19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2371

tat-18 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine).

(2)

Fl-20 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2161 (2) li emendat id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, billi estendiet il-mandat sal-31 ta' Mejju 2019 u pprevediet għall-EUAM Ukraine ammont ta' referenza finanzjarja għall-istess perijodu.

(3)

Wara rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel, fit-13 ta' Diċembru 2017, li tinfetaħ preżenza reġjonali f'Odessa.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li jiġi previst ammont ta' referenza finanzjarja rivedut għall-perijodu sal-31 ta' Mejju 2019, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/486/PESK tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

L-EUAM Ukraine ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-ħames u s-sitt subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Mejju 2019 għandu jkun ta' EUR 33 843 302,49.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) '(ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2161 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar- Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 304, 21.11.2017, p. 48).