23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/2432

tat-13 ta' Diċembru 2017

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1534 (EUNAVFOR MED/3/2017)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fil-31 ta' Awwissu 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1534 (2) biex ħatar lill-Viċi Ammirall (LH) Javier MORENO SUSANNA bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Alberto MAFFEIS biex jieħu post il-Viċi Ammirall (LH) Javier MORENO SUSANNA bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE mill-14 ta' Diċembru 2017.

(4)

Fis-6 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Alberto MAFFEIS u għaldaqstant għandha titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1534.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall (LH) Alberto MAFFEIS huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) mill-14 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1534 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2017.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1534 tal-31 ta' Awwissu 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin- Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/681 (EUNAVFOR MED/2/2017) (ĠU L 233, 9.9.2017, p. 4).