23.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/4 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Frar 2017
dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-ħdax-il FEŻ) għas-sena finanzjarja 2015
(2017/C 58/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) kif emendat l-aħħar,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-‘Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, il-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-ħdax-il FEŻ), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 43 sa 45 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tal-ħdax-il FEŻ kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (4) li jinsabu f’dak ir-Rapport Annwali,
Billi
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 11(7) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tal-ħdax-il FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tal-ħdax-il FEŻ matul is-sena finanzjarja 2015 kienet sodisfaċenti, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-ħdax-il FEŻ għas-sena finanzjarja 2015.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SCICLUNA
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 287.