23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2437

tat-18 ta' Diċembru 2017

dwar it-tiġdid tal-mandat tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 56(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 daħal fis-seħħ fid-19 ta' Awwissu 2014.

(2)

Fid-19 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/943/UE (2), f'konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, li taħtar l-ewwel President, il-Viċi President u erba' membri oħra full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 56(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat tal-ewwel President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni maħtur wara d-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament huwa ta' tliet snin, li jista' jiġġedded darba għal perijodu ta' ħames snin.

(4)

Fid-29 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew proposta għat-tiġdid tal-mandat tas-Sinjura Elke KÖNIG, l-ewwel President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, għal perijodu ta' ħames snin mit-23 ta' Diċembru 2017. Il-Parlament Ewropew approva din il-proposta fit-12 ta' Diċembru 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Elke KÖNIG, President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, huwa b'dan imġedded għal perijodu ta' ħames snin mit-23 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)   ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

(2)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/943/UE tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-membri l-oħra full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 97).