21.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/29 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2412
tal-20 ta' Diċembru 2017
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2017) 9014)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) u (4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) u (4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE jridu jinkludu minn tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu minn tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni. |
(3) |
Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli fir-rigward tad-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li l-flieles ta' ġurnata jirrappreżentaw riskju baxx ħafna ta' tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti bażiċi oħra tat-tjur. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata wkoll sussegwentement bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard applikabbli fejn hemm riskju ikbar ta' tixrid tal-influenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'konsegwenza ta' dan, issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll ir-regoli għad-dispaċċ ta' tjur ħaj, ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tifqis miż-żoni ristretti l-oħra lejn Stati Membri oħra, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(5) |
Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE. |
(6) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2289 (7), wara n-notifika tal-Bulgarija u tal-Italja dwar tifqigħat ulterjuri ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda tat-tjur li tinsab fir-reġjun ta' Stara Zagora ta' dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi tat-tjur li jinsabu fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto ta' dak l-Istat Membru. Dawk l-Istati Membri nnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni li kienu ħadu l-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħew dawk it-tifqigħat, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati. |
(7) |
Mid-data li fiha saret l-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2289 'l hawn, in-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N6 f'azjenda tat-tjur li tinsab fil-provinċja ta' Flevoland ta' dak l-Istat Membru. In-Netherlands innotifikaw ukoll lill-Kummissjoni li ħadu l-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħet dik it-tifqigħa reċenti, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda tat-tjur infettata. |
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni man-Netherlands, u kienet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, kienu jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda tat-tjur proprja fejn ġiet konfermata t-tifqigħa. |
(9) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata l-impożizzjoni minn pajjiżi terzi ta' ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, kien meħtieġ li, b'kollaborazzjoni man-Netherlands, jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti f'dak l-Istat Membru skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru. |
(10) |
Sakemm tinħareġ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, il-Kummissjoni adottat ċerti miżuri protettivi interim fejn tqieset is-sitwazzjoni epidemjoloġika fin-Netherlands, b'mod partikolari r-riskji assoċjati mal-influwenza avjarja li reġgħet ġiet ikkonfermata f'dak l-Istat Membru wara diversi xhur mingħajr detezzjoni tagħha u d-densità ġeneralment għolja ta' azjendi tat-tjur fin-Netherlands, li tikkostitwixxi riskju ogħla għat-tixrid tal-virus. L-għan ta' dawn il-miżuri protettivi interim kien li jipprevenu t-tixrid tal-marda bla dewmien. |
(11) |
Dawn il-miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fin-Netherlands ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummmissjoni (UE) 2017/2304 (8), li fl-Anness tagħha telenka ż-żoni li l-awtorità kompetenti tan-Netherlands stabbiliet bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza. Dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tapplika sal-10 ta' Jannar 2018. |
(12) |
Jenħtieġ li jiġu riveduti l-miżuri protettivi interim stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2304. In-Netherlands ipprovdew ukoll aġġornamenti regolari dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika, u fit-territorju tagħhom ma seħħewx tifqigħat ulterjuri tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. |
(13) |
Meta jitqiesu l-eżitu favorevoli tal-inkjesti epidemjoloġiċi u r-riżultati tal-investigazzjonijiet fil-laboratorju mwettqa fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tan-Netherlands skont id-Direttiva 2005/94/KE, huwa xieraq li fil-livell tal-Unjoni jiġu adattati l-konfini taż-żoni ta' sorveljanza stabbiliti f'dak l-Istat Membru skont dik id-Direttiva. Il-konfini l-ġodda jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. |
(14) |
Barra minn hekk, l-Italja issa nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fit-territorju tagħha, fir-reġjun tal-Emilia-Romagna. L-Italja nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħet dik it-tifqigħa, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda tat-tjur infettata. |
(15) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li ħadu n-Netherlands u l-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk iż-żewġ Stati Membri jinsabu 'l bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda tat-tjur li fiha kienet ġiet ikkonfermata tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. |
(16) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u sabiex jiġi evitat li xi pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jenħtieġ li, b'kollaborazzjoni mal-Italja u man-Netherlands, jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti f'dawk iż-żewġ Stati Membri, skont id-Direttiva 2005/94/KE wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri. |
(17) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi aġġornata sabiex tiġi meqjusa s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Italja u fin-Netherlands marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'mod partikolari, jenħtieġ li fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu elenkati ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Italja u fin-Netherlands, li issa huma soġġetti għal restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE. |
(18) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu inklużi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Italja u fin-Netherlands skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri, u d-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fihom. |
(19) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan. |
(20) |
Barra minn hekk, minħabba li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247, kif emendat b'din id-Deċiżjoni se jkun qed jelenka ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tan-Netherlands skont id-Direttiva 2005/94/KE, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2304 għandha titħassar. |
(21) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2304 titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2289 tal-11 ta' Diċembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 328, 12.12.2017, p. 126).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2304 tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fin-Netherlands (ĠU L 329, 13.12.2017, p. 61).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti B, hija emendata kif ġej:
|