19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/80


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2377

tal-15 ta' Diċembru 2017

dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2015

(notifikata bid-dokument C(2017) 8476)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena għall-perjodu mill-2013 sal-2020 u mekkaniżmu biex kull sena tiġi vvalutata l-konformità ma' dawk il-limiti. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri, mogħtija f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2, jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (3). L-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE (4).

(2)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jistipula proċedura ta' rieżami tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) tal-Istati Membri bl-għan li tiġi vvalutata l-konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Ir-rieżami annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 twettaq abbażi tad-dejta dwar l-emissjonijiet tal-2015 irrappurtata lill-Kummissjoni f'Marzu tal-2017 skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (5) u fl-Anness XVI tiegħu.

(3)

L-ammont totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2015 jenħtieġ li jqis il-korrezzjonijiet tekniċi u l-istimi riveduti kkalkulati waqt ir-rieżami annwali kif mogħtija fir-rapporti finali tar-rieżami mfassla skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 749/2014.

(4)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha sabiex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jistabbilixxi d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni bħala l-punt tat-tluq għall-perjodu ta' erba' xhur li matulu l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għadd totali ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2015 li ġejjin mid-dejta kkoreġuta tal-inventarju wara li tlesta r-rieżami annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 huwa stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta' Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE tal-31 ta' Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 19).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta' Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).


ANNESS

Stat Membru

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2015 koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE

(f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' diossidu tal-karbonju)

Il-Belġju

72 719 520

Il-Bulgarija

25 354 866

Ir-Repubblika Ċeka

61 282 020

Id-Danimarka

32 520 220

Il-Ġermanja

444 080 615

L-Estonja

6 144 411

L-Irlanda

43 037 173

Il-Greċja

45 449 373

Spanja

196 153 196

Franza

353 009 851

Il-Kroazja

15 565 304

L-Italja

273 282 682

Ċipru

4 060 621

Il-Latvja

9 005 121

Il-Litwanja

13 250 961

Il-Lussemburgu

8 607 481

L-Ungerija

41 437 586

Malta

1 300 741

In-Netherlands

101 119 720

L-Awstrija

49 295 422

Il-Polonja

186 772 424

Il-Portugall

40 614 056

Ir-Rumanija

74 555 379

Is-Slovenja

10 719 610

Is-Slovakkja

20 084 623

Il-Finlandja

29 886 479

L-Iżvezja

33 897 178

Ir-Renju Unit

326 027 912