15.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/33

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1279

tal-14 ta' Lulju 2017

li temenda l-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1)

Wara r-reviżjoni ppubblikata dan l-aħħar tad-denominazzjoni xjentifika rispettiva, id-denominazzjoni Anoplophora malasiaca (Forster) hija meqjusa sinonimu ta' Anoplophora chinensis (Thomson), diġà inkluża fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE. Għalhekk, jenħtieġ li Anoplophora malasiaca (Forster) titneħħa mit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE.

(2)

Bl-għan li jiġu protetti l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, fid-dawl taż-żieda fil-kummerċ internazzjonali u wara valutazzjonijiet tar-riskju fitosanitarju mwettqa u ppubblikati reċentement mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti, huwa teknikament ġustifikat u konsistenti mar-riskji fitosanitarji involuti li l-organiżmi ta' ħsara Bactericera cockerelli (Sulc.), Keiferia lycopersicella (Walsingham), Saperda candida Fabricius u Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) jiżdiedu mat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE.

(3)

Huwa teknikament ġustifikat li Xylella fastidiosa (Wells et al.) jitħassar mit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE u li dan jiżdied mat-Taqsima II ta' dik il-Parti peress li dan l-organiżmu ta' ħsara huwa magħruf li jeżisti fl-Unjoni.

(4)

Il-preżenza tal-organiżmu ta' ħsara Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) tippreżenta riskju inaċċettabbli għall-produzzjoni u għall-kummerċ tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti u ta' oġġetti oħra. Barra minn hekk, ir-razez ta' Xanthomonas campestris patoġeniċi għaċ-ċitru ġew ikklassifikati mill-ġdid. Xanthomonas citri pv. citri u Xanthomonas citri pv. aurantifolii huma l-aġenti kawżali tal-marda tal-kankru taċ-ċitru. Għalhekk, huwa xjentifikament ġustifikat u konsistenti mar-riskju fitosanitarju involut li Xanthomonas campestris jitħassar mit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE u jiġi inkluż fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I ta' dik id-Direttiva taħt l-ismijiet Xanthomonas citri pv. aurantifolii u Xanthomonas citri pv. citri.

(5)

Wara r-reviżjoni tad-denominazzjoni xjentifika rispettiva, l-organiżmu ta' ħsara Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) ingħata l-isem ġdid ta' Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa, l-aġent kawżali tal-marda tat-tikek suwed (black spot) fuq iċ-ċitru. Jippreżenta wkoll riskju inaċċettabbli għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta' pjanti, ta' prodotti tal-pjanti u ta' oġġetti oħra. Għalhekk, huwa teknikament ġustifikat u konsistenti mar-riskju fitosanitarju involut li mit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE jitmexxa lejn it-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I ta' dik id-Direttiva u jingħata l-isem ġdid ta' Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa.

(6)

Jenħtieġ li l-iżbalji tipografiċi dwar l-ismijiet xjentifiċi tal-organiżmi ta' ħsara Phyloosticta solitaria Ell. u Ev. u Popilia japonica Newman fit-Taqsimiet I u II rispettivament, tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE u Aleurocantus spp. u Aonidella citrina Coquillet fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II ta' dik id-Direttiva jiġu kkoreġuti u jenħtieġ li jiġu sostitwiti kif applikabbli bi Phyllosticta solitaria Ellis & Everhart, Popillia japonica Newman, Aleurocanthus spp. u Aonidiella citrina Coquillet rispettivament. Bl-istess mod, jenħtieġ li żbalji tipografiċi fid-denominazzjoni xjentifika ta' Zea mays L. jiġu kkoreġuti wkoll fl-annessi kollha fejn issir referenza għal dik l-ispeċi. Jenħtieġ li l-iżball tipografiku fid-denominazzjoni xjentifika ta' Amiris P. Browne fit-Taqsima I tal-Parti B tal-Anness V ta' dik id-Direttiva jiġi kkoreġut u sostitwit b'Amyris P. Browne.

(7)

Wara r-reviżjoni ppubblikata dan l-aħħar tad-denominazzjoni xjentifika rispettiva, Elm phlöem necrosis mycoplasm ingħata l-isem ġdid ta' “Candidatus Phytoplasma ulmi”. Barra minn hekk, huwa teknikament ġustifikat li dak l-organiżmu jitħassar mit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE (fejn huwa mniżżel bħala Elm phlöem necrosis mycoplasm) u jiġi inkluż fit-Taqsima II ta' dik il-Parti bħala “Candidatus Phytoplasma ulmi” peress li dan l-organiżmu ta' ħsara huwa magħruf li jeżisti fl-Unjoni. Dan huwa skont il-kategorizzazzjoni fitosanitarja tal-organiżmu, li saret mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (2). Jenħtieġ li l-isem il-ġdid ikun rifless ukoll fl-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(8)

Huwa teknikament ġustifikat u konsistenti mar-riskju fitosanitarju involut li l-organiżmu ta' ħsara Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata (Potato spindle tuber viroid) jitħassar mit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE, peress li dak l-organiżmu ta' ħsara nxtered u huwa stabbilit f'għadd ta' pjanti ospitanti f'parti kbira mill-Unjoni. L-organiżmu huwa inkluż fit-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness II ta' dik id-Direttiva sabiex jiġu protetti l-prodotti bażiċi li attwalment huma ħielsa u fejn il-preżenza tiegħu tippreżenta riskju sinifikanti u tikkawża telf sinifikanti.

(9)

Wara r-reviżjoni ppubblikata dan l-aħħar tad-denominazzjoni xjentifika rispettiva, l-organiżmu ta' ħsara Xanthomonas campestris pv. pruni (Smith) Dye jenħtieġ li jingħata l-isem ġdid ta' Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

(10)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti speċjali għall-injam inklużi fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu riveduti sabiex jiġu allinjati mal-Istandard Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji (ISPM 15) u jkomplu jiġi ċċarati aktar. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-eżenzjoni tal-imballaġġ tal-injam mir-rekwiżiti speċifiċi għall-injam ta' Platanus L. f'dik it-Taqsima tiġi aġġornata peress li kienet tħalliet barra fl-aħħar emenda ta' dik it-Taqsima.

(11)

Abbażi ta' għarfien xjentifiku u tekniku, huwa teknikament aċċettabbli li jiġu inklużi rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni ta' ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ġewwa l-Unjoni minħabba l-probabbiltà tagħhom li jospitaw l-organiżmi ta' ħsara msemmija fil-premessa (2). Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti rilevanti oħra jiġu elenkati fil-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(12)

Fir-rigward tal-organiżmi ta' ħsara msemmija fil-premessi (4), (5), u (7) huwa meħtieġ li jiġu emendati r-rekwiżiti speċjali stabbiliti fil-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE minħabba żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku u l-valutazzjonijiet ippubblikati reċentement dwar ir-riskju fitosanitarju mwettqa mill-EFSA. L-għan tar-rekwiżiti emendati huwa li jitnaqqas ir-riskju fitosanitarju kkawżat mill-introduzzjoni ġewwa l-Unjoni ta' dawk il-pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li joriġinaw minn pajjiżi terzi għal livell aċċettabbli.

(13)

Wara valutazzjonijiet tar-riskju fitosanitarju, huwa teknikament ġustifikat u konsistenti mar-riskji assoċjati mal-organiżmu ta' ħsara Trioza erytreae Del Guercio li Murraya J. Koenig ex L. jiżdied mal-lista ta' pjanti ospitanti ta' dak l-organiżmu ta' ħsara fil-punti rilevanti fit-Taqsimiet I u II tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE. Barra minn hekk, jenħtieġ li Choisya Kunt tiġi inkluża fil-lista ta' pjanti ospitanti ta' dak l-organiżmu ta' ħsara wara s-sejbiet fl-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti speċjali għall-importazzjoni u għall-moviment tal-pjanti ospitanti fl-Unjoni fil-punti relevanti fit-Taqsimiet I u II tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati.

(14)

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew l-oġġetti oħra msemmija fil-premessi (10) sa (13) ikunu soġġetti għal spezzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti qabel ma jiġu introdotti jew jiġu ttrasportati fi ħdan l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti oħra jiġu elenkati fil-Parti A jew B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE.

(15)

Jenħtieġ li l-kodiċijiet NM għall-injam stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu aġġornati sabiex jiġu allinjati mal-kodiċijiet NM attwali użati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3) kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 (4).

(16)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 (5) ċerti żoni ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta' diversi organiżmi ta' ħsara. Reċentement dak ir-Regolament ġie emendat biex jitqiesu l-aħħar żviluppi fir-rigward taż-żoni protetti fl-Unjoni u l-organiżmi ta' ħsara li ġejjin: Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej), Candidatus Phytoplasma ulmi, Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr., il-virus Citrus tristeza (ir-razez Ewropej), Curtobacterium flaccumfaciens pv. flaccumfaciens (Hedges) Col., Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu, Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al., Globodera pallida (Stone) Behrens, Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens, Paysandisia archon (Burmeister), Rhynchophorus ferrugineus (Olivier), Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller, Thaumetopoea processionea L., Il-virus tal-marda li ddebbel it-tadam u Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti dwar iż-żoni protetti fir-rigward tal-organiżmi ta' ħsara rispettivi huma konsistenti, jenħtieġ li r-rekwiżiti rilevanti fl-Annessi I sa V tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu aġġornati.

(17)

Barra minn hekk, diversi żoni fl-Unjoni li ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta' ċerti organiżmi ta' ħsara ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti minħabba li dawk l-organiżmi ta' ħsara ġew stabbiliti hemmhekk jew l-Istati Membri kkonċernati talbu għar-revoka tal-istatus ta' żona protetta. Dawk iż-żoni huma dawn li ġejjin: ir-reġjun ta' Ribatejo e Oeste fil-Portugall fir-rigward ta' Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej); il-kontea ta' Odemira f'Alentejo fil-Portugall fir-rigward tal-virus Citrus tristeza (ir-razez Ewropej); it-territorju tal-Portugall fir-rigward ta' Curtobacterium flaccumfaciens pv. flaccumfaciens (Hedges) Col. u Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu; il-komunitajiet awtonomi ta' Andalucía u Madrid u d-distretti (Comarcas) ta' Segrià, Noguera, Pla d'Urgell, Garrigues u Urgell fil-provinċja ta' Lleida (Comunidad autonoma de Catalunya) fi Spanja; il-provinċji ta' Milan u Varese (il-Lombardija) u l-komuni ta' Busca, Centallo u Tarantasca fil-provinċja ta' Cuneo (Pjemonte) fl-Italja; it-townlands ta' Ballinran Upper, Carrigenagh Upper, Ballinran, u Carrigenagh f'County Down, u ż-Żona Elettorali ta' Dunmurry Cross f'Belfast, County Antrim (l-Irlanda ta' Fuq) fir-Renju Unit u t-territorju kollu tal-kontea ta' Dunajská Streda fis-Slovakkja fir-rigward ta' Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.; iż-żoni tal-awtorità lokali ta' Guildford u Woking fir-Renju Unit fir-rigward ta' Thaumetopoea processionea L. u t-territorju tal-Finlandja fir-rigward tal-virus li jdebbel it-tadam. Jenħtieġ li dan jiġi rifless fil-Parti B tal-Annessi I sa IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(18)

Jenħtieġ li l-iżbalji fid-delimitazzjoni taż-żoni protetti għal Leptinotarsa decemlineata Say fil-Finlandja u fl-Iżvezja fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu kkoreġuti u jinġiebu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 690/2008.

(19)

Sabiex jiġu protetti l-produzzjoni u l-kummerċ ta' pjanti, ta' prodotti tal-pjanti u ta' oġġetti oħra, huwa teknikament ġustifikat u konsistenti mar-riskju fitosanitarju involut li l-organiżmu ta' ħsara Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens jiżdied mal-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE u Paysandisia archon (Burmeister), Rhynchophorus ferrugineus (Olivier), Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller uXanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. mal-Parti B tal-Anness II ta' dik id-Direttiva.

(20)

Minn tagħrif ipprovdut mill-Portugall, jidher li t-territorju tal-Azores huwa ħieles minn Globodera pallida (Stone) Behrens, Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens u Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) u li l-Azores jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE għat-twaqqif ta' żona protetta fir-rigward ta' dawk l-organiżmi ta' ħsara. Jenħtieġ li l-Parti B tal-Annessi I, II u IV tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati skont dan. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Parti B tal-Anness IV u l-Parti A tal-Anness V ta' dik id-Direttiva jiġu emendati biex jiġu introdotti rekwiżiti għat-trasport ta' ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ġewwa ż-żoni protetti.

(21)

Minn tagħrif ipprovdut mill-Irlanda, minn Malta u mir-Renju Unit, jidher li t-territorji ta' dawk l-Istati Membri huma ħielsa minn Paysandisia archon (Burmeister) u li dawk it-territorji jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE għat-twaqqif ta' żona protetta fir-rigward ta' dak l-organiżmu ta' ħsara. Jenħtieġ li l-Parti B tal-Annessi II u IV tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati skont dan. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Parti B tal-Anness IV u l-Parti A tal-Anness V ta' dik id-Direttiva jiġu emendati biex jiġu introdotti rekwiżiti għat-trasport ta' ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ġewwa ż-żoni protetti.

(22)

Minn tagħrif ipprovdut mill-Irlanda u mir-Renju Unit, jidher li t-territorji ta' dawk l-Istati Membri huma ħielsa minn Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) u li dawk it-territorji jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE għat-twaqqif ta' żona protetta fir-rigward ta' dak l-organiżmu ta' ħsara. Jenħtieġ li l-Parti B tal-Annessi II u IV tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati skont dan. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Parti B tal-Anness IV u l-Parti A tal-Anness V ta' dik id-Direttiva jiġu emendati biex jiġu introdotti rekwiżiti għat-trasport ta' ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ġewwa ż-żoni protetti.

(23)

Minn tagħrif ipprovdut mir-Renju Unit, jidher li t-territorju tiegħu huwa ħieles minn Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller uXanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. u li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE għat-twaqqif ta' żona protetta fir-rigward ta' dawk l-organiżmi ta' ħsara. Jenħtieġ li l-Parti B tal-Annessi II u IV tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati skont dan. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Parti B tal-Anness IV u l-Parti A tal-Anness V ta' dik id-Direttiva jiġu emendati biex jiġu introdotti rekwiżiti għat-trasport ta' ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ġewwa ż-żoni protetti.

(24)

Minn tagħrif ipprovdut mill-Irlanda, jidher li t-territorju tagħha huwa ħieles minn Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr. u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE għat-twaqqif ta' żona protetta fir-rigward ta' dak l-organiżmu ta' ħsara. Jenħtieġ li l-Parti B tal-Annessi II u IV tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati skont dan.

(25)

Analiżi reċenti tar-riskju fitosanitarju turi li r-rekwiżiti attwali fir-rigward tal-introduzzjoni f'ċerti żoni protetti u għall-moviment fi ħdanhom ta' pjanti, oġġetti tal-pjanti u oġġetti oħra fir-rigward ta' Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) u Daktulosphaira vitifoliae (Fitch) mhumiex xierqa biex inaqqsu r-riskju fitosanitarju inkwistjoni għal livelli aċċettabbli. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu riformulati fil-Parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(26)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I sa V tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati skont dan.

(27)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I sa V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti, 2014. Opinjoni Xjentifika dwar il-kategorizzazzjoni fitosanitarja ta' Elm phloem necrosis mycoplasm. EFSA Journal 2014; 12(7):3773, 34 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3773

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal- 4 ta' Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1).

ANNESS

L-Annessi I sa V tad-Direttiva 2000/29/KE qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

It-Taqsima I qed tiġi emendata kif ġej:

l-intestatura (a) qed tiġi emendata kif ġej:

il-punt 5 jitħassar;

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6:

“6.1.

Bactericera cockerelli (Sulc.)”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 11.1:

“11.2.

Keiferia lycopersicella (Walsingham)”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 19.1:

“19.2.

Saperda candida Fabricius”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 25:

“25.1.

Thaumatotibia leucotreta (Meyrick)”

l-intestatura (b) qed tiġi emendata kif ġej:

il-punt 1 jitħassar;

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 0.1:

“2.

Xanthomonas citri pv. aurantifolii

2.1.

Xanthomonas citri pv. citri

l-intestatura (c) qed tiġi emendata kif ġej:

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 12:

“12.1.

Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa”

fil-punt 13, “ Phyloosticta solitaria Ell. and Ev.” qed jiġi sostitwit b'“ Phyllosticta solitaria Ellis & Everhart”

l-intestatura (d) qed tiġi emendata kif ġej:

il-punt 1 jitħassar;

fil-punt 2, is-subpunt (e) jitħassar;

(ii)

It-Taqsima II qed tiġi emendata kif ġej:

fl-intestatura (a), il-punt 8, “ Popilia japonica Newman”, qed jiġi sostitwit bi “ Popillia japonica Newman”

fl-intestatura (b), il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2:

“3.

Xylella fastidiosa (Wells et al.)”

fl-intestatura (b), il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2:

“2.1.

Candidatus Phytoplasma ulmi’”

(b)

Il-Parti B qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

l-intestatura (a) qed tiġi emendata kif ġej:

il-punt 1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej)

IRL, P (Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho u Trás-os-Montes), UK, S, FI”

il-punt 1.2 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.2.

Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu

IRL, UK”

il-punt 2 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.

Globodera pallida (Stone) Behrens

FI, LV, P (Azores), SI, SK”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2:

“2.1.

Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens

P (Azores)”

il-punt 3 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.

Leptinotarsa decemlineata Say

E (Ibiza u Menorca), IRL, CY, M, P (Azores u Madeira), UK, S (il-kontej ta' Blekinge, Gotland, Halland, Kalmar u Skåne), FI (id-distretti ta' Åland, Häme, Kymi, Pirkanmaa, Satakunta, Turku u Uusimaa,)”

il-punt 5 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.

Thaumetopoea processionea L.

IRL, UK (minbarra ż-żoni tal-awtorità lokali ta' Barnet; Brent; Bromley; Camden; Il-Belt ta' Londra; Il-Belt ta' Westminster; Croydon; Ealing; Id-Distrett ta' Elmbridge; Id-Distrett ta' Epsom and Ewell; Guildford; Hackney; Hammersmith & Fulham; Haringey; Harrow; Hillingdon; Hounslow; Islington; Kensington & Chelsea; Kingston upon Thames; Lambeth; Lewisham; Merton; Reading; Richmond Upon Thames; Id-Distrett ta' Runnymede; Slough; South Oxfordshire; Southwark; Spelthorne District; Sutton; Tower Hamlets; Wandsworth; West Berkshire u Woking)”

(ii)

fl-intestatura (b), il-punt 2, fil-kolonna tal-lemin, “S, FI” qed jiġi sostitwit b'“S”.

(2)

L-Anness II qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

It-Taqsima I qed tiġi emendata kif ġej:

l-intestatura (a) qed tiġi emendata kif ġej:

fil-punt 2, fil-kolonna tax-xellug, “ Aleurocantus spp.” qed jiġi sostitwit b'“ Aleurocanthus spp.”

fil-punt 5, fil-kolonna tax-xellug, “ Aonidella citrina Coquillet” qed jiġi sostitwit bi “ Aonidiella citrina Coquillet”

l-intestatura (b) qed tiġi emendata kif ġej:

fil-punt 3, fil-kolonna tal-lemin, “Żrieragħ ta' Zea mais L.” qed jiġi sostitwit bi “Żrieragħ ta' Zea mays L.”

il-punt 4 jitħassar;

fl-intestatura (c), il-punt 11 jitħassar;

(ii)

It-Taqsima II qed tiġi emendata kif ġej:

fl-intestatura (b), il-punt 8, fil-kolonna tax-xellug, “ Xanthomonas campestris pv. pruni (Smith) Dye” qed jiġi sostitwit bi “ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

fl-intestatura (b), il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7:

“7.1.

Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata

Pjanti għat-tħawwil (fosthom żrieragħ) ta' Solanum lycopersicum L. u l-ibridi tiegħu, Capsicum annuum L., Capsicum frutescens L. u pjanti ta' Solanum tuberosum L.”

(b)

Il-Parti B qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

l-intestatura (a) qed tiġi emendata kif ġej:

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 6:

“6.1.

Paysandisia archon (Burmeister)

Pjanti ta' Palmae, intiżi għat-tħawwil, b'dijametru fil-bażi taz-zokk ta' iktar minn 5 cm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf.

IRL, MT, UK

6.2.

Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)

Pjanti ta' Palmae, intiżi għat-tħawwil, b'dijametru fil-bażi taz-zokk ta' iktar minn 5 cm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Areca catechu L., Arenga pinnata (Wurmb) Merr., Bismarckia Hildebr. & H. Wendl., Borassus flabellifer L., Brahea armata S. Watson, Brahea edulis H. Wendl., Butia capitata (Mart.) Becc., Calamus merrillii Becc., Caryota maxima Blume, Caryota cumingii Lodd. ex Mart., Chamaerops humilis L., Cocos nucifera L., Copernicia Mart., Corypha utan Lam., Elaeis guineensis Jacq., Howea forsteriana Becc., Jubaea chilensis (Molina) Baill., Livistona australis C. Martius, Livistona decora (W. Bull) Dowe, Livistona rotundifolia (Lam.) Mart., Metroxylon sagu Rottb., Phoenix canariensis Chabaud, Phoenix dactylifera L., Phoenix reclinata Jacq., Phoenix roebelenii O'Brien, Phoenix sylvestris (L.) Roxb., Phoenix theophrasti Greuter, Pritchardia Seem. & H. Wendl., Ravenea rivularis Jum. & H. Perrier, Roystonea regia (Kunth) O. F. Cook, Sabal palmetto (Walter) Lodd. ex Schult. & Schult. f., Syagrus romanzoffiana (Cham.) Glassman, Trachycarpus fortunei (Hook.) H. Wendl. and Washingtonia Raf.

IRL, P (Azores), UK”

il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 9:

“10.

Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller

Pjanti ta' Pinus L., intiżi għat-tħawwil, minbarra frott u żrieragħ

UK”

(ii)

l-intestatura (b) qed tiġi emendata kif ġej:

fil-punt 1, fit-tielet kolonna, “P” jitħassar;

fil-punt 2, it-test fit-tielet kolonna qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“E (minbarra l-komunitajiet awtonomi ta' Andalucia, Aragón, Castilla la Mancha, Castilla y León, Extremadura, il-komunità awtonoma ta' Madrid, Murcia, Navarra u La Rioja, il-provinċja ta' Guipuzcoa (Pajjiż Bask), il-Comarcas ta' Garrigues, Noguera, Pla d'Urgell, Segrià u Urgell fil-provinċja ta' Lleida (Communidad autonoma de Catalunya), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana)), EE, F (Corsica), IRL (minbarra l-belt ta' Galway), I (Abruzzo, Apulia, il-Bażilikata, il-Kalabrija, il-Kampanja, l-Emilja-Romanja (il-provinċji ta' Parma u Pjaċenza), il-Lazjo, il-Liguria, il-Lombardija (minbarra l-provinċji ta' Mantua, Milano, Sondrio u Varese), il-Marche, il-Moliże, il-Pjemonte (minbarra l-komuni ta' Busca, Centallo u Tarantasca fil-provinċja ta' Cuneo), Sardinja, Sqallija, it-Toskana, l-Umbrija, il-Valle d'Aosta, il-Veneto (minbarra l-provinċji ta' Rovigo u Venezja, il-komuni ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u, Vescovana fil-provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-reġjun ta' Kaunas)), P, SI (minbarra r-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u l-komuni ta' Lendava u Renče-Vogrsko (fin-nofsinhar tal-awtostrada H4)), SK (minbarra l-kontea ta' Dunajská Streda, Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq: minbarra t-townlands ta' Ballinran Upper, Carrigenagh Upper, Ballinran, u Carrigenagh f'County Down, u ż-Żona Elettorali ta' Dunmurry Cross f'Belfast, County Antrim; l-Isle of Man u ċ-Channel Islands).”

il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 2:

“3.

Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

Pjanti tal-Prunus L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ

UK”

(iii)

fl-intestatura (c), il-punt 0.0.1, fit-tielet kolonna, “UK” qed jiġi sostitwit bi “IRL, UK”

(iv)

l-intestatura (d) qed tiġi emendata kif ġej:

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1:

“01.

Candidatus Phytoplasma ulmi’

Pjanti ta' Ulmus L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ

UK”

fil-punt 1, it-test fit-tielet kolonna qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“EL (minbarra l-Unitajiet Reġjonali ta' Argolida u Chania), M, P (minbarra Algarve, Madeira u l-kontea ta' Odemira f'Alentejo)”

(3)

Il-Parti B tal-Anness III, qed tiġi emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 1, it-test fil-kolonna tal-lemin qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“E (minbarra l-komunitajiet awtonomi ta' Andalucia, Aragón, Castilla la Mancha, Castilla y León, Extremadura, il-komunità awtonoma ta' Madrid, Murcia, Navarra u La Rioja, il-provinċja ta' Guipuzcoa (Pajjiż Bask), il-Comarcas ta' Garrigues, Noguera, Pla d'Urgell, Segrià u Urgell fil-provinċja ta' Lleida (Communidad autonoma de Catalunya), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana)), EE, F (Corsica), IRL (minbarra l-belt ta' Galway), I (Abruzzo, Apulia, il-Bażilikata, il-Kalabrija, il-Kampanja, l-Emilja-Romanja (il-provinċji ta' Parma u Pjaċenza), il-Lazjo, il-Liguria, il-Lombardija (minbarra l-provinċji ta' Mantua, Milano, Sondrio u Varese), il-Marche, il-Moliże, il-Pjemonte (minbarra l-komuni ta' Busca, Centallo u Tarantasca fil-provinċja ta' Cuneo), Sardinja, Sqallija, it-Toskana, l-Umbrija, il-Valle d'Aosta, il-Veneto (minbarra l-provinċji ta' Rovigo u Venezja, il-komuni ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u, Vescovana fil-provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-reġjun ta' Kaunas)), P, SI (minbarra r-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u l-komuni ta' Lendava u Renče-Vogrsko (fin-nofsinhar tal-awtostrada H4)), SK (minbarra l-kontea ta' Dunajská Streda, Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq: minbarra t-townlands ta' Ballinran Upper, Carrigenagh Upper, Ballinran, u Carrigenagh f'County Down, u ż-Żona Elettorali ta' Dunmurry Cross f'Belfast, County Antrim; l-Isle of Man u ċ-Channel Islands).”

(b)

fil-punt 2, it-test fil-kolonna tal-lemin qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

L-Anness IV qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

It-Taqsima I qed tiġi emendata kif ġej:

fil-punt 2, it-test fil-kolonna tal-lemin qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-materjal tal-injam għall-imballaġġ għandu:

ikun magħmul minn injam mingħajr qoxra kif speċifikat fl-Anness I tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għal Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar ir-Regolamentazzjoni tal-materjal tal-injam għall-ippakkjar fil-kummerċ internazzjonali

jiġi sottopost għal wieħed mit-trattamenti approvati kif speċifikat fl-Anness I ta' dak l-istandard Internazzjonali, u

juri marka kif speċifikat fl-Anness II ta' dak l-Istandard Internazzjonali, li tindika li l-materjal tal-injam għall-imballaġġ ikun ġie sottopost għal trattament fitosanitarju approvat skont dan l-istandard.”

fil-punt 5, it-test fil-kolonna tax-xellug qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Injam ta' Platanus L., minbarra dak fil-forma ta':

laqx, partikuli, serratura, ċana, skart u fdalijiet tal-injam,

materjal tal-injam għall-imballaġġ, fil-forma ta' kontenituri għall-imballaġġ, kaxxi, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, palits, kaxxi tal-palits jew twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, dunnage, kemm jekk effettivament jintużawx jew le fit-trasport ta' oġġetti ta' kwalunkwe tip, minbarra dunnage li jsostni konsenji tal-injam, li jkun magħmul minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-konsenja u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-konsenja,

iżda li jinkludi njam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Armenja, mill-Isvizzera jew mill-Istati Uniti tal-Amerika.”

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 7.3:

“7.4.

Kemm jekk imniżżel fil-kodiċijiet NM elenkati fil-Parti B tal-Anness V kif ukoll jekk le, injam ta' Amelanchier Medik., Aronia Medik., Cotoneaster Medik., Crataegus L., Cydonia Mill., Malus Mill., Prunus L., Pyracantha M. Roem., Pyrus L. u Sorbus L., minbarra dak fil-forma ta':

laqx, serratura u ċana, miksub kollu jew parzjalment minn dawn il-pjanti,

materjal tal-injam għall-imballaġġ, fil-forma ta' kontenituri tal-imballaġġ, kaxxi, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, palits, kaxxi tal-palits u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, dunnage, kemm jekk fil-fatt jintużawx jew le fit-trasport ta' oġġetti ta' kwalunkwe tip, minbarra dunnage li jsostni konsenji tal-injam, li jkun magħmul minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-konsenji u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-konsenja,

iżda li jinkludi dak li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Kanada u mill-Istati Uniti tal-Amerika.

Stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

joriġina minn żona ħielsa minn Saperda candida Fabricius, kif stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini, skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(b)

ikun għadda minn trattament xieraq tas-sħana sabiex tintlaħaq temperatura minima ta' 56 °C għal mill-inqas nofs siegħa konsekuttiva tul il-profil kollu tal-injam, li għandu jiġi indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(c)

ikun għadda minn radjazzjoni jonizzanti xierqa sabiex tintlaħaq doża minima assorbita ta' 1 kGy fl-injam kollu, li għandha tiġi indikata fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).

7.5.

Kemm jekk imniżżel fil-kodiċijiet NM elenkati fil-Parti B tal-Anness V kif ukoll jekk le, injam fil-forma ta' laqx li jkun inkiseb kollu jew parzjalment minn Amelanchier Medik., Aronia Medik., Cotoneaster Medik., Crataegus L., Cydonia Mill., Malus Mill., Prunus L., Pyracantha M. Roem., Pyrus L. u Sorbus L., li joriġina mill-Kanada u mill-Istati Uniti tal-Amerika.

Stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li hija ħielsa minn Saperda candida Fabricius skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(b)

ikun ġie pproċessat f'biċċiet bi ħxuna u wisa' ta' mhux iktar minn 2,5 cm,

jew

(c)

ikun għadda minn trattament xieraq tas-sħana sabiex tintlaħaq temperatura minima ta' 56 °C għal mill-inqas nofs siegħa konsekuttiva tul il-profil kollu tal-laqx, li għandu jiġi indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).”

fil-punt 14, it-test fil-kolonna tal-lemin qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti fl-Anness IV(A)(I)(11.4), Stqarrija uffiċjali li l-ebda sintomu ta' ‘ Candidatus Phytoplasma ulmi’ ma ġie osservat fil-post tal-produzzjoni jew fil-viċinanza immedjata tiegħu mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni.”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 14:

“14.1.

Pjanti intiżi għat-tħawwil, minbarra brokk, biċċiet ta' pjanti, pjanti f'kultura tan-nisġa, trab tad-dakra u żrieragħ, ta' Amelanchier Medik., Aronia Medik., Cotoneaster Medik., Crataegus L., Cydonia Mill., Malus Mill., Prunus L., Pyracantha M. Roem., Pyrus L. u Sorbus L. li joriġinaw mill-Kanada u mill-Istati Uniti tal-Amerika.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti fl-Anness III(A)(9), u (18), fl-Anness III(B)(1), (2) jew fl-Anness IV(A)(I), (17), (19.1), (19.2), (20), (22.1), (22.2), (23.1) u (23.2) fejn xieraq, stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

(a)

ikunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f'żona ħielsa minn Saperda candida Fabricius, stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini, skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(b)

ikunu tkabbru għal perjodu ta' mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, jew fil-każ ta' pjanti li għandhom inqas minn sentejn, li tul ħajjithom kollha jkunu tkabbru f'post ta' produzzjoni stabbilit bħala ħieles minn Saperda candida Fabricius skont L-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji:

(i)

li jkun reġistrat u sorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini,

u

(ii)

li kull sena jkun ġie soġġett għal żewġ spezzjonijiet uffiċjali għal kwalunkwe sinjal ta' Saperda candida Fabricius li jkunu saru fi żminijiet xierqa,

u

(iii)

fejn il-pjanti jkunu tkabbru f'sit:

bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni ta' Saperda candida Fabricius,

jew

bl-applikazzjoni ta' trattamenti preventivi xierqa u mdawwra b'żona ta' lqugħ b'wisa ta' mill-inqas 500 m fejn in-nuqqas ta' Saperda candida Fabricius kien ġie kkonfermat minn stħarriġ uffiċjali li jkun sar darba fis-sena fi żminijiet xierqa,

u

(iv)

immedjatament qabel l-esportazzjoni l-pjanti jkunu ġew soġġetti għal spezzjoni metikoluża għall-preżenza ta' Saperda candida Fabricius, b'mod partikolari fiz-zkuk tal-pjanta, inkluż, fejn xieraq, kampjunar distruttiv.”

il-punt 16.2 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“16.2.

Il-frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., Microcitrus Swingle, Naringi Adans., Swinglea Merr., u l-ibridi tagħhom, li joriġina minn pajjiżi terzi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.1), (16.3), (16.4), (16.5) u (16.6), stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-frott joriġina minn pajjiż rikonoxxut li huwa ħieles minn Xanthomonas citri pv. citri u Xanthomonas citri pv. aurantifolii skont L-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

il-frott joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li hija ħielsa minn Xanthomonas citri pv. citri u Xanthomonas citri pv. aurantifolii skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija Addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(c)

il-frott joriġina minn post ta' produzzjoni stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li huwa ħieles minn Xanthomonas citri pv. citri u Xanthomonas citri pv. aurantifolii skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija Addizzjonali”,

jew

(d)

is-sit tal-produzzjoni u l-viċinanza immedjata huma soġġetti għal trattamenti u prattiki kulturali xierqa kontra Xanthomonas citri pv. citri u Xanthomonas citri pv. aurantifolii,

u

il-frott ikun ġie soġġett għal trattament bis-sodju orthophenylphenate, jew trattament ieħor xieraq kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii), sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat il-metodu ta' trattament bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

u

spezzjonijiet uffiċjali li jkunu jsiru fi żminijiet xierqa qabel l-esportazzjoni jkunu wrew li l-frott huwa ħieles minn sintomi ta' Xanthomonas citri pv. citri u Xanthomonas citri pv. aurantifolii,

u

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(e)

fil-każ ta' frott destinat għal ipproċessar industrijali, spezzjonijiet uffiċjali li jkunu saru qabel l-esportazzjoni jkunu wrew li l-frott huwa ħieles minn sintomi ta' Xanthomonas citri pv. citri u Xanthomonas citri pv. aurantifolii,

u

is-sit tal-produzzjoni u l-viċinanza immedjata huma soġġetti għal trattamenti u prattiki kulturali xierqa kontra Xanthomonas citri pv. citri u Xanthomonas citri pv. aurantifolii,

u

it-trasport, il-ħżin u l-ipproċessar iseħħu taħt kundizzjonijiet, approvati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2),

u

il-frott ikun ġie ttrasportat f'pakketti individwali li jkollhom tikketta, li jkun fiha kodiċi ta' traċċabilità u l-indikazzjoni li l-frott huwa destinat għal ipproċessar industrijali,

u

l-informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).”

il-punt 16.3 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“16.3.

Frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, li joriġina minn pajjiżi terzi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.1), (16.2), (16.4) u (16.5), stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-frott joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles minn Cercospora angolensis Carv. et Mendes skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

il-frott joriġina minn żona rikonoxxuta bħala li hija ħielsa minn Cercospora angolensis Carv. et Mendes, skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija Addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(c)

l-ebda sintomu ta' Cercospora angolensis Carv. et Mendes ma jkun ġie osservat fis-sit tal-produzzjoni u fil-viċinanza immedjata tiegħu mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni, u l-ebda frott maħsud fis-sit tal-produzzjoni ma jkun wera, f'eżami uffiċjali xieraq, sintomi ta' dan l-organiżmu.”

il-punt 16.4 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“16.4.

Frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, minbarra frott ta' Citrus aurantium L. u ta' Citrus latifolia Tanaka, li joriġina minn pajjiżi terzi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.1), (16.2), (16.3), (16.5), u (16.6), stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-frott joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles minn Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa, skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

il-frott joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li hija ħielsa minn Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(c)

il-frott joriġina minn post ta' produzzjoni stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li huwa ħieles minn Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

u

il-frott jinstab li jkun ħieles minn sintomi ta' Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa wara spezzjoni uffiċjali ta' kampjun rappreżentattiv, definit skont l-Istandards Internazzjonali,

jew

(d)

il-frott joriġina minn sit ta' produzzjoni li jkun ġie soġġett għal trattamenti u miżuri kulturali xierqa kontra Phyllosticta citricarpa (McAlpine) van der Aa,

u

ikunu saru spezzjonijiet uffiċjali fis-sit ta' produzzjoni matul l-istaġun tat-tkabbir mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni, u ma jkun ġie skopert ebda sintomu ta' Phyllosticta citricarpa (McAlpine) van der Aa fil-frott,

u

spezzjoni uffiċjali li tkun saret qabel l-esportazzjoni, ta' kampjun rappreżentattiv, definit skont l-Istandards Internazzjonali, tkun sabet li l-frott maħsud minn dak is-sit ta' produzzjoni huwa ħieles minn sintomi ta' Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa,

u

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(e)

fil-każ ta' frott destinat għal ipproċessar industrijali, matul spezzjoni uffiċjali ta' kampjun rappreżentattiv, kif definit skont l-Istandards Internazzjonali, qabel l-esportazzjoni l-frott ikun instab li huwa ħieles minn sintomi ta' Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa,

u

dikjarazzjoni li l-frott jorġina minn sit ta' produzzjoni li jkun ġie soġġett għal trattamenti xierqa kontra Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa li jkunu saru fi żminijiet xierqa tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”.

u

it-trasport, il-ħżin u l-ipproċessar iseħħu taħt kundizzjonijiet, approvati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2),

u

il-frott ikun ġie ttrasportat f'pakketti individwali li jkollhom tikketta, li jkun fiha kodiċi ta' traċċabilità u l-indikazzjoni li l-frott huwa destinat għal ipproċessar industrijali,

u

l-informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 16.5:

“16.6.

Frott ta' Capsicum (L.), Citrus L., minbarra Citrus limon (L.) Osbeck. u Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle, Prunus persica (L.) Batsch u Punica granatum L. li joriġina minn pajjiżi tal-kontinent Afrikan, Cape Verde, Saint Helena, Madagascar, La Reunion, Mauritius u l-Iżrael

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.1), (16.2), (16.3), (16.4), (16.5) u (36.3), stqarrija uffiċjali li l-frott:

(a)

joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles minn Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji,

jew

(b)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li hija ħielsa minn Thaumatotibia leucotreta (Meyrick), skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(c)

joriġina minn post ta' produzzjoni stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li huwa ħieles minn Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji u informazzjoni dwar it-traċċabilità hija inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

u

jkunu saru spezzjonijiet uffiċjali fil-post ta' produzzjoni fi żminijiet xierqa matul l-istaġun tat-tkabbir, inkluż eżami viżwali fuq kampjuni rappreżentattivi ta' frott, li juru li huma ħielsa minn Thaumatotibia leucotreta (Meyrick),

jew

(d)

ikun ġie soġġett għal trattament kiesaħ effettiv biex jiġi żgurat li huwa ħieles minn Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) jew trattament ieħor xieraq biex jiġi żgurat li huwa ħieles minn Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) u l-informazzjoni dwar it-trattament għandha tiġi indikata fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii), sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat il-metodu ta' trattament bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni.”

il-punt 18.2 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“18.2.

Pjanti ta' Casimiroa La Llave, Choisya Kunth Clausena Burm. f., Murraya J.Koenig ex L., Vepris Comm, Zanthoxylum L., minbarra frott u żrieragħ, li joriġinaw minn pajjiżi terzi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti msemmija fl-Anness IV(A)I(18.1) u (18.3), stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-pjanti joriġinaw minn pajjiż fejn huwa magħruf li ma jinstabx Trioza erytreae Del Guercio,

jew

(b)

il-pjanti joriġinaw minn żona ħielsa minn Trioza erytreae Del Guercio, stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, u kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(c)

il-pjanti jkunu ġew imkabbra f'post ta' produzzjoni, li jkun reġistrat u sorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini,

u

fejn il-pjanti jitqiegħdu f'sit bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni ta' Trioza erytreae Del Guercio,

u

fejn, matul l-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni qabel it-trasport, ikunu saru żewġ spezzjonijiet uffiċjali fi żminijiet xierqa u ma jkun ġie osservat l-ebda sinjal ta' Trioza erytreae Del Guercio f'dak is-sit, u fiż-żona tal-madwar b'wisa ta' mill-inqas 200 m.”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18.3:

“18.4.

Pjanti ta' Microcitrus Swingle, Naringi Adans. u Swinglea Merr., minbarra frott u żrieragħ li joriġinaw minn pajjiżi terzi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti fl-Anness IV(A)I (18.1), (18.2) u (18.3), stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

(a)

joriġinaw minn pajjiż rikonoxxut li huwa ħieles minn Xanthomonas citri pv. citri u Xanthomonas citri pv. aurantifolii skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

joriġinaw minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li hija ħielsa minn Xanthomonas citri pv. citri u Xanthomonas citri pv. aurantifolii, skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija Addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-miktub lill-Kummissjoni.”

fil-punt 19.2, fil-kolonna tax-xellug, “ Xanthomonas campestris pv. pruni (Smith) Dye” qed jiġi sostitwit bi “ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 25.7:

“25.7.1.

Pjanti ta' Solanum lycopersicum L. u Solanum melongena L., minbarra frott u żrieragħ

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti fl-Anness III(A)(13) u fl-Anness IV(A)(I)(25.5), (25.6), (25.7), (28.1), u (45.3), stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

(a)

joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles minn Keiferia lycopersicella (Walsingham) skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji,

jew

(b)

joriġinaw minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li hija ħielsa minn Keiferia lycopersicella (Walsingham) skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija Addizzjonali”.

25.7.2.

Frott ta' Solanum lycopersicum L. u Solanum melongena L.

Stqarrija uffiċjali li l-frott:

(a)

joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles minn Keiferia lycopersicella (Walsingham) skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji,

jew

(b)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li hija ħielsa minn Keiferia lycopersicella (Walsingham) skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija Addizzjonali”,

jew

(c)

joriġina minn post ta' produzzjoni stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala li huwa ħieles minn Keiferia lycopersicella (Walsingham), abbażi ta' spezzjonijiet u stħarriġ uffiċjali mwettqa matul l-aħħar tliet snin qabel l-esportazzjoni, kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija Addizzjonali””.

fil-punt 52, fil-kolonna tal-lemin, “Żrieragħ ta' Zea mais L.” qed jiġi sostitwit bi “Żrieragħ ta' Zea mays L.”

(ii)

It-Taqsima II qed tiġi emendata kif ġej:

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 8:

“8.1.

Pjanti ta' Ulmus L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ

Stqarrija uffiċjali li l-ebda sintomu ta' ‘Candidatus Phytoplasma ulmi’ ma jkun ġie osservat fil-post tal-produzzjoni jew fil-viċinanza immedjata tiegħu mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni.”

il-punt 10.1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“10.1.

Pjanti ta' Citrus L., Choisya Kunth, Fortunella Swingle, Poncirus Raf., and their hybrids and Casimiroa La Llave, Clausena Burm f., Murraya J. Koenig ex L., Vepris Comm., Zanthoxylum L., minbarra frott u żrieragħ

Stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

(a)

joriġinaw minn żona ħielsa minn Trioza erytreae Del Guercio, stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali ta' protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti,

jew

(b)

ikunu ġew imkabbra f'post ta' produzzjoni, li huwa reġistrat u sorveljat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini,

u

fejn il-pjanti jitqiegħdu f'sit bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni ta' Trioza erytreae Del Guercio,

u

fejn, matul l-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni qabel it-trasport, ikunu saru żewġ spezzjonijiet uffiċjali fi żminijiet xierqa u ma jkun ġie osservat l-ebda sinjal ta' Trioza erytreae Del Guercio f'dak is-sit, u fiż-żona tal-madwar b'wisa' ta' mill-inqas 200 m.”

fil-punt 12, fil-kolonna tal-lemin, “ Xanthomonas campestris pv. pruni (Smith) Dye” qed jiġi sostitwit bi “ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

(b)

Il-Parti B qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

fil-punt 6.4, it-test fit-tielet kolonna qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“IRL, UK”

(ii)

fil-punt 12.1, it-test fit-tielet kolonna qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“IRL, UK”

(iii)

il-punt 16.1 li ġej jiddaħħal wara l-punt 16:

“16.1.

Pjanti ta' Pinus L., intiżi għat-tħawwil, minbarra frott u żrieragħ

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness III(A)(1)., fl-Anness IV(A)(I) (8.1), (8.2), (9), (10), fl-Anness IV(A)(II) (4), (5) jew fl-Anness IV(B) (7), (8), (9), (10), (11), (12) u (16), stqarrija uffiċjali li:

(a)

tul ħajjithom kollha l-pjanti jkunu ġew imkabbra f'postijiet ta' produzzjoni f'pajjiżi fejn huwa magħruf li ma jinstabxThaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller,

jew

(b)

tul ħajjithom kollha l-pjanti jkunu ġew imkabbra f'żona ħielsa minn Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji,

jew

(c)

il-pjanti jkunu ġew prodotti f'imxietel li, inkluża l-viċinanza tagħhom, ikunu nstabu li huma ħielsa minn Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller abbażi ta' spezzjonijiet uffiċjali u stħarriġ uffiċjali mwettqa fi żminijiet xierqa,

jew

(d)

tul ħajjithom kollha l-pjanti jkunu ġew imkabbra f'sit bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni ta' Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller u jkunu ġew spezzjonati fi żminijiet xierqa u nstabu li huma ħielsa minn Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller.

UK”

(iv)

fil-punt 20.3, it-test fit-tielet kolonna qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“FI, LV, P (Azores), SI, SK”

(v)

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 20.3:

“20.4.

Pjanti bl-għeruq, imħawla jew intiżi għat-tħawwil, imkabbra fl-apert

Għandu jkun hemm evidenza li l-pjanti joriġinaw minn għalqa magħrufa li hija ħielsa minn Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens.

P (Azores)

20.5.

Pjanti ta' Prunus L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness III(A)(9) u (18) u fl-Anness IV(A)(I)(19.2) u (23.1) u (23.2) jew fl-Anness IV(A)(II)(12) u (16), stqarrija uffiċjali li:

(a)

tul ħajjithom kollha l-pjanti jkunu ġew imkabbra f'postijiet ta' produzzjoni f'pajjiżi fejn huwa magħruf li ma jinstabxThaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller,

jew

(b)

tul ħajjithom kollha l-pjanti jkunu ġew imkabbra f'żona ħielsa minn Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji,

jew

(c)

il-pjanti ġew derivati minn linja diretta minn pjanti omm li matul l-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni ma jkunu wrew ebda sintomu ta' Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

u

ma jkun ġie osservat l-ebda sintomu ta' Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. fuq il-pjanti fil-post ta' produzzjoni mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni,

jew

(d)

għal pjanti ta' Prunus laurocerasus L. u Prunus lusitanica L. li għalihom għandu jkun hemm evidenza fl-ippakkjar jew b'xi mod ieħor li huma intiżi għall-bejgħ lil konsumaturi finali li mhumiex involuti fil-produzzjoni professjonali tal-pjanti ma jkun ġie osservat l-ebda sintomu ta' Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.fuq il-pjanti fil-post ta' produzzjoni mill-bidu tal-aħħar staġun sħiħ ta' tkabbir.

UK”

(vi)

fil-punt 21, it-test fit-tielet kolonna qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“E (minbarra l-komunitajiet awtonomi ta' Andalucia, Aragón, Castilla la Mancha, Castilla y León, Extremadura, il-komunità awtonoma ta' Madrid, Murcia, Navarra u La Rioja, il-provinċja ta' Guipuzcoa (Pajjiż Bask), il-Comarcas ta' Garrigues, Noguera, Pla d'Urgell, Segrià u Urgell fil-provinċja ta' Lleida (Communidad autonoma de Catalunya), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana)), EE, F (Corsica), IRL (minbarra l-belt ta' Galway), I (Abruzzo, Apulia, il-Bażilikata, il-Kalabrija, il-Kampanja, l-Emilja-Romanja (il-provinċji ta' Parma u Pjaċenza), il-Lazjo, il-Liguria, il-Lombardija (minbarra l-provinċji ta' Mantua, Milano, Sondrio u Varese), il-Marche, il-Moliże, il-Pjemonte (minbarra l-komuni ta' Busca, Centallo u Tarantasca fil-provinċja ta' Cuneo), Sardinja, Sqallija, it-Toskana, l-Umbrija, il-Valle d'Aosta, il-Veneto (minbarra l-provinċji ta' Rovigo u Venezja, il-komuni ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u, Vescovana fil-provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-reġjun ta' Kaunas)), P, SI (minbarra r-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u l-komuni ta' Lendava u Renče-Vogrsko (fin-nofsinhar tal-awtostrada H4)), SK (minbarra l-kontea ta' Dunajská Streda, Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq: minbarra t-townlands ta' Ballinran Upper, Carrigenagh Upper, Ballinran, u Carrigenagh f'County Down, u ż-Żona Elettorali ta' Dunmurry Cross f'Belfast, County Antrim; l-Isle of Man u ċ-Channel Islands).”

(vii)

fil-punt 21.1, it-test fit-tieni kolonna qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni fl-Anness III(A)(15), dwar l-introduzzjoni ta' pjanti ta' Vitis L. minbarra frott minn pajjiżi terzi (ħlief l-Iżvizzera) fl-Unjoni, stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

(a)

joriġinaw miż-żoni protetti elenkati fil-kolonna tal-lemin;

jew

(b)

ikunu ġew soġġetti għal trattament xieraq biex jiġi żgurat li huma ħielsa minn Daktulosphaira vitifoliae (Fitch) skont speċifikazzjoni approvata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).”

(viii)

fil-punt 21.3, it-test fit-tielet kolonna qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“E (minbarra l-komunitajiet awtonomi ta' Andalucia, Aragón, Castilla la Mancha, Castilla y León, Extremadura, il-komunità awtonoma ta' Madrid, Murcia, Navarra u La Rioja, il-provinċja ta' Guipuzcoa (Pajjiż Bask), il-Comarcas ta' Garrigues, Noguera, Pla d'Urgell, Segrià u Urgell fil-provinċja ta' Lleida (Communidad autonoma de Catalunya), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana)), EE, F (Corsica), IRL (minbarra l-belt ta' Galway), I (Abruzzo, Apulia, il-Bażilikata, il-Kalabrija, il-Kampanja, l-Emilja-Romanja (il-provinċji ta' Parma u Pjaċenza), il-Lazjo, il-Liguria, il-Lombardija (minbarra l-provinċji ta' Mantua, Milano, Sondrio u Varese), il-Marche, il-Moliże, il-Pjemonte (minbarra l-komuni ta' Busca, Centallo u Tarantasca fil-provinċja ta' Cuneo), Sardinja, Sqallija, it-Toskana, l-Umbrija, il-Valle d'Aosta, il-Veneto (minbarra l-provinċji ta' Rovigo u Venezja, il-komuni ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u, Vescovana fil-provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-reġjun ta' Kaunas)), P, SI (minbarra r-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u l-komuni ta' Lendava u Renče-Vogrsko (fin-nofsinhar tal-awtostrada H4)), SK (minbarra l-kontea ta' Dunajská Streda, Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq: minbarra t-townlands ta' Ballinran Upper, Carrigenagh Upper, Ballinran, u Carrigenagh f'County Down, u ż-Żona Elettorali ta' Dunmurry Cross f'Belfast, County Antrim; l-Isle of Man u ċ-Channel Islands).”

(ix)

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 21.3:

“21.4.

Pjanti ta' Palmae, intiżi għat-tħawwil, b'dijametru fil-bażi taz-zokk ta' iktar minn 5 cm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness III(A)(17). jew fl-Anness IV(A)(I)(37) u (37.1) jew fl-Anness IV(A)(II)(19.1), stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

(a)

ikunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f'postijiet ta' produzzjoni f'pajjiżi fejn huwa magħruf li ma jinsabx Paysandisia archon (Burmeister);

jew

(b)

ikunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f'żona ħielsa minn Paysandisia archon (Burmeister) stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji,

jew

(c)

li, matul perjodu ta' mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni jew it-trasport, ikunu tkabbru f'post ta' produzzjoni:

li jkun reġistrat u sorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini,

u

fejn il-pjanti kienu tqiegħdu f'sit bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni ta' Paysandisia archon (Burmeister),

u

fejn, waqt tliet spezzjonijiet uffiċjali fis-sena mwettqa fi żminijiet xierqa, inkluż eżatt qabel it-trasport minn dan il-post ta' produzzjoni, ma jkun ġie osservat l-ebda sinjal ta' Paysandisia archon (Burmeister).

IRL, MT, UK

21.5.

Pjanti ta' Palmae, intiżi għat-tħawwil, b'dijametru fil-bażi taz-zokk ta' iktar minn 5 cm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Areca catechu L., Arenga pinnata (Wurmb) Merr., Bismarckia Hildebr. & H. Wendl., Borassus flabellifer L., Brahea armata S. Watson, Brahea edulis H. Wendl., Butia capitata (Mart.) Becc., Calamus merrillii Becc., Caryota maxima Blume, Caryota cumingii Lodd. ex Mart., Chamaerops humilis L., Cocos nucifera L., Copernicia Mart., Corypha utan Lam., Elaeis guineensis Jacq., Howea forsteriana Becc., Jubea chilensis (Molina) Baill., Livistona australis C. Martius, Livistona decora (W. Bull) Dowe, Livistona rotundifolia (Lam.) Mart., Metroxylon sagu Rottb., Phoenix canariensis Chabaud, Phoenix dactylifera L., Phoenix reclinata Jacq., Phoenix roebelenii O'Brien, Phoenix sylvestris (L.) Roxb., Phoenix theophrasti Greuter, Pritchardia Seem. & H. Wendl., Ravenea rivularis Jum. & H. Perrier, Roystonea regia (Kunth) O. F. Cook, Sabal palmetto (Walter) Lodd. ex Schult. & Schult. f., Syagrus romanzoffiana (Cham.) Glassman, Trachycarpus fortunei (Hook.) H. Wendl. and Washingtonia Raf.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness III(A)(17) jew fl-Anness IV(A)(I)(37) u (37.1) jew fl-Anness IV(A)(II)(19.1), stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

(a)

ikunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f'postijiet ta' produzzjoni f'pajjiżi fejn huwa magħruf li ma jinsabx Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)

jew

(b)

ikunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f'żona ħielsa minn Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji,

jew

(c)

li, matul perjodu ta' mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni jew it-trasport, ikunu tkabbru f'post ta' produzzjoni:

li jkun reġistrat u sorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini,

u

fejn il-pjanti kienu tqiegħdu f'sit bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni ta' Rhynchophorus ferrugineus (Olivier),

u

fejn, waqt tliet spezzjonijiet uffiċjali fis-sena mwettqa fi żminijiet xierqa, inkluż eżatt qabel it-trasport minn dan il-post ta' produzzjoni, ma jkun ġie osservat l-ebda sinjal ta' Rhynchophorus ferrugineus (Olivier).

IRL, P (Azores), UK”

(x)

fil-punti 24.1 u 24.2, it-test fit-tielet kolonna qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“IRL, P (Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho u Trás-os-Montes), UK, S, FI”

(xi)

il-punt 24.3 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“24.3.

Pjanti ta' Begonia L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ, tuberi u basal tuberuż, u pjanti ta' Dipladenia A.DC., Ficus L., Hibiscus L., Mandevilla Lindl. u Nerium oleander L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness IV(A)(I)(45.1), fejn xieraq, stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-pjanti joriġinaw minn żona magħrufa li hija ħielsa minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej),

jew

(b)

l-ebda sinjal ta' Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) ma jkun ġie osservat fuq pjanti fil-post ta' produzzjoni waqt spezzjonijiet uffiċjali mwettqa mill-inqas darba kull tliet ġimgħat matul id-disa' ġimgħat qabel il-kummerċjalizzazzjoni,

jew

(c)

f'każijiet fejn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) ikun instab fil-post tal-produzzjoni, il-pjanti, miżmuma jew prodotti f'dan il-post ta' produzzjoni jkunu ġew sottoposti għal trattament xieraq biex jiġi żgurat li huma ħielsa minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) u sussegwentement dan il-post ta' produzzjoni għandu jkun instab li huwa ħieles minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni ta' proċeduri xierqa bil-għan li jiġi eradikat Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej), fiż-żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa kull ġimgħa matul it-tliet ġimgħat qabel it-trasport minn dan il-post ta' produzzjoni u fi proċeduri ta' monitoraġġ matul il-perjodu msemmi,

jew

(d)

għal dawk il-pjanti li għalihom għandu jkun hemm evidenza mill-ippakkjar tagħhom jew mill-iżvilupp tal-fjuri tagħhom jew b'xi mod ieħor li huma intiżi għall-bejgħ dirett lil konsumaturi finali li mhumiex involuti fil-produzzjoni professjonali tal-pjanti, il-pjanti jkunu ġew spezzjonati uffiċjalment u nstabu li huma ħielsa minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) immedjatament qabel iċ-ċaqliq tagħhom.

IRL, P (Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho u Trás-os-Montes), UK, S, FI”

(xii)

fil-punt 33, it-test fit-tielet kolonna qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“IRL, UK”

(5)

L-Anness V qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

It-Taqsima I qed tiġi emendata kif ġej:

il-punt 1.4 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.4.

Pjanti ta' Choisya Kunth, Fortunella Swingle, Poncirus Raf., and their hybrids, Casimiroa La Llave, Clausena Burm. f., Murraya J. Koenig ex L., Vepris Comm., Zanthoxylum L. and Vitis L., minbarra frott u żrieragħ.”

fil-punt 1.7, it-tabella fil-punt (b) qed tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Kodiċi NM

Deskrizzjoni

4401 12 00

Injam mhux koniferuż li jintuża bħala karburant, fi zkuk, fi zkuk ħoxnin, fi friegħi, f'qatet għesieleġ jew f'forom simili

4401 22 00

Injam mhux koniferuż, f'laqx jew partikuli

4401 40 90

Skart u fdalijiet tal-injam (minbarra serratura), mhux agglomerati

ex 4403 12 00

Injam mhux koniferuż mhux maħdum, trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra

ex 4403 99 00

Injam mhux koniferuż (minbarra njam tropikali, ballut (Quercus spp.), fagu (Fagus spp.), betula (Betula spp.), luq (Populus spp.) jew ewkaliptu (Eucalyptus spp.)), mhux maħdum, sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mneħħija jew le, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra

ex 4404 20 00

Lasti maqsuma mhux koniferużi; puntali, serratizzi u arbli tal-injam mhux koniferuż, bil-ponta imma mhux issegati mit-tul

ex 4407 99

Injam mhux koniferuż (minbarra njam tropikali, ballut (Quercus spp.), fagu (Fagus spp.), aġġru (Acer spp.), ċirasa (Prunus spp.), fraxxnu (Fraxinus spp.), betula (Betula spp.) jew luq (Populus spp.)), isserrat jew imlaqqax għat-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat jew le, xkatlat jew imġannat fit-truf, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm.”

il-punt 2.1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.1.

Pjanti intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ, tal-ġeneri Abies Mill., Apium graveolens L., Argyranthemum spp., Asparagus officinalis L., Aster spp., Brassica spp., Castanea Mill., Cucumis spp., Dendranthema (DC.) Des Moul., Dianthus L. u l-ibridi, Exacum spp., Fragaria L., Gerbera Cass., Gypsophila L., il-varjetajiet kollha tal-ibdridi tan-New Guinea ta' Impatiens L., Lactuca spp., Larix Mill., Leucanthemum L., Lupinus L., Pelargonium l'Hérit. ex Ait., Picea A. Dietr., Pinus L., Platanus L., Populus L., Prunus laurocerasus L., Prunus lusitanica L., Pseudotsuga Carr., Quercus L., Rubus L., Spinacia L., Tanacetum L., Tsuga Carr., Ulmus L., Verbena L. u pjanti oħra ta' speċi erbaċej, minbarra l-pjanti tal-familja Gramineae, intiżi għat-tħawwil, u minbarra basal, basal tuberuż, riżomi, żrieragħ u tuberi.”

(ii)

It-Taqsima II qed tiġi emendata kif ġej:

il-punt 1.2 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.2.

Pjanti intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ, ta' Beta vulgaris L., Platanus L., Populus L., Prunus L. u Quercus spp., minbarra Quercus suber u Ulmus L.”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1.3:

“1.3.1.

Pjanti ta' Palmae, intiżi għat-tħawwil, b'dijametru fil-bażi taz-zokk ta' iktar minn 5 cm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Areca catechu L., Arenga pinnata (Wurmb) Merr., Bismarckia Hildebr. & H. Wendl., Borassus flabellifer L., Brahea Mart., Butia Becc., Calamus merrillii Becc., Caryota maxima Blume, Caryota cumingii Lodd. ex Mart., Chamaerops L., Cocos nucifera L., Copernicia Mart., Corypha utan Lam., Elaeis guineensis Jacq., Howea forsteriana Becc., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Metroxylon sagu Rottb., Phoenix L., Pritchardia Seem. & H. Wendl., Ravenea rivularis Jum. & H. Perrier, Roystonea regia (Kunth) O. F. Cook, Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf.”

fil-punt 1.10, it-tabella fil-punt (b) qed tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Kodiċi NM

Deskrizzjoni

4401 11 00

Injam koniferuż li jintuża bħala karburant, fi zkuk, fi zkuk ħoxnin, fi friegħi, f'qatet għesieleġ jew f'forom simili

4401 12 00

Injam mhux koniferuż li jintuża bħala karburant, fi zkuk, fi zkuk ħoxnin, fi friegħi, f'qatet għesieleġ jew f'forom simili

4401 21 00

Injam koniferuż, f'laqx jew partikuli

4401 22 00

Injam mhux koniferuż, f'laqx jew partikuli

4401 40 90

Skart u fdalijiet tal-injam (minbarra serratura), mhux agglomerati

ex 4403 11 00

Injam koniferuż mhux maħdum, trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra

ex 4403 12 00

Injam mhux koniferuż mhux maħdum, trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra

ex 4403 21

Injam koniferuż tal-arżnu (Pinus spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 22 00

Injam koniferuż tal-arżnu (Pinus spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, minbarra dak li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 23

Injam koniferuż taż-żnuber (Abies spp.) u tal-abit (Picea spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 24 00

Injam koniferuż taż-żnuber (Abiesspp.) u tal-abit (Picea spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, minbarra dak li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 25

Injam koniferuż, minbarra dak tal-arżnu (Pinus spp.), taż-żnuber (Abies spp.) jew tal-abit (Picea spp.), mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 26 00

Injam koniferuż, minbarra dak tal-arżnu (Pinus spp.), taż-żnuber (Abies spp.) jew tal-abit (Picea spp.), mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, minbarra dak li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 99 00

Injam mhux koniferuż (minbarra njam tropikali, ballut (Quercus spp.), fagu (Fagus spp.), betula (Betula spp.), luq (Populus spp.) jew ewkaliptu (Eucalyptus spp.)), mhux maħdum, sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mneħħija jew le, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra

ex 4404

Arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul

4406

Travetti tal-injam għall-irfid tal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm (cross-ties)

ex 4407

Injam koniferuż, isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf jew le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

ex 4407 99

Injam mhux koniferuż (minbarra njam tropikali, ballut (Quercus spp.), fagu (Fagus spp.), aġġru (Acer spp.), ċirasa (Prunus spp.), fraxxnu (Fraxinus spp.), betula (Betula spp.) jew luq (Populus spp.)), isserrat jew imlaqqax għat-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat jew le, xkatlat jew imġannat fit-truf, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm”

il-punt 2.1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.1.

Pjanti ta' Begonia L., intiżi għat-tħawwil, minbarra basal tuberuż, żrieragħ u tuberi, u pjanti ta' Dipladenia A.DC., Euphorbia pulcherrima Willd., Ficus L., Hibiscus L., Mandevilla Lindl. u Nerium oleander L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ.”

(b)

Il-Parti B qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

It-Taqsima I qed tiġi emendata kif ġej:

fil-punt 1, “ Zea mais L.” qed jiġi sostitwit bi “ Zea mays L.”

fil-punt 2, l-għaxar inċiż, “ Amiris P. Browne” qed jiġi sostitwit bi “ Amyris P. Browne”

il-punt 3 qed jiġi emendat kif ġej:

l-ewwel inċiż qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., Microcitrus Swingle, Naringi Adans., Swinglea Merr. u l-ibridi tagħhom, Momordica L., Solanum lycopersicum L., u Solanum melongena L.”

jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

Punica granatum L. li joriġina minn pajjiżi tal-kontinent Afrikan, Cape Verde, Saint Helena, Madagascar, La Reunion, Mauritius u l-Iżrael.”

il-punt 6 qed jiġi emendat kif ġej:

fil-punt (a), jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

Amelanchier Medik., Aronia Medik., Cotoneaster Medik., Crataegus L., Cydonia Mill., Malus Mill., Prunus L., Pyracantha M. Roem., Pyrus L. u Sorbus L., inkluż injam li ma żammx il-wiċċ naturali tond tiegħu, ħlief ċana jew serratura, li joriġina mill-Kanada jew mill-Istati Uniti tal-Amerika,”

it-tabella fil-punt (b) qed tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Kodiċi NM

Deskrizzjoni

4401 11 00

Injam koniferuż li jintuża bħala karburant, fi zkuk, fi zkuk ħoxnin, fi friegħi, f'qatet għesieleġ jew f'forom simili

4401 12 00

Injam mhux koniferuż li jintuża bħala karburant, fi zkuk, fi zkuk ħoxnin, fi friegħi, f'qatet għesieleġ jew f'forom simili

4401 21 00

Injam koniferuż, f'laqx jew partikuli

4401 22 00

Injam mhux koniferuż, f'laqx jew partikuli

4401 40 10

Serratura, mhux agglomerata

4401 40 90

Skart u fdalijiet tal-injam (minbarra serratura), mhux agglomerati

ex 4403 11 00

Injam koniferuż mhux maħdum, trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra

ex 4403 12 00

Injam mhux koniferuż mhux maħdum, trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra

ex 4403 21

Injam koniferuż tal-arżnu (Pinus spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 22 00

Injam koniferuż tal-arżnu (Pinus spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, minbarra dak li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 23

Injam koniferuż taż-żnuber (Abies spp.) u tal-abit (Picea spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 24 00

Injam koniferuż taż-żnuber (Abiesspp.) u tal-abit (Picea spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, minbarra dak li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 25

Injam koniferuż, minbarra dak tal-arżnu (Pinus spp.), taż-żnuber (Abies spp.) jew tal-abit (Picea spp.), mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 26 00

Injam koniferuż, minbarra dak tal-arżnu (Pinus spp.), taż-żnuber (Abies spp.) jew tal-abit (Picea spp.), mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, minbarra dak li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

4403 91 00

Injam tal-ballut (Quercus spp.) mhux maħdum, sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mneħħija jew le, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra

4403 95

Injam tal-betula (Betula spp.) mhux maħdum, kemm bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt imneħħija jew le, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

4403 96 00

Injam tal-betula (Betula spp.) mhux maħdum, kemm bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mneħħija jew le, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, minbarra dak li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15-il cm

4403 97 00

Injam tal-luq (Populus spp.) mhux maħdum, sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mneħħija jew le, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra

ex 4403 99 00

Injam mhux koniferuż (minbarra njam tropikali, ballut (Quercus spp.), fagu (Fagus spp.), betula (Betula spp.), luq (Populus spp.) jew ewkaliptu (Eucalyptus spp.)), mhux maħdum, sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mneħħija jew le, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra

ex 4404

Arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul

4406

Travetti tal-injam għall-irfid tal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm (cross-ties)

ex 4407

Injam koniferuż, isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf jew le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

4407 91

Injam tal-ballut (Quercus spp.), isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf u sew jekk le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

ex 4407 93

Injam ta' Acer saccharum Marsh, isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf u sew jekk le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

4407 94

Injam taċ-ċirasa (Prunus spp.), isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf u sew jekk le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

4407 95

Injam tal-fraxxnu (Fraxinus spp.), isserrat jew imlaqqax għat-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew imġannat mit-truf jew le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

4407 96

Injam tal-betula (Betula spp.), isserrat jew imlaqqax għat-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew imġannat mit-truf jew le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

4407 97

Injam tal-luq (Populus spp.), isserrat jew imlaqqax għat-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf jew le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

ex 4407 99

Injam mhux koniferuż (minbarra njam tropikali, ballut (Quercus spp.), fagu (Fagus spp.), aġġru (Acer spp.), ċirasa (Prunus spp.), fraxxnu (Fraxinus spp.), betula (Betula spp.) jew luq (Populus spp.)), isserrat jew imlaqqax għat-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf jew le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

4408 10

Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin mit-tiflil ta' njam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf u sew jew le, mhux eħxen minn 6 mm

4416 00 00

Btieti, krietel, btieti kbar, banjijiet tal-injam, u prodotti oħra magħmula mill-buttar u l-partijiet tagħhom, magħmulin mill-injam, inklużi bċejjeċ ta' njam imqawwes

9406 10 00

Binjiet prefabbrikati tal-injam”

(ii)

It-Taqsima II qed tiġi emendata kif ġej:

fil-punt 7, it-tabella fil-punt (b) qed tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Kodiċi NM

Deskrizzjoni

4401 11 00

Injam koniferuż li jintuża bħala karburant, fi zkuk, fi zkuk ħoxnin, fi friegħi, f'qatet għesieleġ jew f'forom simili

4401 12 00

Injam mhux koniferuż li jintuża bħala karburant, fi zkuk, fi zkuk ħoxnin, fi friegħi, f'qatet għesieleġ jew f'forom simili

4401 21 00

Injam koniferuż, f'laqx jew partikuli

4401 22 00

Injam mhux koniferuż, f'laqx jew partikuli

4401 40 90

Skart u fdalijiet tal-injam (minbarra serratura), mhux agglomerati

ex 4403 11 00

Injam koniferuż mhux maħdum, trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra

ex 4403 12 00

Injam mhux koniferuż mhux maħdum, trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra

ex 4403 21

Injam koniferuż tal-arżnu (Pinus spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 22 00

Injam koniferuż tal-arżnu (Pinus spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, minbarra dak li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 23

Injam koniferuż taż-żnuber (Abies spp.) u tal-abit (Picea spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 24 00

Injam koniferuż taż-żnuber (Abiesspp.) u tal-abit (Picea spp.) mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, minbarra dak li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 25

Injam koniferuż, minbarra dak tal-arżnu (Pinus spp.), taż-żnuber (Abies spp.) jew tal-abit (Picea spp.), mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 26 00

Injam koniferuż, minbarra dak tal-arżnu (Pinus spp.), taż-żnuber (Abies spp.) jew tal-abit (Picea spp.), mhux maħdum, bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mhux imneħħija, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, minbarra dak li xi dimensjoni trasversali tiegħu taqbeż il-15 cm

ex 4403 99 00

Injam mhux koniferuż (minbarra njam tropikali, ballut (Quercus spp.), fagu (Fagus spp.), betula (Betula spp.), luq (Populus spp.) jew ewkaliptu (Eucalyptus spp.)), mhux maħdum, sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta' taħt il-qoxra mneħħija jew le, jew f'forma bejn wieħed u ieħor kwadra, minbarra dak trattat biż-żebgħa, b'likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra

ex 4404

Arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul

4406

Travetti tal-injam għall-irfid tal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm (cross-ties)

ex 4407

Injam koniferuż, isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf jew le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

ex 4407 99

Injam mhux koniferuż (minbarra njam tropikali, ballut (Quercus spp.), fagu (Fagus spp.), aġġru (Acer spp.), ċirasa (Prunus spp.), fraxxnu (Fraxinus spp.), betula (Betula spp.) jew luq (Populus spp.)), isserrat jew imlaqqax għat-tul, imfellel jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf jew le, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

4415

Kontenituri għall-imballaġġ, kaxxi, ċestuni u ppakkjar simili, tal-injam; rukkelli tal-injam għall-kejbils; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-pallets tal-injam.

9406 10 00

Binjiet prefabbrikati tal-injam”