artikolu 14
Sospensjoni u rtirar ta’ ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni jew awtorizzazzjonijiet speċifiċi għal boatmasters
1. Meta jkun hemm indikazzjonijiet li r-rekwiżiti għal ċertifikati ta’ kwalifika jew għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi ma għadhomx aktar issodisfati, l-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat jew awtorizzazzjoni speċifika għandu jwettaq il-valutazzjonijiet kollha meħtieġa u, fejn xieraq għandu jirtira dawk iċ-ċertifikati jew awtorizzazzjoni speċifika.
2. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jissospendi temporanjament ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni meta dan iqis li t-tali sospensjoni hija meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ ordni pubblika.
3. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw mingħajr dewmien żejjed, is-sospensjonijiet u l-irtirar fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 25(2).
TAQSIMA II
Kooperazzjoni Amministrattiva
Artikolu 15
Kooperazzjoni
Fejn Stat Membru msemmi fl-Artikolu 39(3) jiddetermina li ċertifikat ta’ kwalifika maħruġ minn awtorità kompetenti rilevanti fi Stat Membru ieħor, ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti minn din id-Direttiva, jew fejn hemm raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ ordni pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-awtorità emittenti biex tikkunsidra li tissospendi dak iċ-ċertifikat ta’ kwalifika skont l-Artikolu 14. L-awtorità rikjedenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bit-talba tagħha. L-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat ta’ kwalifika inkwistjoni għandha teżamina t-talba u tinnotifika lill-awtorità l-oħra bid-deċiżjoni tagħha. Kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi persuni milli joperaw fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħha sakemm tasal in-notifika tad-deċiżjoni tal-awtorità emittenti.
L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 39(3) għandhom jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra sabiex jiżguraw li l-ħin tan-navigazzjoni u l-vjaġġi għad-detenturi ta’ ċertifikati ta’ kwalifika u kotba tar-rekords tas-servizz rikonoxxuti skont din id-Direttiva jiġu rreġistrati, jekk detentur ta’ ktieb tar-rekords tas-servizz jitlob ir-reġistrazzjoni, u jiġu validati għal perijodu sa 15-il xahar qabel id-data tat-talba għall-validazzjoni. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 39(3) għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fejn rilevanti, dwar il-passaġġi fuq l-ilma interni fit-territorju tagħhom fejn huma meħtieġa kompetenzi għan-navigazzjoni ta’ karattru marittimu.
TAQSIMA III
Kompetenzi
Artikolu 16
Rekwiżiti għall-kompetenzi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 jkollhom il-kompetenzi meħtieġa għat-tħaddim sikur ta’ inġenju kif stabbilit fl-Artikolu 17.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-valutazzjoni tal-kompetenza għal riskji speċifiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6 għandha titwettaq skont l-Artikolu 20.
Artikolu 17
Valutazzjoni tal-kompetenzi
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-istandards għall-kompetenzi u l-għarfien u l-ħiliet korrispondenti f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li japplikaw għad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 juru, fejn applikabbli, li huma jissodisfaw l-istandards ta’ kompetenza msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jgħaddu minn eżami li ġie organizzat:
|
(a) |
taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità amministrattiva skont l-Artikolu 18 jew; |
|
(b) |
bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat skont l-Artikolu 19. |
3. Il-wiri ta’ konformità mal-istandards ta’ kompetenza għandu jinkludi eżami prattiku għall-kisba:
|
(a) |
ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala boatmaster; |
|
(b) |
awtorizzazzjoni speċifika għat-tbaħħir bl-għajnuna ta’ radar kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6; |
|
(c) |
ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala espert tal-gass naturali likwifikat; |
|
(d) |
ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri. |
Biex jinkisbu d-dokumenti msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, jistgħu jsiru eżamijiet prattiċi abbord l-inġenju jew fuq simulatur li jikkonforma mal-Artikolu 21. Fil-każ tal-punti (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu, l-eżamijiet prattiċi jistgħu jsiru abbord l-inġenju jew f’installazzjoni xierqa fuq l-art.
4. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi standards għall-eżamijiet prattiċi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li jispeċifikaw il-kompetenzi u l-kundizzjonijiet speċifiċi li ser jiġu ttestjati matul l-eżamijiet prattiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti minimi għall-inġenju li fuqu jista’ jsir l-eżami prattiku.
Artikolu 18
Eżami taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità amministrattiva
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżamijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 17(2) jiġu organizzati taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Huma għandhom jiżguraw li dawk l-eżamijiet jitwettqu minn eżaminaturi li huma kkwalifikati biex jivvalutaw il-kompetenzi u l-għarfien u l-ħiliet korrispondenti msemmija fl-Artikolu 17(1).
2. L-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikat tal-eżami prattiku lill-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami prattiku msemmi fl-Artikolu 17(3) meta dak l-eżami jkun sar fuq simulatur konformi mal-Artikolu 21, u l-applikant ikun talab ċertifikat bħal dan.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu mudelli għaċ-ċertifikati tal-eżamijiet prattiċi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
4. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu, mingħajr rekwiżiti jew valutazzjonijiet ulterjuri, ċertifikati ta’ eżamijiet prattiċi msemmija fil-paragrafu 2 li nħarġu minn awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra.
5. Fil-każ ta’ eżamijiet bil-miktub jew eżamijiet fuq il-kompjuter, l-eżaminaturi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu sostitwiti minn superviżuri kwalifikati.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżaminaturi u s-superviżuri kkwalifikati msemmija f’dan il-kapitolu ma jkollhomx kunflitti ta’ interess.
Artikolu 19
Approvazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ
1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu programmi ta’ taħriġ għall-persuni msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali programmi ta’ taħriġ li jwasslu għal diplomi jew ċertifikati li juru konformità mal-istandards ta’ kompetenza msemmija fl-Artikolu 17(1) jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom l-istitut ta’ edukazzjoni jew ta’ taħriġ rilevanti jwettaq il-programmi ta’ taħriġ tiegħu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-programmi ta’ taħriġ tiġi żgurata permezz tal-applikazzjoni ta’ standard ta’ kwalità nazzjonali jew internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 27(1).
2. L-Istati Membri jistgħu japprovaw il-programmi ta’ taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biss jekk:
|
(a) |
l-għanijiet tat-taħriġ, il-kontenut tat-tagħlim, il-metodi, il-mezzi tat-twassil, il-proċeduri, inkluż, l-użu ta’ simulaturi, fejn applikabbli, u l-materjal tal-kors ikunu dokumentati kif xieraq u jippermettu lill-applikanti jiksbu l-istandards ta’ kompetenza msemmija fl-Artikolu 17(1); |
|
(b) |
il-programmi għall-valutazzjoni tal-kompetenzi rilevanti jitwettqu minn persuni kkwalifikati li għandhom għarfien profond tal-programm ta’ taħriġ; |
|
(c) |
jitwettaq eżami minn eżaminaturi kkwalifikati li ma jkollhomx kunflitti ta’ interess, li jivverifika l-konformità mal-istandards ta’ kompetenza msemmija fl-Artikolu 17(1). |
3. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu kwalunkwe diploma jew ċertifikat mogħtija wara t-tlestija ta’ programmi ta’ taħriġ approvati minn Stati Membri oħra f’konformità mal-paragrafu 1.
4. L-Istati Membri għandhom jirrevokaw jew jissospendu l-approvazzjoni tagħhom ta’ programmi ta’ taħriġ li ma jibqgħux konformi mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2.
5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-programmi ta’ taħriġ approvati, kif ukoll kwalunkwe programm ta’ taħriġ li l-approvazzjoni tiegħu ġiet irtirata jew sospiża. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. Il-lista għandha tindika l-isem tal-programm ta’ taħriġ, it-titoli tad-diplomi jew iċ-ċertifikati mogħtija, il-korp li qed jagħti d-diploma jew iċ-ċertifikati, is-sena tad-dħul fis-seħħ tal-approvazzjoni kif ukoll tal-kwalifika rilevanti u kwalunkwe awtorizzazzjoni speċifika li d-diploma jew iċ-ċertifikat jagħtu aċċess għaliha.
Artikolu 20
Valutazzjoni tal-kompetenzi għal riskji speċifiċi
1. L-Istati Membri li jidentifikaw meded ta’ passaġġi fuq l-ilma interni b’riskji speċifiċi fit-territorji tagħhom fit-tifsira tal-Artikolu 9(1), għandhom jispeċifikaw il-kompetenza addizzjonali meħtieġa mill-boatmasters li jinnavigaw fuq dawn il-meded ta’ passaġġi fuq l-ilma interni, u għandhom jispeċifikaw il-mezzi meħtieġa biex jagħtu prova li dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati. Meta l-Istati Membri jqisu li huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata s-sikurezza, huma għandhom jikkonsultaw il-Kummissjoni tax-Xmajjar Ewropea rilevanti waqt il-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ dawk il-kompetenzi.
Filwaqt li jitqiesu l-kompetenzi meħtieġa għan-navigazzjoni fuq il-medda ta’ passaġġ fuq l-ilma intern b’riskju speċifiku, il-mezzi neċessarji sabiex jiġi pprovat li t-tali kompetenzi huma ssodisfati jistgħu jikkonsistu mis-segwenti:
|
(a) |
għadd limitat ta’ vjaġġi li għandhom jitwettqu fuq il-medda kkonċernata; |
|
(b) |
eżami bis-simulatur; |
|
(c) |
eżami b’mistoqsijiet b’għażla multipla; |
|
(d) |
eżami orali; jew |
|
(e) |
kombinazzjoni tal-mezzi msemmija fil-punti (a) sa (d). |
Meta japplikaw dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati.
2. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-proċeduri jkunu fis-seħħ sabiex tiġi vvalutata l-kompetenza tal-applikanti għal riskji speċifiċi, u li dawk l-għodod isiru disponibbli għall-pubbliku biex jiffaċilitaw il-kisba mill-boatmasters tal-kompetenza meħtieġa għal riskji speċifiċi.
3. Stat Membru jista’ jwettaq valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikanti għal riskji speċifiċi għal meded ta’ passaġġi fuq l-ilma interni li jinsabu fi Stat Membru ieħor, abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti għal dik il-medda ta’ passaġġ fuq l-ilma intern skont il-paragrafu 1, dment li l-Istat Membru fejn tinsab il-medda ta’ passaġġ fuq l-ilma intern jagħti l-kunsens tiegħu. F’dak il-każ, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Istat Membru li jwettaq il-valutazzjoni bil-mezzi neċessarji biex iwettaqha. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut li jagħtu l-kunsens b’raġunijiet oġġettivi u proporzjonali.
Artikolu 21
Użu ta’ simulaturi
1. Is-simulaturi użati għall-valutazzjoni tal-kompetenzi għandhom jiġu approvati mill-Istati Membri. Dik l-approvazzjoni għandha tinħareġ fuq talba meta jintwera li s-simulatur jikkonforma mal-istandards għas-simulaturi stabbiliti mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2. L-approvazzjoni għandha tispeċifika liema valutazzjoni ta’ kompetenza partikolari hija awtorizzata fir-rigward tas-simulatur.
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi standards għall-approvazzjoni ta’ simulaturi, li jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi funzjonali u tekniċi u l-proċeduri amministrattivi f’dan ir-rigward, bil-għan li jiġi żgurat li s-simulaturi użati għal valutazzjoni ta’ kompetenzi huma ddisinjati b’tali mod li jippermettu l-verifika tal-kompetenzi kif preskritt skont l-istandards għal eżamijiet prattiċi msemmija fl-Artikolu 17(3).
3. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu simulaturi approvati minn awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra skont il-paragrafu 1, mingħajr rekwiżiti jew evalwazzjonijiet tekniċi ulterjuri.
4. L-Istati Membri għandhom jirrevokaw jew jissospendu l-approvazzjoni tagħhom ta’ simulaturi, li ma jibqgħux konformi mal-istandards stabbiliti fil-paragrafu 2.
5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-lista ta’ simulaturi approvati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għas-simulaturi għall-finijiet ta’ valutazzjoni jkun nondiskriminatorju.
TAQSIMA IV
Ħin ta’ navigazzjoni u stat mediku
Artikolu 22
Ktieb tar-rekords tas-servizz u ġurnal ta’ abbord
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-boatmasters jirreġistraw il-ħin ta’ navigazzjoni, imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) u l-vjaġġi mwettqa, imsemmi fl-Artikolu 20(1), fi ktieb tar-rekords tas-servizz kif imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu jew fi ktieb tar-rekords tas-servizz rikonoxxut skont l-Artikolu 10(2) jew (3).
Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 39(2), l-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika biss jekk id-detentur ta’ ktieb tar-rekords tas-servizz jitlob ir-reġistrazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk membru tal-ekwipaġġ jitlob dan, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, wara li jkunu vverifikaw l-awtentiċità u l-validità ta’ kwalunkwe evidenza dokumentarja neċessarja, jivvalidaw fil-ktieb tar-rekords tas-servizz id-data rigward il-ħin ta’ navigazzjoni u l-vjaġġi mwettqa sa 15-il xahar qabel it-talba. Meta l-għodod elettroniċi jiddaħħlu fis-seħħ, inkluż kotba tar-rekords tas-servizz elettroniċi u ġurnali ta’ abbord elettroniċi, inklużi proċeduri xierqa għas-salvagwardja tal-awtentiċità tad-dokumenti, id-data korrispondenti tista’ tiġi vvalidata mingħajr proċeduri addizzjonali.
Il-ħin ta’ navigazzjoni li nkiseb minn fuq kwalunkwe passaġġ fuq l-ilma intern tal-Istati Membri għandu jiġi meqjus. Fil-każ ta’ passaġġi fuq l-ilma interni li l-kanali tagħhom mhumiex kompletament fit-territorju tal-Unjoni, għandu jitqies ukoll il-ħin ta’ navigazzjoni miksub fuq il-partijiet li jinsabu barra mit-territorju tal-Unjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġi ta’ inġenju msemmija fl-Artikolu 2(1) jiġu rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu jew f’ġurnal ta’ abbord rikonoxxut skont l-Artikoli 10(2) jew (3).
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu mudelli għall-kotba tar-rekords tas-servizz u għall-ġurnali ta’ abbord, billi titqies l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-persuna, il-ħin ta’ navigazzjoni tagħhom u l-vjaġġi mwettqa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 33(2).
Meta tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fatt li l-ġurnal ta’ abbord jintuża wkoll fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/112/UE (14) għall-verifika tar-rekwiżiti marbuta mal-ekwipaġġ u r-reġistrazzjoni tal-vjaġġi tal-inġenju.
5. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni dwar kotba tar-rekords tas-servizz elettroniċi li ma jistgħux jitbagħbsu, ġurnali ta’ abbord u kards professjonali li jinkorporaw iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni fin-navigazzjoni interna, sas-17 ta’ Jannar 2026.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-ekwipaġġ iżommu ktieb tar-rekords tas-servizz attiv uniku u li jkun hemm ġurnal ta’ abbord attiv uniku fuq l-inġenju.
Artikolu 23
Stat mediku
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta li japplikaw għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni juru l-istat mediku tajjeb tagħhom billi jippreżentaw lill-awtorità kompetenti ċertifikat mediku validu maħruġ minn tabib li huwa rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, abbażi tal-eżitu pożittiv tal-eżami mediku.
2. L-applikanti għandhom jippreżentaw ċertifikat mediku lill-awtorità kompetenti meta japplikaw:
|
(a) |
għall-ewwel ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni tagħhom bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta; |
|
(b) |
għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala boatmaster; |
|
(c) |
għat-tiġdid taċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni tagħhom bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta f’każ li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. |
Iċ-ċertifikati mediċi maħruġa għall-finijiet tal-kisba ta’ ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni għandhom ikunu datati mhux aktar kmieni minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni.
3. Wara l-età ta’ 60 sena, id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta għandu juri stat mediku tajjeb skont il-paragrafu 1 tal-inqas kull ħames snin. Wara l-età ta’ 70 sena, id-detentur għandu juri stat mediku tajjeb skont il-paragrafu 1 kull sentejn.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegaturi, il-boatmasters u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu lil membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta biex juri stat mediku tajjeb skont il-paragrafu 1 kull meta jkun hemm indikazzjonijiet oġġettivi li dak il-membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti tal-istat mediku msemmija fil-paragrafu 6.
5. Fejn l-istat mediku tajjeb ma jkunx jista’ jintwera b’mod sħiħ mill-applikant, l-Istati Membri jistgħu jimponu restrizzjonijiet jew miżuri ta’ mitigazzjoni li jipprovdu sikurezza tan-navigazzjoni ekwivalenti. F’dak il-każ, dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni u restrizzjonijiet relatati mal-istat mediku għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 11(3).
6. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 abbażi tar-rekwiżiti essenzjali għall-istat mediku msemmija fl-Anness III biex jissupplimentaw din id-Direttiva billi jistipulaw l-istandards għal stat mediku tajjeb li jispeċifika r-rekwiżiti fir-rigward ta’ stat mediku tajjeb, b’mod partikolari fir-rigward tat-testijiet li għandhom iwettqu t-tobba, il-kriterji li għandhom japplikaw biex jiddeterminaw l-istat tajjeb tagħhom għax-xogħol u l-lista ta’ restrizzjonijiet u miżuri ta’ mitigazzjoni.
KAPITOLU 4
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 24
Protezzjoni tad-data personali
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-ipproċessar kollu ta’ data personali skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679.
2. Il-Kummissjoni għandha twettaq l-ipproċessar kollu ta’ data personali previst f’din id-Direttiva skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali tiġi pproċessata biss għall-finijiet ta’:
|
(a) |
implimentazzjoni, infurzar u evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva; |
|
(b) |
skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet li għandhom aċċess għall-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 25 u l-Kummissjoni; |
|
(c) |
produzzjoni ta’ statistika. |
L-informazzjoni anonimizzata derivata minn din id-data tista’ tintuża biex issostni politiki li jippromwovu t-trasport permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikoli 4 u 5 li d-data personali tagħhom, b’mod partikolari d-data dwar saħħithom, huma proċessati fir-reġistri msemmija fl-Artikolu 25(1), u fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 25(2), jiġu infurmati ex ante. L-Istati Membri għandhom jagħtu lil tali persuni aċċess għad-data personali tagħhom, u għandhom jipprovdu lil tali persuni b’kopja ta’ dik id-data fuq talba fi kwalunkwe ħin.
Artikolu 25
Reġistri
1. Biex jikkontribwixxu għal amministrazzjoni effiċjenti fir-rigward tal-ħruġ, it-tiġdid, is-sospensjoni u l-irtirar taċ-ċertifikati ta’ kwalifika, l-Istati Membri għandhom iżommu reġistri taċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, kotba tar-rekords tas-servizzi u ġurnali ta’ abbord maħruġa taħt l-awtorità tagħhom skont din id-Direttiva u, fejn rilevanti, ta’ dokumenti rikonoxxuti skont l-Artikolu 10(2) li ġew maħruġa, imġedda, sospiżi jew irtirati, li ġew irrapportati mitlufa, misruqa jew meqruda, jew li skadew.
Għal ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, ir-reġistri għandhom jinkludu d-data li tidher fuq iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni u l-awtorità emittenti.
Għal kotba tar-rekords tas-servizzi, ir-reġistri għandhom jinkludu l-isem tad-detentur u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-ktieb tar-rekords tas-servizzi, id-data tal-ħruġ u l-awtorità emittenti.
Għal ġurnali ta’ abbord, ir-reġistri għandhom jinkludu l-isem tal-inġenju, in-Numru Ewropew ta’ Identifikazzjoni jew in-Numru Uniku Ewropew ta’ Identifikazzjoni tal-Inġenju (in-numru ENI), in-numru ta’ identifikazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord, id-data tal-ħruġ u l-awtorità emittenti.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 sabiex tissupplimenta l-informazzjoni fir-reġistri għal kotba tar-rekords tas-servizzi u ġurnali ta’ abbord b’informazzjoni oħra meħtieġa mill-mudelli ta’ kotba tar-rekords tas-servizzi u l-ġurnali ta’ abbord adottati skont l-Artikolu 22(4), bil-għan li tiffaċilita ulterjorment l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri.
2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni, l-infurzar u l-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva, għaż-żamma tas-sikurezza, għall-faċilità tan-navigazzjoni kif ukoll għal finijiet ta’ statistika, u sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet li jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw b’mod affidabbli u mingħajr dewmien id-data relatata maċ-ċertifikati ta’ kwalifika, il-kotba tar-rekords tas-servizzi u l-ġurnali ta’ abbord imsemmija fil-paragrafu 1 f’bażi ta’ data miżmuma mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 biex tipprovdi l-istandards li jistabbilixxu l-karatteristiċi ta’ tali bażi ta’ data u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħha, fejn tispeċifika b’mod partikolari:
|
(a) |
l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tad-data fil-bażi ta’ data; |
|
(b) |
id-drittijiet tal-aċċess tal-utenti, differenzjati fejn xieraq, skont it-tip ta’ utenti, it-tip ta’ aċċess u l-għan li għalih tintuża d-data; |
|
(c) |
it-terminu massimu li d-data tinżamm skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, differenzjat fejn xieraq, skont it-tip ta’ dokument; |
|
(d) |
l-istruzzjonijiet dwar l-operat tal-bażi ta’ data u l-interazzjoni tagħha mar-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. |
3. Kwalunkwe data personali inkluża fir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 jew fil-bażi ta’ data msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinħażen għal mhux iżjed minn kemm meħtieġ għall-finijiet li għalihom inġabret id-data jew li għalihom tiġi proċessata aktar skont din id-Direttiva. Ladarba tali data ma tkunx meħtieġa iżjed għal dawk il-finijiet, din għandha tinqered.
4. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi aċċess għall-bażi ta’ data lil awtorità ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn dan huwa meħtieġ għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, sakemm
|
(a) |
ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 huma ssodisfati; u |
|
(b) |
il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma tillimitax l-aċċess minn Stati Membri jew mill-Kummissjoni għad-data korrispondenti tagħha. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jittrasferixxux id-data lil pajjiż terz ieħor jew lil organizzazzjoni internazzjonali oħra mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni u skont il-kondizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni.
Artikolu 26
Awtoritajiet kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw, fejn applikabbli, liema awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a) |
jorganizzaw u jissorveljaw l-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 18; |
|
(b) |
japprovaw il-programmi ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 19; |
|
(c) |
japprovaw is-simulaturi msemmija fl-Artikolu 21; |
|
(d) |
joħorġu, iġeddu, jissospendu jew jirtiraw iċ-ċertifikati u joħorġu l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 4, 5, 6, 11, 12, 13, 14 u 38 kif ukoll il-kotba tar-rekords tas-servizzi u l-ġurnali ta’ abbord imsemmija fl-Artikolu 22; |
|
(e) |
jivvalidaw il-ħin ta’ navigazzjoni fil-kotba tar-rekords tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 22; |
|
(f) |
jiddeterminaw il-professjonisti mediċi li jistgħu joħorġu ċertifikati mediċi skont l-Artikolu 23; |
|
(g) |
iżommu r-reġistri msemmija fl-Artikolu 25; |
|
(h) |
jikxfu u jiġġieldu kontra l-frodi u prattiki illegali oħra msemmija fl-Artikolu 29. |
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti kollha fit-territorju tagħhom li jkunu nnominaw skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 27
Monitoraġġ
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet kollha mwettqa minn korpi governattivi u mhux governattivi taħt l-awtorità tagħhom relatati mat-taħriġ, mal-valutazzjonijiet tal-kompetenza, mal-ħruġ u l-aġġornament taċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, il-kotba tar-rekords tas-servizzi u l-ġurnali ta’ abbord, jiġu kontinwament immonitorjati permezz ta’ sistema ta’ standards tal-kwalità biex tiġi żgurata l-kisba tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet tat-taħriġ u l-istandards ta’ kompetenza relatati li għandhom jinkisbu huma ddefiniti b’mod ċar u li jidentifikaw il-livelli ta’ għarfien u ħiliet li għandhom jiġu vvalutati u eżaminati skont din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li b’konsiderazzjoni tal-politiki, is-sistemi, il-kontrolli u r-rieżamijiet tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti biex jiżguraw il-kisba tal-għanijiet definiti, l-oqsma tal-applikazzjoni tal-istandards ta’ kwalità jkopru:
|
(a) |
il-ħruġ, it-tiġdid, is-sospensjoni u l-irtirar taċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, tal-kotba tar-rekords tas-servizzi u tal-ġurnali ta’ abbord; |
|
(b) |
il-korsijiet u l-programmi kollha ta’ taħriġ; |
|
(c) |
l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet imwettqa mill-awtorità ta’ kull Stat Membru jew skontha; u |
|
(d) |
il-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa ta’ min iħarreġ u tal-eżaminaturi. |
Artikolu 28
Evalwazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li korpi indipendenti jevalwaw l-attivitajiet relatati mal-kisba u l-valutazzjoni tal-kompetenza, u mal-amministrazzjoni taċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, il-kotba tar-rekords tas-servizzi u l-ġurnali ta’ abbord sas-17 ta’ Jannar 2037 u mill-inqas kull għaxar snin minn hemm ’il quddiem.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati tal-evalwazzjonijiet minn dawk il-korpi indipendenti jiġu ddokumentati kif dovut u jinġiebu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Jekk meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas identifikat mill-evalwazzjoni indipendenti.
Artikolu 29
Prevenzjoni ta’ frodi u prattiki illegali oħra
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jevitaw frodi u prattiki illegali oħra li jinvolvu ċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni, il-kotba tar-rekords tas-servizzi, il-ġurnali ta’ abbord, iċ-ċertifikati mediċi u r-reġistri previsti f’din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra li tikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni involuti fit-tħaddim ta’ inġenji, inkluż informazzjoni dwar is-sospensjoni u l-irtirar taċ-ċertifikati. Meta jkunu qed jagħmlu dan, huma għandhom ikunu konformi għalkollox mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679.
Artikolu 30
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
KAPITOLU 5
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 31
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(1) u (4), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 23(6) u l-Artikolu 25(1) u (2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-16 ta’ Jannar 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija f’dan l-Artikolu tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 32
Standards CESNI u Atti Delegati
Atti delegati adottati skont din id-Direttiva għandhom, ħlief għal dawk ibbażati fuq l-Artikolu 25, jirreferu għall-istandards stabbiliti mis-CESNI, dment li:
|
(a) |
dawk l-istandards ikunu disponibbli u aġġornati; |
|
(b) |
dawk l-istandards jikkonformaw ma’ kwalunkwe rekwiżit applikabbli stipulat fl-Annessi; |
|
(c) |
l-interessi tal-Unjoni ma jiġux kompromessi minn bidliet fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CESNI. |
Fejn dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi jew tirreferi għal standards oħra.
Fejn atti delegati adottati taħt din id-Direttiva jirreferu għal standards, il-Kummissjoni għandha tinkludi t-test sħiħ ta’ dawk l-istandards f’dawk l-atti delegati, u għandha tagħmel jew taġġorna r-referenza rilevanti u tniżżel id-data tal-applikazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 33
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Ir-referenzi għall-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/672/KEE, li tħassret b’din id-Direttiva, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-kumitat stabbilit minn din id-Direttiva.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Meta l-opinjoni tal-Kumitat għandha tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jekk l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb bi proċedura bil-miktub, il-president tal-kumitat jista’ jiddeċiedi li jtemm il-proċedura mingħajr riżultat fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni.
Artikolu 34
Standards CESNI u Atti ta’ Implimentazzjoni
Meta tkun qed tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 11(3), 18(3) u 22(4), il-Kummissjoni għandha tagħmel referenza għall-istandards stabbiliti mis-CESNI, u tiffissa d-data tal-applikazzjoni, kemm-il darba:
|
(a) |
dawk l-istandards ikunu disponibbli u aġġornati; |
|
(b) |
dawk l-istandards ikunu konformi ma’ kwalunkwe rekwiżit applikabbli stipulat fl-Annessi; |
|
(c) |
l-interessi tal-Unjoni ma jiġux kompromessi minn bidliet fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CESNI. |
Fejn dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi jew tirreferi għal standards oħra.
Fejn atti ta’ implimentazzjoni adottati taħt din id-Direttiva jirreferu għal standards, il-Kummissjoni għandha tinkludi t-test sħiħ ta’ dawk l-istandards f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.
Artikolu 35
Rieżami
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva flimkien mal-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati msemmija f’din id-Direttiva, u għandha tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mis-17 ta’ Jannar 2030.
2. Sas-17 ta’ Jannar 2028, kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva, skont il-linji gwida pprovduti mill-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Istati Membri fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni, il-format u l-kontenut.
Artikolu 36
Dħul gradwali
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(1) u (4), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 23(6) u l-Artikolu 25(1) u (2) sas-17 ta’ Jannar 2020.
Sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 25(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-bażi ta’ data prevista f’dak l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3), l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 22(4) sas-17 ta’ Jannar 2020.
Artikolu 37
Tħassir
Id-Direttivi 91/672/KEE u 96/50/KE jitħassru b’effett mit-18 ta’ Jannar 2022.
Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 38
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Iċ-ċertifikati tal-boatmasters maħruġa skont id-Direttiva 96/50/KE u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 96/50/KE, kif ukoll il-liċenzji tan-navigazzjoni fuq ir-Renu msemmija fl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 96/50/KE, li nħarġu qabel it-18 ta’ Jannar 2022, għandhom jibqgħu validi fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni li għalihom kienu validi qabel dik id-data, għal mhux iktar minn 10 snin wara dik id-data.
Qabel it-18 ta’ Jannar 2032, l-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu joħroġ lill-boatmasters li għandhom tali ċertifikati skont il-mudell previst minn din id-Direttiva, fuq talba tagħhom, ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni, jew ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 10(2), bil-kondizzjoni li l-boatmaster jipprovdi evidenza dokumentarja sodisfaċenti kif imsemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 11(1).
2. Meta joħorġu ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jissalvagwardjaw, kemm jista’ jkun, l-intitolamenti mogħtija qabel, b’mod partikolari fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6.
3. Membri tal-ekwipaġġ, għajr il-boatmasters, li jkollhom ċertifikat ta’ kwalifika maħruġ minn Stat Membru qabel it-18 ta’ Jannar 2022, jew li jkollhom kwalifika rikonoxxuta fi Stat Membru wieħed jew aktar, xorta jistgħu joqogħdu fuq dak iċ-ċertifikat jew kwalifika għal massimu ta’ 10 snin wara dik id-data. Matul dak il-perijodu, tali membri tal-ekwipaġġ jistgħu jkomplu joqogħdu fuq id-Direttiva 2005/36/KE għar-rikonoxximent tal-kwalifika tagħhom minn awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra. Qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, huma jistgħu japplikaw għand awtorità kompetenti li toħroġ dawn iċ-ċertifikati għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni jew ċertifikat fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2), bil-kondizzjoni li l-membri tal-ekwipaġġ jipprovdu evidenza sodisfaċenti kif imsemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 11(1).
Fejn il-membri tal-ekwipaġġ imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu japplikaw għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni jew ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 10(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat ta’ kwalifika li r-rekwiżiti ta’ kompetenza għalih ikunu simili jew inferjuri minn dawk taċ-ċertifikat li ser jiġi sostitwit. Ċertifikat li r-rekwiżiti għalih ikunu ogħla minn dawk taċ-ċertifikat li ser jiġi sostitwit għandu jinħareġ biss meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
għaċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala baħħar: 540 jum ta’ ħin ta’ navigazzjoni inkluż tal-inqas 180 jum f’navigazzjoni interna; |
|
(b) |
għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala baħħar kapaċi: 900 jum ta’ ħin ta’ navigazzjoni inkluż tal-inqas 540 jum f’navigazzjoni interna; |
|
(c) |
għaċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala tmunier: 1 080 jum ta’ ħin ta’ navigazzjoni inkluż tal-inqas 720 jum f’navigazzjoni interna. |
L-esperjenza fin-navigazzjoni għandha tiġi ppruvata permezz ta’ ktieb tar-rekords tas-servizz, ġurnal ta’ abbord jew prova oħra.
It-tulijiet ta’ żmien minimi tal-ħin ta’ navigazzjoni kif stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jistgħu jitnaqqsu b’massimu ta’ 360 jum ta’ ħin ta’ navigazzjoni fejn l-applikant ikollu diploma li hija rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti u li tikkonferma taħriġ speċjalizzat tal-applikant fin-navigazzjoni interna li jkun jinkludi xogħol prattiku ta’ navigazzjoni. It-tnaqqis tat-tul ta’ żmien minimu ma jistax ikun akbar mit-tul ta’ żmien tat-taħriġ speċjalizzat.
4. Il-kotba tar-rekords tas-servizzi u l-ġurnali ta’ abbord maħruġa qabel it-18 ta’ Jannar 2022 li nħarġu skont regoli għajr dawk stabbiliti minn din id-Direttiva jistgħu jibqgħu attivi għal massimu ta’ 10 snin wara t-18 ta’ Jannar 2022.
5. B’deroga mill-paragrafu 3, għall-membri tal-ekwipaġġ fuq laneċ li għandhom ċertifikati nazzjonali li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/50/KE u li nħarġu qabel it-18 ta’ Jannar 2022, tali ċertifikati għandhom jibqgħu validi fuq dawk il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni li għalihom kienu validi qabel din id-data għal massimu ta’ 20 sena wara dik id-data.
Qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, tali membri tal-ekwipaġġ jistgħu japplikaw għand awtorità kompetenti li toħroġ dawn iċ-ċertifikati għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni jew għal ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 10(2), bil-kondizzjoni li jipprovdu evidenza sodisfaċenti kif imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 11(1). It-tieni u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw skont dan.
6. B’deroga mill-Artikolu 4(1), sas-17 ta’ Jannar 2038, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li boatmasters li jbaħħru fuq bastimenti tal-baħar li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni speċifiċi jkollhom ċertifikat ta’ kompetenza għall-kaptani li nħareġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW, bil-kondizzjoni li:
|
(a) |
din in-navigazzjoni interna hija attività mwettqa fil-bidu jew fi tmiem ta’ vjaġġ ta’ trasport marittimu; u |
|
(b) |
l-Istat Membru jkun irrikonoxxa ċertifikati msemmija f’dan dil-paragrafu għal mill-inqas ħames snin fis-16 ta’ Jannar 2018 fuq passaġġi fuq l-ilma kkonċernati. |
Artikolu 39
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-17 ta’ Jannar 2022. Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru, li fih il-persuni kollha msemmija fl-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6 joperaw esklużivament f’passaġġi fuq l-ilma interni nazzjonali li mhumiex marbuta man-netwerk navigabbli ta’ Stat Membru ieħor, għandu biss ikun obbligat idaħħal fis-seħħ dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex tiġi żgurata konformità mal-Artikoli 7, 8, 10 fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kwalifika u l-ktieb tar-rekords tas-servizz, l-Artikolu 14(2) u (3) fir-rigward ta’ sospensjonijiet, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) u (2), il-punt (d) tal-Artikolu 26(1) fejn applikabbli, il-punti (e) u (h) tal-Artikolu 26(1), l-Artikolu 26(2), l-Artikolu 29 fir-rigward ta’ prevenzjoni ta’ frodi, l-Artikolu 30 fir-rigward tal-penali u l-Artikolu 38 bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżitorji. Tali Stat Membru għandu jdaħħal fis-seħħ dawk il-miżuri sas-17 ta’ Jannar 2022.
Tali Stat Membru ma jistax joħroġ ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni jew japprova programmi ta’ taħriġ jew simulaturi sakemm ikun ittraspona u implimenta d-dispożizzjonijiet li fadal ta’ din id-Direttiva u jkun għarraf lill-Kummissjoni li għamel dan.
3. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru li fih il-persuni kollha huma eżentati skont l-Artikolu 2(3) għandu biss ikun obbligat idaħħal fis-seħħ dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex jiżguraw konformità mal-Artikolu 10 fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kwalifika u l-ktieb tar-rekords tas-servizz, mal-Artikolu 38 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċertifikati validi, kif ukoll mal-Artikolu 15. Tali Stat Membru għandu jdaħħal fis-seħħ dawk il-miżuri sas-17 ta’ Jannar 2022.
Tali Stat Membru ma jistax joħroġ ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni jew japprova programmi ta’ taħriġ jew simulaturi sakemm ikun ittraspona u implimenta d-dispożizzjonijiet li fadal ta’ din id-Direttiva u jkun għarraf lill-Kummissjoni li għamel dan.
4. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru ma għandux ikun obbligat jittrasponi din id-Direttiva sakemm in-navigazzjoni f’passaġġi fuq l-ilma interni ma tkunx teknikament possibbli fit-territorju tiegħu.
Tali Stati Membru ma jistax joħroġ ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni jew japprova programmi ta’ taħriġ jew simulaturi qabel ma jkun ittraspona u implimenta d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u għarraf lill-Kummissjoni li jkun għamel dan.
5. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 40
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 41
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Diċembru 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU C 389, 21.10.2016, p. 93.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2017.
(3) Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU L 373, 31.12.1991 p. 29).
(4) Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz ta’ passaġġi tal-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 31).
(5) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
(6) Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta’ Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12).
(7) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(8) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(9) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(10) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(11) Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
(12) Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33).
(13) Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li temenda d-Direttiva 2001/25/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160).
(14) Direttiva tal-Kunsill 2014/112/UE tad-19 ta’ Diċembru 2014 li timplimenta l-Ftehim Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 86).
ANNESS I
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-ETÀ, GĦALL-KONFORMITÀ AMMINISTRATTIVA, GĦALL-KOMPETENZA U GĦALL-ĦIN TA’ NAVIGAZZJONI
Ir-rekwiżiti minimi għall-kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta stabbiliti f’dan l-Anness għandhom jinftiehmu bħala livell ta’ kwalifiki li jiżdied, ħlief għall-kwalifiki tal-baħrin u tal-apprendisti li jitqiesu tal-istess livell.
1. Il-kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta fil-livell bażiku
1.1. Rekwiżiti minimi għal ċertifikazzjoni għal baħri
Kull applikant għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni:
|
— |
għandu jkollu mill-inqas 16-il sena; |
|
— |
għandu jkun lesta taħriġ ta’ sikurezza bażika skont ir-rekwiżiti nazzjonali. |
1.2. Rekwiżiti minimi għal ċertifikazzjoni bħala apprendist
Kull applikant għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni:
|
— |
għandu jkollu mill-inqas 15-il sena; |
|
— |
għandu jkun kif iffirma ftehim ta’ apprendistat li jipprevedi l-programm ta’ taħriġ approvat kif imsemmi fl-Artikolu 19. |
2. Il-kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta fil-livell operazzjonali
2.1. Rekwiżiti minimi għal ċertifikazzjoni bħala baħħar
Kull applikant għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni:
|
(a) |
|
|
(b) |
|
|
(c) |
|
2.2. Rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħħar ikkwalifikat
Kull applikant għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni:
|
(a) |
|
|
(b) |
|
2.3. Rekwiżiti minimi għal ċertifikazzjoni għal tmunier
Kull applikant għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni:
|
(a) |
|
|
(b) |
|
|
(c) |
|
3. Il-kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta fil-livell ta’ maniġment
3.1. Rekwiżiti minimi għal ċertifikazzjoni għal boatmaster
Kull applikant għal ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni:
|
(a) |
|
|
(b) |
|
|
(c) |
|
|
(d) |
|
3.2. Rekwiżiti minimi għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi għaċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala boatmaster
3.2.1. Passaġġi fuq l-ilma b’karattru marittimu
Kull applikant għandu:
|
— |
jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza għat-tbaħħir fuq passaġġi fuq l-ilma b’karattru marittimu stabbilit fl-Anness II. |
3.2.2. Radar
Kull applikant għandu:
|
— |
jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza għat-tbaħħir bl-għajnuna ta’ radar stabbilit fl-Anness II. |
3.2.3. Gass naturali likwifikat
Kull applikant għandu:
|
— |
ikollu ċertifikat tal-kwalifiki tal-Unjoni bħala espert tal-gass naturali likwifikat (LNG) imsemmi fit-taqsima 4.2. |
3.2.4. Konvojs kbar
Kull applikant għandu jkun akkumula ħin ta’ navigazzjoni ta’ mill-inqas 720 jum, li minnhom mill-inqas 540 jum waqt li jkun ikkwalifikat li jaħdem bħala boatmaster u mill-inqas 180 jum ddedikati għat-tbaħħir ta’ konvoj kbir.
4. Kwalifiki għal operazzjonijiet speċifiċi
4.1. Rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni bħala espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri
|
|
Kull applikant għall-ewwel ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri:
|
|
|
Kull applikant għat-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri għandu:
|
4.2. Rekwiżiti minimi għal ċertifikazzjoni bħala espert tal-LNG
|
|
Kull applikant għall-ewwel ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala espert tal-LNG:
|
|
|
Kull applikant għat-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ kwalifika tal-Unjoni bħala espert tal-LNG għandu:
|
ANNESS II
REKWIŻITI ESSENZJALI TA’ KOMPETENZA
1. Rekwiżiti essenzjali ta’ kompetenza fil-livell operazzjonali
1.1. Navigazzjoni
Il-baħħar għandu jgħin lill-maniġment tal-inġenju f’sitwazzjonijiet ta’ mmanuvrar u mmaniġġjar ta’ inġenju f’passaġġi fuq l-ilma interni. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jagħmel dan fuq it-tipi kollha ta’ passaġġi fuq l-ilma u fit-tipi kollha ta’ portijiet. B’mod partikolari, il-baħħar għandu jkun kapaċi:
|
— |
jassisti fit-tħejjija tal-inġenju għat-tbaħħir, sabiex jiġi żgurat vjaġġ sigur fiċ-ċirkostanzi kollha; |
|
— |
jassisti fl-operazzjonijiet ta’ rmiġġ u ta’ ankraġġ; |
|
— |
jassisti fit-tbaħħir u fl-immanuvrar tal-inġenju b’mod ekonomiku u nawtikament sikur. |
1.2. Tħaddim tal-inġenji
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
|
— |
jassisti lill-maniġment tal-inġenju billi jikkontrolla t-tħaddim tal-inġenju u jieħu ħsieb il-persuni abbord; |
|
— |
juża t-tagħmir tal-tal-inġenju. |
1.3. Immaniġġar tal-merkanzija, stivar u trasport tal-passiġġieri
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
|
— |
jassisti lill-maniġment tal-inġenju fit-tħejjija, fl-istivar u fil-monitoraġġ tal-merkanzija matul l-operazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt; |
|
— |
jassisti lill-maniġment tal-bastiment biex jipprovdi servizzi lill-passiġġieri; |
|
— |
jipprovdi assistenza diretta lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u struzzjonijiet tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); |
1.4. Inġinerija navali u inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
|
— |
jassisti lill-maniġment tal-inġenju fl-inġinerija navali, elettrika, elettronika u fis-sistemi ta’ kontroll biex jiżgura s-sikurezza teknika ġenerali; |
|
— |
iwettaq xogħol ta’ manutenzjoni fuq it-tagħmir ta’ inġinerija navali, elettrika, elettronika u fis-sistemi ta’ kontroll biex jiżgura s-sikurezza teknika ġenerali. |
1.5. Manutenzjoni u tiswija
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
|
— |
jassisti lill-maniġment tal-inġenju fil-manutenzjoni u fit-tiswija tal-inġenju, tal-apparat u tat-tagħmir tiegħu. |
1.6. Komunikazzjoni
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
|
— |
jikkomunika b’mod ġenerali u professjonali, li tinkludi l-kapaċità li juża frażijiet standardizzati ta’ komunikazzjoni f’sitwazzjonijiet bi problemi ta’ komunikazzjoni; |
|
— |
ikun soċjevoli. |
1.7. Saħħa u sikurezza u protezzjoni ambjentali
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
|
— |
jaderixxi mar-regoli ta’ ħidma sikura, jifhem l-importanza ta’ regoli dwar is-saħħa u s-sikurezza u l-importanza tal-ambjent; |
|
— |
jagħraf l-importanza tat-taħriġ dwar is-sikurezza abbord u jaġixxi immedjatament f’xi każ ta’ emerġenza; |
|
— |
jieħu prekawzjonijiet biex jipprevjeni n-nar u juża sew it-tagħmir għat-tifi tan-nar; |
|
— |
iwettaq dmirijietu filwaqt li jqis l-importanza li jipproteġi l-ambjent. |
2. Rekwiżiti essenzjali ta’ kompetenza għall-kompetenzi fil-livell ta’ maniġment
2.0. Superviżjoni
Il-boatmaster għandu jkun jista’:
|
— |
jagħti struzzjonijiet lil membri oħra tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta u jissorvelja l-kompiti li jwettqu, kif imsemmi fit-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness, li jimplika l-ħiliet adegwati biex iwettaq dawn il-kompiti. |
2.1. Navigazzjoni
Il-boatmaster għandu jkun kapaċi:
|
— |
jippjana vjaġġ u jmexxi n-navigazzjoni f’passaġġi fuq l-ilma interni, inkluż li jkun kapaċi jagħżel l-aktar rotta tat-tbaħħir loġika, ekonomika u ekoloġika biex jasal fid-destinazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt filwaqt li jqis ir-regolamenti tat-traffiku applikabbli u ġabra ta’ regoli miftiehma applikabbli fin-navigazzjoni interna; |
|
— |
japplika l-għarfien tar-regoli applikabbli dwar l-ekwipaġġ ta’ inġenji, inkluż l-għarfien dwar ħin ta’ mistrieħ u dwar il-kompożizzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta; |
|
— |
ibaħħar u jimmanuvra filwaqt li jiżgura t-tħaddim sigur tal-inġenju fil-kundizzjonijiet kollha fil-passaġġi fuq l-ilma interni, inkluż f’sitwazzjonijiet li jinvolvu traffiku qawwi jew meta inġenji oħrajn iġorru merkanzija perikoluża u li jeħtieġu għarfien bażiku dwar il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi fuq l-Ilma Interni (ADN); |
|
— |
jirreaġixxi għas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fil-passaġġi fuq l-ilma interni. |
2.2. Tħaddim tal-inġenji
Il-boatmaster għandu jkun kapaċi:
|
— |
japplika l-għarfien dwar il-bini u dwar il-metodi ta’ kostruzzjoni tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għat-tħaddim ta’ tipi differenti ta’ inġenji u jkollu għarfien bażiku tar-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, kif imsemmija fid-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); |
|
— |
jikkontrolla u jimmonitorja t-tagħmir obbligatorju kif imsemmi fiċ-ċertifikat tal-inġenju applikabbli. |
2.3. Immaniġġar tal-merkanzija, stivar u trasport tal-passiġġieri
Il-boatmaster għandu jkun kapaċi:
|
— |
jippjana u jiżgura t-tagħbija, l-istivar, l-iffissar u l-ħatt sigur tal-merkanzija u l-kura tagħha waqt il-vjaġġ; |
|
— |
jippjana u jiżgura l-istabbiltà tal-inġenju; |
|
— |
jippjana u jiżgura t-trasport sikur tal-passiġġieri u li jittieħed ħsieb tagħhom matul il-vjaġġ, inkluż billi tingħata assistenza diretta lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u struzzjonijiet tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010. |
2.4. Inġinerija navali u inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll
Il-boatmaster għandu jkun kapaċi:
|
— |
jippjana l-fluss tax-xogħol tal-inġinerija navali u tal-inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll; |
|
— |
jimmonitorja l-magni prinċipali u l-makkinarju u t-tagħmir awżiljarju; |
|
— |
jippjana u jagħti struzzjonijiet marbuta mal-pompa u mas-sistema ta’ kontroll tal-pompa tal-inġenju; |
|
— |
jorganizza l-użu u l-applikazzjoni sigura tal-apparati elettrotekniċi tal-inġenju, flimkien mal-manutenzjoni u mat-tiswija tagħhom; |
|
— |
jikkontrolla l-manutenzjoni u t-tiswija sikura tal-apparati tekniċi. |
2.5. Manutenzjoni u tiswija
Il-boatmaster għandu jkun kapaċi:
|
— |
jorganizza l-manutenzjoni u t-tiswija sigura tal-inġenju u tat-tagħmir tiegħu. |
2.6. Komunikazzjoni
Il-boatmaster għandu jkun kapaċi:
|
— |
jimmaniġġja r-riżorsi umani, ikun responsabbli soċjalment, u jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-fluss tax-xogħol u tat-taħriġ abbord l-inġenju; |
|
— |
jiżgura li jkun hemm il-ħin kollu komunikazzjoni tajba, li tinkludi l-użu ta’ frażijiet standardizzati ta’ komunikazzjoni f’sitwazzjonijiet bi problemi ta’ komunikazzjoni; |
|
— |
irawwem ambjent tax-xogħol soċjevoli u bbilanċjat b’mod tajjeb abbord il-bastiment. |
2.7. Is-saħħa u s-sikurezza, id-drittijiet tal-passiġġieri u l-protezzjoni ambjentali
Il-boatmaster għandu jkun kapaċi:
|
— |
jimmonitorja r-rekwiżiti legali applikabbli u jieħu miżuri biex jiżgura s-sikurezza tal-ħajja umana; |
|
— |
jieħu ħsieb is-sikurezza u s-sigurtà tal-persuni abbord, inkluż billi tingħata assistenza diretta lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u struzzjonijiet tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010; |
|
— |
iwaqqaf pjanijiet ta’ emerġenza u ta’ kontroll tal-ħsara u jimmaniġġja sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
|
— |
jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti għall-protezzjoni ambjentali. |
3. Rekwiżiti ta’ kompetenza essenzjali għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi
3.1. Tbaħħir fuq passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu
Il-boatmaster għandu jkun kapaċi:
|
— |
jaħdem b’ċarts u b’mapep aġġornati, b’avviżi għall-kaptani u l-baħħara u b’pubblikazzjonijiet oħra speċifiċi għall-passaġġi fuq l-ilma b’karattru marittimu; |
|
— |
juża d-datums tal-marea, il-kurrenti, il-perijodi u ċ-ċikli tal-marea, il-ħin tal-kurrenti tal-marea u tal-marea u l-varjazzjonijiet fl-estwarju; |
|
— |
juża s-SIGNI (Sinjalazzjoni ta’ passaġġi fuq l-ilma interni) u l-IALA (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Għajnuniet Marittimi lil Awtoritajiet ta’ Navigazzjoni u ta’ Fanal tal-Portijiet) għan-navigazzjoni sigura f’passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu. |
3.2. Navigazzjoni bir-radar
Il-boatmaster għandu jkun kapaċi:
|
— |
jieħu azzjonijiet xierqa relatati man-navigazzjoni bl-għajnuna ta’ radar qabel it-tbaħħir; |
|
— |
jinterpreta d-displays tar-radar u janalizza l-informazzjoni mogħtija mir-radar; |
|
— |
inaqqas l-interferenzi ta’ oriġini differenti; |
|
— |
jinnaviga bir-radar b’konsiderazzjoni tas-sett ta’ regoli maqbula applikabbli għan-navigazzjoni interna u f’konformità mar-regolamenti li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għan-navigazzjoni bir-radar (bħar-rekwiżiti marbuta mal-ekwipaġġ jew ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti); |
|
— |
jimmaniġġa ċirkostanzi speċifiċi, bħad-densità tat-traffiku, l-apparati bil-ħsara u s-sitwazzjonijiet perikolużi. |
4. Rekwiżiti ta’ kompetenza essenzjali għal operazzjonijiet speċifiċi
4.1. Espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri
Kull applikant għandu jkun kapaċi:
|
— |
jorganizza l-użu ta’ tagħmir tas-salvataġġ abbord il-bastimenti tal-passiġġieri; |
|
— |
japplika l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġi l-passiġġieri inġenerali, speċjalment f’każ ta’ emerġenza (eż. evakwazzjoni, ħsara, kolliżjoni, inkaljar, nar, splużjoni jew sitwazzjonijiet oħra li jistgħu joħolqu paniku), inkluż billi tingħata assistenza diretta lil persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa f’konformità mar-rekwiżiti tat-taħriġ u l-istruzzjonijiet tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010; |
|
— |
jikkomunika b’Ingliż elementari; |
|
— |
jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010. |
4.2. Espert tal-gass naturali likwifikat (LNG)
Kull applikant għandu jkun kapaċi:
|
— |
jiżgura l-konformità mal-leġislazzjoni u mal-istandards applikabbli għall-inġenji li jużaw il-gass naturali likwifikat, kif ukoll ma’ regolamenti rilevanti oħra ta’ saħħa u sikurezza; |
|
— |
ikun konxju mill-punti speċifiċi li jirrikjedu attenzjoni relatati mal-gass naturali likwifikat, jagħraf ir-riskji u jimmaniġġjahom; |
|
— |
iħaddem b’mod sikur is-sistemi speċifiċi għall-gass naturali likwifikat; |
|
— |
jiżgura l-kontroll regolari tas-sistema tal-gass naturali likwifikat; |
|
— |
iwettaq operazzjonijiet ta’ forniment tal-karburant ta’ gass naturali likwifikat b’mod sigur u kkontrollat; |
|
— |
iħejji s-sistema tal-gass naturali likwifikat għall-manutenzjoni tal-inġenji; |
|
— |
jimmaniġġja sitwazzjonijiet ta’ emerġenza relatati mal-gass naturali likwifikat. |
(1) Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).
(2) Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118).
ANNESS III
REKWIŻITI ESSENZJALI DWAR L-ISTAT MEDIKU
L-istat mediku, li jinkludi l-istat fiżiku u psikoloġiku, ifisser li ma jkunx hemm problemi ta’ mard jew ta’ diżabbiltà li minħabba fihom il-persuna li tkun qed isservi abbord inġenju ma tkunx tista’:
|
— |
twettaq il-kompiti meħtieġa biex tħaddem inġenju; |
|
— |
twettaq id-dmirijiet assenjati f’kull ħin; jew |
|
— |
tagħraf korrettament l-ambjent ta’ madwarha. |
B’mod partikolari, l-eżami għandu jkopri l-akutezza viżiva u awditorja, il-funzjonijiet motorji, l-istat newropsikjatriku u l-kundizzjonijiet kardjovaskulari.
ANNESS IV
REKWIŻITI APPLIKABBLI
Tabella A
|
Suġġett, Artikolu |
Rekwiżiti ta’ konformità |
Bidu tal-applikazzjoni |
|
Eżamijiet prattiċi, Artikolu 17(4) |
[CESNI …] |
[___] |
|
Approvazzjoni tas-simulaturi, Artikolu 21(2) |
|
|
|
Karatteristiċi u kondizzjonijiet tal-użu tar-reġistri, Artikolu 25(2) |
|
|
Tabella B
|
Punt |
Rekwiżiti essenzjali ta’ kompetenza |
Rekwiżiti ta’ konformità |
Bidu tal-applikazzjoni |
|
1 |
Rekwiżiti essenzjali ta’ kompetenza fil-livell operazzjonali |
[CESNI ….] |
[___] |
|
2 |
Rekwiżiti essenzjali ta’ kompetenza għall-kompetenzi fil-livell ta’ maniġment |
— |
— |
|
3 |
Rekwiżiti essenzjali ta’ kompetenza għall-awtorizzazzjonijiet speċifiċi |
|
|
|
3.1 |
Tbaħħir fuq passaġġi fuq l-ilma b’karattru marittimu |
|
|
|
3.2 |
Navigazzjoni bir-radar |
|
|
|
4 |
Rekwiżiti essenzjali ta’ kompetenza għall-operazzjonijiet speċifiċi |
|
|
|
4.1 |
Espert fin-navigazzjoni tal-passiġġieri |
|
|
|
4.2 |
Espert tal-gass naturali likwifikat (LNG) |
|
|
Tabella C
|
Rekwiżiti essenzjali dwar l-istat mediku |
Rekwiżiti ta’ konformità |
Bidu tal-applikazzjoni |
|
Eżami tal-istat mediku |
[CESNI ….] |
[___] |