|
23.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2429
tal-5 ta' Diċembru 2017
li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/713/KE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fir-Renju Unit
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta' Lulju 2008, wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, bid-Deċiżjoni 2008/713/KE (1) skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (“TKE”), li kien jeżisti defiċit eċċessiv fir-Renju Unit. Il-Kunsill innota li, skont id-data tal-EDP notifikata mill-awtoritajiet tar-Renju Unit f'Marzu 2008, id-defiċit pubbliku tar-Renju Unit fl-2008-09 kien mistenni jilħaq it-3,2 % tal-PDG u b'hekk jaqbeż il-valur referenzjarju tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG. Barra minn hekk, wara l-pubblikazzjoni tal-baġit ta' Marzu 2008, dikjarazzjoni politika fit-13 ta' Mejju 2008 li naqqset it-taxxa fuq id-dħul personali fl-2008-09 kienet mistennija żżid ulterjorment id-defiċit ippjanat f'dik is-sena finanzjarja. Iż-żieda ta' din il-miżura mat-tbassir tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2008 implikat defiċit fl-2008-09 ta' 3,5 % tal-PDG. Id-defiċit eċċessiv ukoll ma tqiesx wieħed temporanju peress li t-tbassir tal-Kummissjoni, abbażi ta' politiki mhux mibdula, stima defiċit fl-2009-10 ta' 3,3 % tal-PDG. Il-Kunsill innota wkoll li l-proporzjon tad-dejn pubbliku baqa' sew taħt il-valur referenzjarju ta' 60 %, għalkemm kien ipprojettat li jinsab f'xejra tiela' sal-2009-10. |
|
(2) |
Fl-istess data, skont l-Artikolu 104(7) TKE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, indirizza rakkomandazzjoni lir-Renju Unit bl-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mis-sena finanzjarja 2009-10. Il-Kunsill stabbilixxa wkoll it-8 ta' Jannar 2009 bħala d-data ta' skadenza sa meta għandha tittieħed azzjoni effettiva. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 104(8) TKE, il-Kunsill iddeċieda, fis-27 ta' April 2009, permezz tad- Deċiżjoni 2009/409/KE (3), li r-Renju Unit ma kienx ħa azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2008. |
|
(4) |
Filwaqt li rrikonoxxa li l-pożizzjoni baġitarja tar-Renju Unit fl-2009-10 rriżultat mill-implimentazzjoni ta' miżuri li kienu jammontaw għal madwar 1,5 % tal-PDG, li kienu reazzjoni xierqa għall-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku, u l-operat liberu ta' stabbilizzaturi awtomatiċi, fit-2 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill ħareġ Rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), fejn irrakkomanda li r-Renju Unit itemm is-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2014-15. Speċifikament, sabiex iġib id-defiċit pubbliku taħt it-3 % tal-PDG b'mod kredibbli u sostenibbli, ir-Renju Unit ingħata r-rakkomandazzjoni biex jiżgura sforz fiskali annwali medju ta' 1
|
|
(5) |
Fis-6 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tat-tbassir tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2010, ir-Renju Unit kien ħa azzjoni effettiva f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009 skont l-Artikolu 126(7)TFUE. |
|
(6) |
Fid-19 ta' Ġunju 2015, skont l-Artikolu 126(8) TFUE, iddeċieda li r-Renju Unit ma kienx ħa azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009 (4). Il-Kunsill innota li r-Renju Unit kien esperjenza riduzzjoni kbira fit-tkabbir tal-PDG reali b'riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali fl-2008 u fl-2009, li kienet affettwat ukoll il-finanzi pubbliċi tiegħu. Sussegwentement, ir-Renju Unit implimenta pjan ta' konsolidazzjoni u d-defiċit pubbliku kien niżel, bħala perċentwal tal-PDG, kull sena bejn is-snin finanzjarji 2009-10 u 2014-15. B'kuntrast, il-proporzjon tad-dejn għall-PDG kompla jiżdied tul dan il-perjodu, xprunat l-iktar minn defiċit nominali, imma anke minn interventi tas-settur finanzjarju. Il-Kunsill ikkonkluda li, minkejja programm ta' konsolidazzjoni fiskali stabbilit u implimentat, ir-Renju Unit ma kienx temm id-defiċit eċċessiv tiegħu sal-2014-15. Barra minn hekk, ir-Renju Unit ma żammx mal-isforz fiskali annwali medju ta' 1 % tal-PDG li kien ġie rrakkomandat mill-Kunsill fit-2 ta' Diċembru 2009. |
|
(7) |
Fid-19 ta' Ġunju 2015, skont l-Artikolu 126(7) TFUE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, indirizza Rakkomandazzjoni lir-Renju Unit biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sas-sena finanzjarja 2016-17. Speċifikament, ir-Renju Unit ngħata r-rakkomandazzjoni li jilħaq il-mira ta' defiċit nominali ta' 4,1 % tal-PDG fl-2015-16 u 2,7 % tal-PDG fl-2016-17, li kien projettat li jkun konsistenti ma' titjib fil-bilanċ strutturali ta' 0,5 % tal-PDG fl-2015-16 u ta' 1,1 % tal-PDG fl-2016-17, abbażi tat-tbassir aġġornat tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2015. |
|
(8) |
Fis-16 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Renju Unit kien ħa azzjoni effettiva biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv sas-sena finanzjarja 2016-17, kif irrakkomandat mill-Kunsill fid-19 ta' Ġunju 2015. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dak il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (5). |
|
(10) |
Il-Kunsill jieħu deċiżjonijiet biex jirrevoka deċiżjonijiet dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv abbażi tad-data notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv ikun jenħtieġ li tiġi revokata biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jkunx se jaqbeż il-valur referenzjarju tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG tul il-perjodu ta' tbassir (6). |
|
(11) |
Abbażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009, wara l-Programm ta' Konverġenza tal-2017, in-notifika ta' Settembru 2017 mir-Renju Unit, u t-tbassir tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2017, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
|
(12) |
F'konformità mal-Artikolu 126(12) TFEU, deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat. |
|
(13) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fir-Renju Unit ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2008/713/KE għalhekk jenħtieġ li tiġi revokata. |
|
(14) |
Mill-2017-18, li hija s-sena finanzjarja ta' wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, ir-Renju Unit huwa soġġett għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u jenħtieġ li jimxi lejn l-objettiv baġitarju minimu tat-terminu l-medju tiegħu b'pass xieraq, inkluż billi jirrispetta l-parametru referenzjarju tal-infiq u li jikkonforma mal-kriterju tad-dejn skont l-Artikolu 2(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni kumplessiva, jirriżulta li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fir-Renju Unit ġiet ikkorreġuta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2008/713/KE hija b'dan revokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TÕNISTE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/713/KE tal-24 ta' Lulju 2008 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit (ĠU L 238, 5.9.2008, p. 5).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/409/KE tas-27 ta' April 2009 li tistabbilixxi, konformement mal-Artikolu 104(8) tat-Trattat, jekk itteħditx azzjoni effettiva mir-Renju Unit b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 8 ta' Lulju 2008 taħt l-Artikolu 104(7) (ĠU L 132, 29.5.2009, p. 11).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1098 tad-19 ta' Ġunju 2015 li tistabbilixxi li ma ttieħdet ebda azzjoni effettiva mir-Renju Unit b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009 (ĠU L 180, 8.7.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.
(6) F'konformità ma' “Speċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza”, tat-3 ta' Settembru 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf