12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2285

tas-6 ta' Diċembru 2017

li temenda l-gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

(notifikata bid-dokument C(2017) 8072)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tal-EMAS huwa li tippromwovi titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' din is-sistema, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali, djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma' partijiet interessati oħra u l-involviment attiv tal-impjegati.

(2)

Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet interessati jingħataw aktar tagħrif u gwida dwar il-passi meħtieġa biex jieħdu sehem fl-EMAS. Jenħtieġ li dan it-tagħrif u din il-gwida jinżammu aġġornati abbażi tal-esperjenza miksuba fl-operat tal-EMAS u bi tweġiba għall-ħtiġijiet addizzjonali għal gwida li jkunu ġew identifikati.

(3)

Ġew identifikati l-ħtiġijiet addizzjonali għal gwida li ġejjin: id-definizzjoni ta' lokalità ġeografika fil-kuntest tad-definizzjoni ta' sit; gwida dwar kif għandhom jitqiesu d-dokumenti ta' referenza settorjali; u gwida marbuta mal-użu ta' metodu tal-kampjunar għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE (2) għandhom jiġu sostitwiti bit-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE tal-4 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi l-gwida għall-utent u twaqqaf il-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 76, 19.3.2013, p. 1).


ANNESS

ANNESS I

I.   DAĦLA

Huwa għan tal-politika ambjentali tal-UE li tħeġġeġ lil kull tip ta' organizzazzjoni tuża sistemi ta' ġestjoni ambjentali u tnaqqas l-impatti ambjentali tagħha. Is-sistemi ta' ġestjoni ambjentali huma għodda waħda minn fost dawk li l-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħrajn jistgħu jużaw sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom filwaqt li jiffrankaw l-enerġija u riżorsi oħrajn. B'mod partikulari, l-UE tixtieq tħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet jipparteċipaw fl-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (l-EMAS), li hija għodda ta' ġestjoni għall-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet l-oħrajn biex jevalwaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom u biex jirrappurtaw dwarha u jtejbuha.

L-EMAS ġiet stabbilita fl-1993 u evolviet maż-żmien. Ir-Regolament dwar l-EMAS (1) jipprovdi l-bażi legali għal din l-iskema u l-aħħar reviżjoni tiegħu saret fl-2009.

Din il-Gwida għall-utent dwar l-EMAS tħejjiet skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46(5) tar-Regolament dwar l-EMAS. Dan id-dokument għandu l-għan li jagħti pariri ċari u sempliċi lill-organizzazzjonijiet interessati fl-EMAS. Huwa maħsub biex joffri struzzjonijiet pass pass li dak li jkun isibha faċli jsegwihom. Il-gwida tiddeskrivi l-elementi u l-passi ewlenin li organizzazzjoni li jkun beħsiebha tipparteċipa fl-iskema għandha tieħu. Id-dokument għandu l-għan li jżid l-għadd totali ta' organizzazzjonijiet li jadottaw is-sistema ta' ġestjoni tal-EMAS billi jagħmilha iktar faċli li dawn jissieħbu fl-iskema. Ta' min jiftakar ukoll l-għan ġenerali tar-Regolament Ewropew, li huwa li tiġi armonizzata l-implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha u li jinħoloq qafas leġiżlattiv komuni. Għal kwistjonijiet speċifiċi marbutin mal-EMAS Globali, il-qarrej għandu jirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE (2) tas-7 ta' Diċembru 2011 dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta' Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

II.   X'INHI L-ISKEMA TA' ĠESTJONI U VERIFIKA AMBJENTALI (L-EMAS)?

L-EMAS hija għodda volontarja li għandha għad-dispożizzjoni tagħha kull organizzazzjoni li taħdem fi kwalunkwe settur ekonomiku fl-Unjoni Ewropea jew 'il barra minnha u li tkun tixtieq:

tassumi responsabbiltà ambjentali u ekonomika;

ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha;

tgħaddi r-riżultati ambjentali tagħha lis-soċjetà u lill-partijiet interessati inġenerali.

Hawn taħt hawn deskrizzjoni pass pass ta' x'jeħtieġ li wieħed jagħmel biex jirreġistra fl-iskema u biex jimplimentaha.

L-organizzazzjonijiet li jirreġistraw fl-EMAS għandhom:

jagħtu prova li huma jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali;

jintrabtu li jtejbu kontinwament il-prestazzjoni ambjentali tagħhom;

juru li għandhom djalogu miftuħ mal-partijiet interessati kollha;

jinvolvu lill-impjegati tagħhom fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

jippubblikaw dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS ivvalidata għall-komunikazzjoni esterna u jaġġornawha.

L-organizzazzjonijiet iridu jilħqu xi rekwiżiti oħrajn ukoll. Fil-fatt, dawn għandhom:

iwettqu reviżjoni ambjentali (fosthom l-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha);

jirreġistraw ma' korp kompetenti wara l-verifika b'suċċess tal-organizzazzjoni tagħhom.

Ladarba jkunu rreġistrati, l-organizzazzjonijiet huma intitolati jużaw il-logo tal-EMAS.

III.   L-ISPEJJEŻ U L-BENEFIĊĊJI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-EMAS

B'mod ġenerali, is-sistemi ta' ġestjoni ambjentali bħall-EMAS jgħinu lill-organizzazzjonijiet itejbu l-effiċjenza tar-riżorsi tagħhom u jnaqqsu r-riskji, kif ukoll ikunu ta' eżempju tajjeb bid-dikjarazzjoni pubblika tagħhom ta' prassi tajba. L-iffrankar miksub minn skema bħal din huwa ferm ikbar mill-ispejjeż ta' implimentazzjoni tagħha.

Il-benefiċċji

Sar studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-reġistrazzjoni fl-EMAS (3). Twettaq stħarriġ li matulu dawk li ħadu sehem fih intalbu jagħżlu l-aktar impatti pożittivi minn lista partikulari. Kif jidher fil-Figura 1, “L-iffrankar tal-enerġija u tar-riżorsi” kien l-impatt li ġie fl-ewwel post (billi ngħażel minn 21 % ta' dawk li wieġbu). Warajh ġew l-impatti tat-“Tnaqqis fl-inċidenti negattivi” u ta' “Relazzjonijiet aħjar mal-partijiet interessati” (li ngħażlu minn 18 % u 17 % ta' dawk li wieġbu rispettivament).

Figura 1

Il-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-EMAS (f'perċentwali tat-tweġibiet kollha)

Image

Iktar iffrankar f'termini tal-effiċjenza

Il-benefiċċju tal-iffrankar tal-enerġija u tar-riżorsi ġie fl-ewwel post. Għall-organizzazzjonijiet ta' kull daqs, kien hemm evidenza li l-iffrankar tal-enerġija waħdu qabeż l-ispejjeż annwali meħtieġa biex tiġi implimentata l-EMAS. Dan jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet iktar imdaqqsin għandhom ikunu jistgħu jirkupraw l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-EMAS faċilment.

Inqas inċidenti negattivi

Dan il-benefiċċju ġie fit-tieni post. Issemmew bosta fatturi, bħat-tnaqqis fil-ksur tal-liġijiet ambjentali. Ovvjament dan huwa marbut mal-benefiċċji f'termini tat-titjib fir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet regolatorji.

Relazzjonijiet aħjar mal-partijiet interessati

L-organizzazzjonijiet semmew ir-relazzjonijiet aħjar mal-partijiet interessati bħala benefiċċju ewlieni, b'mod partikulari fil-każ tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tal-kumpaniji tas-servizzi.

Iktar opportunitajiet tas-suq

Jekk wieħed jirreġistra fl-EMAS, huwa jista' jtejjeb in-negozju. Dan jista' jgħin biex dak li jkun iżomm il-klijenti eżistenti u jespandi n-negozju tiegħu. Il-fatt li wieħed ikollu sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-EMAS jista' jkun ta' vantaġġ ukoll fil-każ tal-akkwisti pubbliċi. Għalkemm l-organizzazzjonijiet involuti fl-akkwist pubbliku ma jistgħux jeżiġu b'mod espliċitu li l-offerenti jkunu rreġistrati fl-EMAS, il-kumpaniji li jkunu rreġistrati fiha jistgħu jużaw dan biex juru li għandhom il-mezzi tekniċi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kuntrattwali ta' ġestjoni ambjentali.

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet jistgħu jħeġġu lill-fornituri tagħhom ikollhom fis-seħħ sistema ta' ġestjoni ambjentali bħala parti mill-politika ambjentali tagħhom stess. Ir-reġistrazzjoni fl-EMAS tista' tiffaċilita l-proċeduri interni bejn impriża u oħra għaż-żewġ partijiet.

L-għajnuna regolatorja

L-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS jistgħu jkunu intitolati għal għajnuna regolatorja. Jista' jkun hemm benefiċċji għall-kumpaniji involuti fis-setturi tal-manifattura, b'vantaġġi fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni marbuta mal-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (4).

Diversi Stati Membri joffru wkoll vantaġġi lill-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġijiet u mar-regolamenti ambjentali statali u reġjonali. Dawn il-benefiċċji jistgħu jinvolvu, pereżempju, obbligi ssimplifikati tar-rappurtar, inqas spezzjonijiet, tariffi inqas marbutin mal-iskart u perjodi itwal qabel ma jkollhom jiġġeddu l-permessi.

Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, tnaqqis ta' 50 % fit-tariffi marbutin mal-iskart, tnaqqis ta' bejn 20 % u 30 % fit-tariffi għall-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji, tnaqqis sa 100 % fit-tariffi għall-monitoraġġ u l-infurzar skont il-liġijiet nazzjonali, tnaqqis ta' 30 % fit-tariffi għas-servizzi pubbliċi li jingħataw mill-aġenziji governattivi, tnaqqis ta' 30 % fit-tariffi għall-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji marbutin mal-ilma tal-wiċċ, għall-permessi għall-estrazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art u għall-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji għall-miżbliet. Hemm ukoll vantaġġi marbutin mal-amministrazzjoni tal-monitoraġġ u tat-trattament ta' prodotti kimiċi perikolużi, mal-obbligi marbutin mar-rimi tal-iskart (billi wieħed ma jkollux għalfejn juri li ħa miżuri ta' sorveljanza teknika) u mal-monitoraġġ tal-gassijiet b'effett ta' serra.

L-ispejjeż u l-benefiċċji

In-negozji għandhom iqisu r-reġistrazzjoni fl-EMAS bħala investiment. L-implimentazzjoni tal-EMAS tinvolvi spejjeż interni u esterni, bħall-ispejjeż għas-servizzi ta' konsulenza, dawk għar-riżorsi umani għall-implimentazzjoni u s-segwitu tal-miżuri, dawk għall-ispezzjonijiet u t-tariffi tar-reġistrazzjoni.

L-ispejjeż u l-benefiċċji reali jvarjaw ħafna, u jiddependu, pereżempju, fuq id-daqs tal-organizzazzjoni u l-attivitajiet tagħha, fuq is-sitwazzjoni attwali b'rabta mal-prattiki ta' ġestjoni ambjentali u fuq il-pajjiż speċifiku. Iżda, b'mod ġenerali, l-EMAS verament twassal għal iffrankar sostanzjali. Diversi studji wrew li l-organizzazzjonijiet jirkupraw l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom permezz ta' żieda fid-dħul fi żmien relattivament qasir - ħafna drabi f'perjodu ta' bejn sena u sentejn (5), (6), (7), (8), (9).

Tabella 1

L-ispejjeż u l-iffrankar annwali potenzjali f'termini tal-effiċjenza fil-kuntest tal-EMAS  (10)

(EUR)

Id-daqs tal-organizzazzjoni (11)

L-iffrankar annwali potenzjali f'termini tal-effiċjenza

L-ispejjeż tal-implimentazzjoni fl-ewwel sena tal-EMAS (12)

L-ispejjeż annwali tal-EMAS (13)

Mikrointrapriża

3 000 – 10 000

22 500

10 000

Intrapriża żgħira

20 000 – 40 000

38 000

22 000

Intrapriża ta' daqs medju

Sa 100 000

40 000

17 000

Intrapriża kbira

Sa 400 000

67 000

39 000

Id-dejta dwar “L-iffrankar annwali potenzjali f'termini tal-effiċjenza” tissejjes fuq l-iffrankar tal-enerġija biss. Ma hemm l-ebda dejta disponibbli dwar l-iffrankar f'termini tal-effiċjenza tar-riżorsi.

 

 

Sors: L-istudju li sar għall-Kummissjoni Ewropea fl-2009, imsejjaħ “Costs and Benefits of EMAS to Registered Organisations” (“L-ispejjeż u l-benefiċċji tal-EMAS għall-organizzazzjonijiet irreġistrati”).

“Is-sett ta' għodod tal-EMAS għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar” jipprovdi bosta eżempji oħrajn tal-iffrankar f'termini tal-ispejjeż u tal-benefiċċji (14).

B'mod ġenerali, il-mikroorganizzazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet iż-żgħar ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' spejjeż fissi u esterni proporzjonalment ogħla minn dawk li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom l-organizzazzjonijiet ta' daqs medju jew l-organizzazzjonijiet il-kbar, minħabba li dawn tal-aħħar jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' skala, u jkollhom proporzjon ogħla tal-ispejjeż li jiġġarrbu internament mid-dipartimenti ambjentali tagħhom u inqas spejjeż esterni minħabba li inqas ikollhom bżonn iqabbdu konsulenti. Madankollu, anki l-organizzazzjonijiet il-kbar ħafna qed jingħataw il-parir li janalizzaw l-ispejjeż tal-implimentazzjoni fid-dettall.

L-EMAS u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija bħall-EN 16001 u l-ISO 50001 jixxiebhu ħafna. Minħabba li l-ġestjoni tal-użu tal-enerġija tifforma parti mill-EMAS, l-organizzazzjonijiet irreġistrati f'din l-iskema diġà jtejbu l-effiċjenza enerġetika tagħhom, u għalhekk jissodisfaw il-parti l-kbira tar-rekwiżiti tal-EN 16001 u tal-ISO 50001. Għaldaqstant dan jista' jwassal ukoll għal tnaqqis fl-ispejjeż.

L-organizzazzjonijiet li qed jaħsubha jirreġistrawx fl-EMAS għandhom iqisu wkoll l-appoġġ tekniku u finanzjarju jew is-sussidji li joffru l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali u l-korpi kompetenti tal-EMAS b'rabta ma' dan.

IV.   IR-REGOLAMENT DWAR L-EMAS

L-EMAS ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (li huwa magħruf ukoll bħala “l-EMAS III”) u tapplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1.   AFFARIJIET ĠENERALI

1.1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Sa mill-2001 'l hawn, kull organizzazzjoni pubblika jew privata tista' timplimenta l-EMAS. Bl-EMAS III, l-iskema hija miftuħa wkoll għal organizzazzjonijiet li mhumiex Ewropej u għal kumpaniji Ewropej li joperaw f'pajjiżi li mhumiex fl-Ewropa. Dwar din l-aħħar kwistjoni, hemm gwida speċifika marbuta mar-reġistrazzjoni korporattiva fl-UE, mar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi u mar-reġistrazzjoni f'livell dinji.

“Organizzazzjoni” tfisser kumpanija, korporazzjoni, ditta, intrapriża, awtorità jew istituzzjoni, li tinsab ġewwa jew barra l-Komunità, jew parti jew kombinazzjoni minnha, kemm jekk inkorporata kif ukoll jekk le, pubblika jew privata li jkollha l-funzjonijiet u amministrazzjoni tagħha stess.

L-EMAS tista' tiġi implimentata f'sit wieħed, f'diversi siti jew fis-siti kollha ta' organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati f'kull settur ta' attività (15). L-iżgħar entità li tista' tiġi rreġistrata hija sit.

“Sit” tfisser lokalità ġeografika distinta taħt il-kontroll tal-ġestjoni ta' organizzazzjoni li tkopri l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, inklużi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha; sit huwa l-iżgħar entità li għandha tiġi kkunsidrata għar-reġistrazzjoni.

“Lokalità ġeografika distinta” għandha tinftiehem bħala

kontinwità fiżika tal-art, bini, tagħmir jew infrastruttura, li tista' tkun interrotta minħabba elementi esterni, dejjem jekk tkun żgurata l-kontinwità funzjonali u organizzattiva tal-attivitajiet.

1.2.   IR-REKWIŻITI

Il-proċedura ġenerali għall-implimentazzjoni tal-EMAS tista' titqassar kif ġej:

(1)

l-organizzazzjoni għandha tibda billi tagħmel reviżjoni ambjentali, jiġifieri analiżi inizjali tal-attivitajiet kollha li hija twettaq, sabiex tidentifika l-aspetti ambjentali diretti u indiretti rilevanti, u l-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli;

(2)

wara jeħtieġ li hija timplimenta sistema ta' ġestjoni ambjentali skont ir-rekwiżiti tal-istandard EN ISO 14001 (l-Anness II tar-Regolament dwar l-EMAS);

(3)

is-sistema trid tiġi ċċekkjata billi jsiru verifiki interni u billi jsir eżami mill-maniġment;

(4)

l-organizzazzjoni tikteb dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS;

(5)

ir-reviżjoni ambjentali u s-sistema ta' ġestjoni ambjentali jiġu vverifikati u d-dikjarazzjoni tiġi vvalidata minn verifikatur akkreditat jew liċenzjat tal-EMAS;

(6)

ladarba l-organizzazzjoni tkun ġiet ivverifikata, hija tibgħat applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-korp kompetenti.

Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS, il-Kummissjoni Ewropea qed tiżviluppa dokumenti ta' referenza settorjali (“SRDs”) għal għadd ta' setturi ta' prijorità b'konsultazzjoni mal-Istati Membri u ma' partijiet interessati oħrajn (16).

Kull dokument fih l-elementi li ġejjin:

l-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali;

l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi kkonċernati;

fejn xieraq, il-punti ta' riferiment tal-eċċellenza u s-sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta' prestazzjoni ambjentali.

Meta l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dokumenti ta' referenza settorjali għas-settur speċifiku tagħhom, huma għandhom iqisu dawn id-dokumenti f'żewġ livelli differenti:

1.

meta jkunu qed jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-reviżjonijiet ambjentali (l-Artikolu 4(1)(b));

2.

meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 4(4)).

Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Kull darba li organizzazzjoni tanalizza l-prestazzjoni ambjentali tagħha u tippjana titjib għandha tikkonsulta d-dokument ta' referenza settorjali (meta dan ikun disponibbli) dwar suġġetti speċifiċi sabiex tispira ruħha dwar liema kwistjonijiet għandha tindirizza fil-pass li jmiss f'approċċ pass pass.

Figura 2

L-iskeda ġenerali għall-implimentazzjoni tal-EMAS

Image

Tabella 2

L-iskeda indikattiva taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-EMAS. Iż-żmien meħtieġ għal kull attività huwa ż-żmien medju, li jista' jkun iqsar jew itwal skont l-Istat Membru, id-daqs tal-organizzazzjoni, eċċ.

L-EMAS

L-ewwel xahar

It-tieni xahar

It-tielet xahar

Ir-raba' xahar

Il-ħames xahar

Is-sitt xahar

Is-seba' xahar

It-tmien xahar

Id-disa' xahar

L-għaxar xahar

Ir-reviżjoni ambjentali

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sistema ta' ġestjoni ambjentali

 

X

X

X

X

X

X

 

 

 

Ir-rekwiżiti ġenerali

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-politika ambjentali

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ippjanar: l-objettivi u l-miri ambjentali

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ippjanar: il-programm ambjentali

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: ir-riżorsi, ir-rwoli, ir-responsabbiltà u l-awtorità

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: il-kompetenza, it-taħriġ u l-għarfien tal-persunal, inkluż l-involviment tal-impjegati

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: il-komunikazzjoni (interna u esterna)

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: id-dokumentazzjoni u l-kontroll tad-dokumenti

 

X

X

X

X

X

 

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: il-kontroll operattiv

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: il-pjanijiet ta' emerġenza

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

L-iċċekkjar: il-monitoraġġ u l-kejl, l-evalwazzjoni tal-konformità u tan-nuqqas ta' konformità, l-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni u l-kontroll tar-reġistri

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

L-iċċekkjar: il-verifika interna

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

L-eżami mill-maniġment

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

Id-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

Il-verifika u l-validazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

Ir-reġistrazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

2.   KIF GĦANDEK TIMPLIMENTA L-EMAS

2.1.   IR-REVIŻJONI AMBJENTALI

L-ewwel pass fl-implimentazzjoni xierqa tal-EMAS huwa li ssir analiżi ddettaljata tal-istruttura interna u tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni. L-għan huwa li jiġu identifikati l-aspetti ambjentali (kif iddefiniti hawn taħt) assoċjati mal-impatti ambjentali. Din hija l-bażi għall-istabbiliment ta' sistema formali ta' ġestjoni ambjentali.

“Reviżjoni ambjentali” tfisser analiżi komprensiva inizjali tal-aspetti ambjentali, l-impatti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali relatati mal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi ta' organizzazzjoni.

L-analiżi għandha tinkludi:

ir-rekwiżiti ġuridiċi li japplikaw għall-organizzazzjoni;

l-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti;

il-kriterji biex jiġi vvalutat is-sinifikat tal-aspetti ambjentali;

l-eżami tal-prattiki u tal-proċeduri eżistenti kollha tal-ġestjoni ambjentali;

l-evalwazzjoni tal-feedback li jkun ħareġ mill-investigazzjoni tal-inċidenti fil-passat.

“Aspett ambjentali” tfisser element tal-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta' organizzazzjoni li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq l-ambjent. L-aspetti ambjentali jistgħu jkunu marbutin mad-dħul (pereżempju l-konsum tal-materja prima u tal-enerġija) jew mal-ħruġ (pereżempju l-emissjonijiet tal-arja, il-ġenerazzjoni tal-iskart, eċċ.).

Figura 3

Ir-rabta bejn l-attivitajiet, l-aspetti ambjentali u l-impatti ambjentali

Image

L-organizzazzjoni jrid ikollha proċeduri biex tiżgura li jkun hemm segwitu kif xieraq tal-attivitajiet li jkunu ġew identifikati bħala attivitajiet sinifikanti waqt l-ewwel reviżjoni ambjentali. L-aspetti ambjentali u l-impatti relatati magħhom jistgħu jinbidlu, bħalma jistgħu jinbidlu wkoll l-attivitajiet tal-organizzazzjoni. Jekk il-bidliet ikunu sostanzjali, jista' jkun li r-reviżjoni ambjentali jkollha tiġi aġġornata. L-organizzazzjoni għandha tkun konxja wkoll mill-iżviluppi l-ġodda, mit-tekniki ġodda, mir-riżultati tar-riċerka, eċċ., għaliex dawn jistgħu jgħinuha tivvaluta mill-ġdid is-sinifikat tal-aspetti ambjentali tagħha u l-possibbiltà li jista' jkun hemm bżonn ta' reviżjoni ambjentali ġdida jekk l-attivitajiet tagħha jinbidlu b'mod sinifikanti.

X'inhi l-proċedura biex wieħed iwettaq reviżjoni ambjentali?

L-organizzazzjonijiet għandhom:

jidentifikaw l-aspetti ambjentali li ġejjin mill-proċessi ta' manifattura, mill-attivitajiet jew mis-servizzi tagħhom; u

jistabbilixxu l-kriterji biex jivvalutaw is-sinifikat ta' dawn l-aspetti. Il-kriterji jridu jkunu komprensivi u jridu jkunu jistgħu jiġu vverifikati b'mod indipendenti.

L-organizzazzjoni trid tiftakar li hija se jkollha tiżvela l-aspetti ambjentali li tidentifika u r-riżultati tal-evalwazzjoni lil partijiet interessati esterni.

Kif għandhom jiġu identifikati l-aspetti ambjentali?

Trid tinġabar l-informazzjoni rilevanti kollha.

Dan jista' jfisser:

li wieħed iżur is-siti biex jiċċekkja d-dħul u l-ħruġ tal-proċessi (billi wieħed jieħu noti dwar dan u jagħmel tpinġijiet tagħhom kif meħtieġ);

li wieħed jiġbor mapep u ritratti tal-lokalità;

li wieħed jidentifika l-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli;

li wieħed jiġbor il-permessi u l-liċenzji ambjentali kollha u dokumenti oħrajn simili;

li wieħed jiċċekkja s-sorsi kollha tal-informazzjoni (il-fatturi li deħlin, il-kontaturi, id-dejta dwar it-tagħmir, eċċ.);

li wieħed jiċċekkja l-użu tal-prodotti (ta' spiss id-dipartimenti tax-xiri u tal-bejgħ iservu ta' punt tat-tluq utli għal dan);

li wieħed jidentifika l-persuni ewlenin (fost l-amministrazzjoni u l-ħaddiema). Il-ħaddiema involuti fis-sistemi interni kollha għandhom jintalbu jagħtu l-kontribut tagħhom;

li wieħed jitlob informazzjoni mingħand is-sottokuntratturi, li jista' jkollhom influwenza sinifikanti fuq il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

li wieħed iqis l-inċidenti li seħħew fil-passat u r-riżultati tal-monitoraġġ u tal-ispezzjonijiet; u

li wieħed jidentifika s-sitwazzjonijiet tal-ftuħ u tal-għeluq u r-riskji identifikati.

Iridu jitqiesu kemm l-aspetti ambjentali diretti kif ukoll dawk indiretti, u d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħinu biex dawn jiġu identifikati:

 

“aspett ambjentali dirett” tfisser aspett ambjentali assoċjat ma' attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom hija għandha kontroll dirett tal-ġestjoni;

 

“aspett ambjentali indirett” tfisser aspett ambjentali li jista' jirriżulta mill-interazzjoni ta' organizzazzjoni ma' partijiet terzi u li jista' jiġi influwenzat sa livell raġonevoli mill-organizzazzjoni.

Huwa essenzjali li wieħed iqis l-aspetti indiretti. Dan japplika kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku; għalhekk, l-awtoritajiet lokali, il-kumpaniji tas-servizzi jew l-istituzzjonijiet finanzjarji, pereżempju, iridu jestendu r-reviżjoni tagħhom lil hinn mill-aspetti tas-sit.

L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru li huma identifikaw l-aspetti ambjentali sinifikanti assoċjati mal-proċeduri tal-akkwist tagħhom u li huma indirizzaw l-impatti ambjentali sinifikanti assoċjati magħhom fis-sistema ta' ġestjoni tagħhom.

Tabella 3

Eżempji ta' aspetti diretti u indiretti

Aspetti ambjentali

Aspetti diretti

Aspetti indiretti

L-emissjonijiet fl-arja

L-emissjonijiet fl-ilma

L-iskart

L-użu tar-riżorsi naturali u tal-materja prima

Kwistjonijiet lokali (l-istorbju, il-vibrazzjonijiet, l-irwejjaħ)

L-użu tal-art

L-emissjonijiet fl-arja marbutin mat-trasport

Ir-riskji ta' inċidenti ambjentali u ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza

Kwistjonijiet marbutin maċ-ċiklu ta' ħajja tal-prodott

L-investiment kapitali

Is-servizzi tal-assigurazzjoni

Id-deċiżjonijiet amministrattivi u tal-ippjanar

Il-prestazzjoni ambjentali tal-kuntratturi, tas-sottokuntratturi u tal-fornituri

L-għażla u l-kompożizzjoni tas-servizzi, pereżempju tat-trasport, tal-forniment tal-ikel, eċċ.

L-aspetti ambjentali diretti għandhom jinkludu r-rekwiżiti ġuridiċi u l-limiti tal-permessi relatati magħhom, pereżempju jekk ikun hemm valuri ta' limitu stabbiliti għall-emissjonijiet ta' sustanzi speċifiċi li jniġġsu jew rekwiżiti oħrajn stabbiliti għal dawk is-sustanzi, dawk l-emissjonijiet għandhom jitqiesu bħala aspetti ambjentali diretti.

Il-valutazzjoni tal-aspetti ambjentali

Il-pass li jmiss huwa li wieħed jassoċja l-aspetti ambjentali mal-effetti jew mal-impatti tagħhom fuq l-ambjent. It-Tabella 4 tipprovdi eżempju ta' dawn ir-rabtiet.

Tabella 4

Eżempji tal-aspetti ambjentali u tal-impatti tagħhom fuq l-ambjent

L-attività

L-aspett ambjentali

L-impatt fuq l-ambjent

It-trasport

Iż-żjut użati għall-makkinarju

L-emissjonijiet tal-karbonju mit-trakkijiet u mill-makkinarju

It-tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja

L-effett serra

Il-kostruzzjoni

L-emissjonijiet fl-arja, l-istorbju, il-vibrazzjonijiet, eċċ. mill-magni użati fil-kostruzzjoni

L-użu tal-art

L-istorbju u t-tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja

Il-qerda tal-kopertura tal-art

It-telf tal-bijodiversità

Is-servizzi amministrattivi

L-użu ta' materjal bħall-karta, il-linka, eċċ.

Il-konsum tal-elettriku (li jwassal għal emissjonijiet indiretti tas-CO2)

It-tniġġis minn skart muniċipali mħallat

L-effett serra

L-industrija tal-kimika

L-ilma mormi

L-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili

L-emissjonijiet ta' sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

It-tniġġis tal-ilma

L-ożonu fotokimiku

It-tnaqqis tas-saff tal-ożonu

Ladarba jkunu ġew identifikati l-aspetti ambjentali u l-impatti tagħhom fuq l-ambjent, il-pass li jmiss ikun li wieħed jivvaluta fid-dettall kull wieħed minnhom sabiex jistabbilixxi l-aspetti ambjentali sinifikanti.

“Aspett ambjentali sinifikattiv” tfisser aspett ambjentali li għandu jew li jista' jkollu impatt ambjentali sinifikattiv.

Il-kwistjonijiet li wieħed għandu jqis meta jkun qed jivvaluta s-sinifikat ta' aspett ambjentali huma dawn li ġejjin:

(i)

il-potenzjal li dan l-aspett jikkawża ħsara ambjentali;

(ii)

il-fraġilità tal-ambjent lokali, reġjonali jew globali;

(iii)

id-daqs, l-għadd, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-aspett jew tal-impatt;

(iv)

l-eżistenza u r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti;

(v)

l-importanza tiegħu għall-partijiet interessati u għall-impjegati tal-organizzazzjoni.

Abbażi ta' dawn il-kriterji, l-organizzazzjoni tista' tfassal proċedura interna jew tuża għodod oħrajn biex tivvaluta s-sinifikat tal-aspetti ambjentali. L-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (l-SMEs) se jsibu li s-sett ta' għodod tal-EMAS għall-SMEs (17) jipprovdi informazzjoni utli ħafna.

Huwa u jiġi vvalutat is-sinifikat tal-aspetti ambjentali, huwa importanti li wieħed iqis mhux biss il-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim, iżda wkoll il-kundizzjonijiet tal-ftuħ u tal-għeluq u dawk ta' emerġenza. Għandhom jitqiesu wkoll l-attivitajiet tal-imgħoddi, kif ukoll dawk attwali u dawk tal-ġejjieni.

Għal kull aspett ambjentali, l-impatt korrispondenti għandu jiġi kklassifikat skont:

kemm ikun kbir — il-livell tal-emissjonijiet, il-konsum tal-enerġija u tal-ilma, eċċ.;

kemm ikun gravi — il-perikli, it-tossiċità, eċċ.;

kemm ikun frekwenti/probabbli;

it-tħassib tal-partijiet interessati;

ir-rekwiżiti ġuridiċi.

Tabella 5

Il-valutazzjoni tal-aspetti ambjentali

Il-kriterji tal-valutazzjoni

Eżempju

Liema prodotti jew attivitajiet tal-organizzazzjoni jistgħu jaffettwaw ħażin lill-ambjent?

L-iskart: l-iskart muniċipali mħallat, l-iskart mill-imballaġġ, l-iskart perikoluż

Kemm huma kbar l-aspetti li jistgħu jaffettwaw lill-ambjent

Il-kwantità tal-iskart: ħafna, kwantità medja, ftit

Kemm huma gravi l-aspetti li jistgħu jaffettwaw lill-ambjent

Kemm huwa perikoluż l-iskart u kemm huwa tossiku l-materjal: ħafna, b'mod medju, ftit

Kemm huma frekwenti l-aspetti li jistgħu jaffettwaw lill-ambjent

ħafna, b'mod medju, ftit

Il-pubbliku u l-ħaddiema kemm huma konxji mill-aspetti assoċjati mal-organizzazzjoni

Huma konxji ħafna minnhom, huma konxji xi ftit minnhom, huma ma jilmentaw xejn dwarhom

L-attivitajiet tal-organizzazzjoni rregolati mil-leġiżlazzjoni ambjentali

Il-permessi skont il-liġijiet dwar l-iskart, l-obbligi tal-monitoraġġ

Nota: Huwa utli li wieħed jikkwantifika l-kriterji u s-sinifikat globali ta' aspetti partikulari.

Kif għandek tiċċekkja l-konformità legali

“Konformità legali” tfisser l-implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, inklużi l-kundizzjonjiet għall-permessi, fir-rigward tal-ambjent.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ikollhom aċċess tal-inqas għall-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin u għall-għajnuna marbuta magħhom:

l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli marbutin mal-ambjent; u

l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar għal rekwiżiti ġuridiċi speċifiċi marbutin mal-ambjent.

L-awtoritajiet tal-infurzar huma obbligati jwieġbu għat-talbiet għall-informazzjoni, tal-inqas minn organizzazzjonijiet żgħar, dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent, u dwar kif l-organizzazzjonijiet jistgħu jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti ġuridiċi.

Biex wieħed jidentifika r-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha, wieħed irid iqis il-livelli differenti tal-leġiżlazzjoni ambjentali bħar-rekwiżiti nazzjonali, reġjonali jew lokali, inklużi l-permessi u l-liċenzji, jekk dan ikun xieraq.

L-organizzazzjoni trid tqis ukoll rekwiżiti rilevanti oħrajn, bħal, pereżempju, dawk marbutin mal-kundizzjonijiet tal-akkwist, mal-kuntratti tan-negozju u ma' ftehimiet volontarji li l-organizzazzjoni tkun iffirmat jew tkun daħlet għalihom.

Huwa essenzjali li wieħed jidentifika r-rekwiżiti ġuridiċi f'dan l-istadju, sabiex l-organizzazzjoni tkun tista' tindividwa dawk li jista' jkun li ma jiġux issodisfati. Jekk ikun meħtieġ, l-organizzazzjoni mbagħad trid tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti kollha (ara l-punt 2.2.5.2 għall-evalwazzjoni tal-konformità legali).

2.2.   IS-SISTEMA TA' ĠESTJONI AMBJENTALI

“Sistema ta' ġestjoni ambjentali” tfisser il-parti tas-sistema ta' ġestjoni globali li tinkludi l-istruttura organizzattiva, l-attivitajiet ta' ppjanar, ir-responsabbiltajiet, il-prassi, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ksib, ir-reviżjoni u ż-żamma tal-politika ambjentali u l-ġestjoni tal-aspetti ambjentali.

2.2.1.    Ir-rekwiżiti ġenerali

L-ewwel nett, l-organizzazzjoni trid tiddefinixxi u tiddokumenta l-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

Kull sit ikkonċernat bir-reġistrazzjoni fl-EMAS irid jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-EMAS.

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni ambjentali skont it-Taqsima 4 tal-istandard EN ISO 14001. Jekk l-organizzazzjoni tkun implimentat sistema ta' ġestjoni ambjentali (minbarra l-ISO 14001) li l-Kummissjoni tkun irrikonoxxietha (18), ma jkollhiex għalfejn tirrepeti l-punti li diġà jkunu ġew irrikonoxxuti b'mod uffiċjali meta tipprova tissodisfa r-rekwiżiti tal-EMAS.

2.2.2.    Il-politika ambjentali

“Politika ambjentali” tfisser l-intenzjonijiet u d-direzzjoni globali ta' organizzazzjoni marbuta mal-prestazzjoni ambjentali tagħha kif imfissra b'mod formali mill-maniġment fi skala għolja (…). Din tipprovdi qafas għall-azzjoni u għat-tfassil ta' objettivi u miri ambjentali.

Il-politika ambjentali trid tinkludi l-punti li ġejjin:

impenn favur il-konformità mar-rekwiżiti legali u ma' rekwiżiti oħrajn marbutin mal-aspetti ambjentali tagħha;

impenn favur il-prevenzjoni tat-tniġġis;

impenn favur it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali.

Il-politika ambjentali hija qafas għall-azzjoni u għall-istabbiliment ta' objettivi u miri ambjentali strateġiċi (ara hawn taħt). Din trid tkun ċara u trid tindirizza l-prijoritajiet ewlenin li fuqhom jistgħu jkomplu jiġu ddefiniti l-objettivi u l-miri speċifiċi.

2.2.3.    L-ippjanar

Ladarba jkunu ġew ittrattati l-kwistjonijiet sottostanti bażiċi deskritti hawn fuq, il-proċess ikompli bl-ippjanar.

2.2.3.1.   L-objettivi u l-miri ambjentali

“Objettiv ambjentali” tfisser mira ambjentali globali, li tirriżulta mill-politika ambjentali, li organizzazzjoni tiffissa għaliha nnifisha li tikseb, u li hija kkwantifikata fejn prattikabbli.

“Mira ambjentali” tfisser rekwiżit dettaljat ta' prestazzjoni, li jirriżulta mill-objettivi ambjentali, applikabbli għal organizzazzjoni jew għal partijiet minnha, u li jeħtieġ li jiġi stabbilit u milħuq sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

L-organizzazzjoni trid tfassal u tiddokumenta l-objettivi u l-miri ddettaljati għal kull aspett rilevanti tagħha stess skont il-politika ambjentali tagħha.

Ladarba l-objettivi jkunu ġew iddefiniti, il-pass li jmiss ikun li wieħed jistabbilixxi miri xierqa għalihom. Bil-miri, wieħed jista' jippjana azzjonijiet speċifiċi li għandhom jitwettqu sabiex tinkiseb ġestjoni ambjentali tajba.

Figura 4

Ir-rabta bejn l-objettivi, il-miri u l-azzjonijiet

Image

Eżempju:

L-objettiv ambjentali

Li titnaqqas kemm jista' jkun il-ġenerazzjoni tal-iskart perikoluż

Il-mira

Li jitnaqqas l-użu tas-solventi organiċi fil-proċess b'20 % fi żmien tliet snin

L-azzjoni

L-użu mill-ġdid tas-solventi kull fejn dan ikun possibbli

Ir-riċiklaġġ tas-solventi organiċi

L-objettivi u l-miri għandhom ikunu jistgħu jitkejlu fejn dan ikun possibbli, u għandhom ikunu konsistenti mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni. Il-kriterji “SMART”, spjegati hawn taħt, huma utli f'dan ir-rigward:

Specific” (speċifiċi) — kull mira għandha tindirizza kwistjoni waħda;

Measurable” (li jistgħu jitkejlu) — kull mira għandha tingħata fi kwantità;

Achievable” (li jistgħu jinkisbu) — il-miri jridu jkunu jistgħu jintlaħqu;

Realistic” (realistiċi) — il-miri għandhom ikunu eżiġenti u jħeġġu titjib kontinwu, iżda m'għandhomx ikunu ambizzjużi żżejjed. Dawn dejjem jistgħu jiġu riveduti ladarba jkunu ntlaħqu;

Time-bound” (marbutin mal-ħin) — għandu jkun hemm skadenza għall-kisba ta' kull mira.

L-organizzazzjonijiet għandhom jużaw l-elementi rilevanti tad-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS meta jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tali dokumenti għas-settur speċifiku tagħhom. Huma għandhom jużawhom meta jkunu qed jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tal-organizzazzjoni skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati waqt ir-reviżjoni ambjentali. Madankollu, mhuwiex obbligatorju li wieħed jilħaq il-punti ta' riferiment tal-eċċellenza identifikati, minħabba li l-EMAS tħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-punti ta' riferiment u tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki, f'termini tal-ispejjeż u tal-benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

2.2.3.2.   Il-programm ambjentali

“Programm ambjentali” tfisser deskrizzjoni tal-miżuri, ir-responsabbiltajiet u l-mezzi meħuda jew previsti sabiex jinkisbu l-objettivi u l-miri ambjentali u l-iskadenzi għall-ksib tal-objettivi u l-miri ambjentali.

Il-programm ambjentali huwa għodda li tgħin lill-organizzazzjoni tippjana u timplimenta t-titjib minn jum għall-ieħor. Dan għandu jinżamm aġġornat, u għandu jkun iddettaljat biżżejjed biex jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-progress li jkun qed isir fl-ilħiq tal-miri. Il-programm għandu jispeċifika min huwa responsabbli biex jinkisbu l-objettivi u l-miri, kif ukoll id-dettalji tar-riżorsi u tal-iskadenzi previsti. Ir-riżorsi nfushom (pereżempju l-mezzi finanzjarji, tekniċi jew tal-persunal) ma jistgħux ikunu objettivi ambjentali.

Fil-prattika, il-programm ta' spiss jitfassal f'forma ta' tabella, li jkun fiha dan li ġej:

l-objettivi ambjentali, marbutin mal-aspetti diretti u indiretti;

il-miri speċifiċi biex jinkisbu l-objettivi; u

l-azzjonijiet, ir-responsabbiltajiet, il-mezzi u l-iskadenzi previsti għal kull mira:

deskrizzjoni tal-azzjoni jew tal-azzjonijiet;

il-persuna inkarigata mill-mira;

is-sitwazzjoni fil-bidu tal-implimentazzjoni;

il-mezzi meħtieġa biex jinkisbu l-miri;

il-frekwenza tal-monitoraġġ tal-progress li jkun qed isir biex tintlaħaq il-mira;

ir-riżultat finali li għandu jinkiseb, inkluża l-iskadenza;

iż-żamma ta' reġistri assoċjati mal-proċess deskritt hawn fuq.

Kemm l-aspetti diretti kif ukoll dawk indiretti għandhom jitqiesu fit-tfassil tal-programm. L-organizzazzjoni għandha tintrabat li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha b'mod kontinwu.

Meta l-organizzazzjonijiet ikunu qed jiddeċiedu liema azzjonijiet għandhom jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, huma għandhom iqisu l-elementi rilevanti tad-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS meta jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tali dokumenti għas-settur tagħhom.

B'mod partikulari, huma għandhom iqisu l-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment tal-eċċellenza rilevanti (li jagħtu indikazzjoni tal-livell tal-prestazzjoni ambjentali li dawk bl-aħjar prestazzjoni jkunu kisbu), sabiex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u possibbilment biex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bil-għan li (jkomplu) jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Madankollu, mhuwiex obbligatorju li wieħed jimplimenta l-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali jew li jilħaq il-punti ta' riferiment tal-eċċellenza identifikati, minħabba li l-EMAS tħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-punti ta' riferiment u tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki, f'termini tal-ispejjeż u tal-benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

2.2.4.    L-implimentazzjoni u t-tħaddim

2.2.4.1.   Ir-riżorsi, ir-rwoli, ir-responsabbiltà u l-awtorità

Biex l-EMAS tirnexxi, il-maniġment superjuri jrid ikun lest jipprovdi r-riżorsi u l-istrutturi organizzattivi meħtieġa biex is-sistema tingħata appoġġ. Dawn jinkludu r-riżorsi umani u l-ħiliet speċjalizzati tal-persunal, l-infrastruttura organizzattiva, it-teknoloġija, kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji.

Ir-reviżjoni ambjentali se tkun eżaminat l-infrastruttura organizzattiva eżistenti u l-prattiki ta' ġestjoni u l-proċeduri ta' ġestjoni eżistenti. F'dan l-istadju, ikun wasal iż-żmien li l-istrutturi u l-proċeduri interni jiġu adattati jekk ikun meħtieġ.

Il-maniġment superjuri tal-organizzazzjoni jrid jaħtar rappreżentant tal-maniġment, jiġifieri persuna li fl-aħħar mill-aħħar tkun responsabbli għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. Ir-rwol tagħha għandu jkun li tiżgura li r-rekwiżiti kollha tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali jkunu implimentati, ikunu qed jaħdmu u jkunu aġġornati, kif ukoll li żżomm lit-tim tal-maniġment ġenerali infurmat dwar kif tkun qed taħdem is-sistema. Din il-persuna għandha tirrapporta dwar il-punti tajbin tas-sistema u l-punti dgħajfa tagħha, u dwar it-titjib meħtieġ.

Ir-rappreżentant għandu jkun ikkwalifikat u jkollu esperjenza fi kwistjonijiet ambjentali, fir-rekwiżiti ġuridiċi marbutin mal-ambjent u fl-aspetti ta' ġestjoni, ikollu ħiliet marbutin mal-gruppi ta' ħidma u jkun kapaċi jaħdem ta' mexxej u ta' koordinatur. L-organizzazzjoni trid tiżgura li jkollha dawn il-kompetenzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha fi ħdanha stess.

Il-kompetenza, it-taħriġ u l-għarfien

L-organizzazzjoni trid tiddefinixxi l-esperjenza u l-għarfien li l-persunal għandu jkollu biex ikollha ġestjoni ambjentali tajba.

Hija trid tfassal, timplimenta u żżomm proċedura sabiex tidentifika l-ħtiġijiet tat-taħriġ u tagħmel dak kollu li jkun hemm bżonn sabiex tiżgura li l-persunal involut fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali jkollu għarfien xieraq tal-affarijiet li ġejjin:

il-politika ambjentali tal-organizzazzjoni;

ir-rekwiżiti ġuridiċi u rekwiżiti oħrajn marbutin mal-qasam tal-ambjent li japplikaw għall-organizzazzjoni;

l-objettivi u l-miri stabbiliti għall-organizzazzjoni inġenerali u għall-oqsma ta' ħidma speċifiċi tiegħu;

l-aspetti u l-impatti ambjentali u l-metodoloġija biex dawn jiġu mmonitorjati;

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tiegħu fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

Kull min jaħdem għall-organizzazzjoni jew f'isimha għandu jkun konxju mir-rwol tiegħu fl-EMAS u mill-benefiċċji ambjentali tas-sistema. Kull wieħed minnhom għandu jingħata taħriġ dwar l-għarfien ambjentali u dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, jew għall-inqas ikollu aċċess għal taħriġ bħal dan.

Figura 5

Dijagramma f'sekwenzi dwar it-taħriġ fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali

Image

L-għarfien ambjentali jista' jinkiseb permezz tat-taħriġ jew permezz ta' attivitajiet oħrajn, bħall-kampanji ta' komunikazzjoni, l-istħarriġ, eċċ.

L-impjegati involuti b'mod attiv fis-sistema jixprunaw titjib kontinwu u b'suċċess u jgħinu biex l-EMAS trabbi l-għeruq fl-organizzazzjoni. Dawn jistgħu jkunu involuti fiha, pereżempju, billi jieħdu sehem f'kumitat ambjentali jew fi gruppi ta' ħidma, jew billi jieħdu sehem f'sistemi ta' suġġerimenti, fi programmi ta' inċentivi u f'attivitajiet oħrajn.

Għandu jkun hemm rwoli għall-impjegati f'livelli differenti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tas-sistema. Dawn jistgħu jkunu involuti, pereżempju, fl-affarijiet li ġejjin:

fl-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali;

fit-tfassil u fir-reviżjoni tal-proċeduri u/jew tal-istruzzjonijiet;

fil-proposta ta' objettivi u miri ambjentali;

fil-parteċipazzjoni fi proċess ta' verifika interna;

fit-tfassil tad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS.

Il-maniġment irid joffri feedback lill-impjegati b'mod kostanti u jitlobhom jgħaddulu l-feedback tagħhom.

2.2.4.2.   Il-komunikazzjoni

Komunikazzjoni interna u esterna bidirezzjonali tajba hija essenzjali biex wieħed jimplimenta b'suċċess sistema ta' ġestjoni ambjentali rreġistrata fl-EMAS. L-organizzazzjoni trid tirrikonoxxi l-ħtieġa li tikkomunika mal-partijiet interessati dwar il-kwistjonijiet ambjentali u tirrikonoxxi l-valur ta' dan l-aġir. Hija obbligata tippubblika d-dikjarazzjoni ambjentali u trid tidentifika x'se jiġi kkomunikat u lil min. Hija trid timmonitorja r-riżultati tal-komunikazzjoni tagħha u tistabbilixxi jekk din kinitx effettiva jew le.

Il-komunikazzjoni interna għandha tkun bidirezzjonali (jiġifieri minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq). Dan jista' jsir billi jintużaw l-intranet, il-fuljetti, il-pubblikazzjonijiet interni, il-bullettini, il-kaxex għas-suġġerimenti, il-laqgħat, it-tabelli tal-informazzjoni, eċċ.

Eżempji tal-komunikazzjoni esterna huma d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS, l-Internet, il-ġranet ta' azzjoni, l-istqarrijiet għall-istampa, il-fuljetti u l-użu tal-logo tal-EMAS jekk dan ikun possibbli u jkun permess (19).

2.2.4.3.   Id-dokumentazzjoni u l-kontroll tad-dokumenti

Għandu jkun hemm dokumentazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali li tkun tkopri dan li ġej:

il-politika ambjentali;

l-objettivi u l-miri ambjentali;

id-deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali;

id-deskrizzjoni tal-elementi ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali;

ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet;

il-proċedura għall-ġestjoni tal-kontroll operattiv;

il-proċeduri operattivi;

l-istruzzjonijiet ta' ħidma.

Id-dokumentazzjoni għandha tkun ċara u qasira sabiex ma jkunx hemm konfużjoni jew nuqqas ta' ftehim.

Id-dokumenti tal-EMAS jistgħu jkunu integrati f'sistemi ta' ġestjoni oħrajn (tal-kwalità, tal-enerġija, tas-saħħa u tas-sigurtà, eċċ.) jew bil-kontra, sabiex ikunu mtejba kemm jista' jkun, sabiex jiġi evitat ix-xogħol doppju u sabiex titnaqqas il-burokrazija.

L-SMEs għandhom jippruvaw joffru lill-persunal tagħhom dokumentazzjoni ċara, sempliċi u li tkun tista' tintuża faċilment.

Il-manwal tal-ġestjoni ambjentali

Dan ikopri l-politika ambjentali, il-protokolli ambjentali u l-attivitajiet f'dan il-qasam. Huwa għandu jkun integrat fil-pjan ta' ġestjoni annwali tal-organizzazzjoni. Il-manwal m'għandux għalfejn ikun twil u kkumplikat. Huwa għandu jgħin lill-persunal jifhem kif l-organizzazzjoni stabbiliet u strutturat is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha, kif il-partijiet differenti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali huma relatati ma' xulxin u x'inhuma r-rwoli ta' individwi partikulari fl-iskema. Dan il-manwal mhuwiex obbligatorju, iżda l-biċċa l-kbira mill-organizzazzjonijiet jagħżlu li jkollhom wieħed.

Il-proċeduri

Id-dokumenti dwar il-proċeduri jiddeskrivu KIF u META għandhom jitwettqu ċerti azzjonijiet speċifiċi u MIN għandu jwettaqhom.

Eżempji huma l-proċeduri għall-affarijiet li ġejjin:

għall-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-aspetti sinifikanti;

għall-ġestjoni tal-konformità legali;

għall-ġestjoni tal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati;

għall-ġestjoni tal-monitoraġġ u tal-kejl;

għall-ġestjoni tat-tħejjija għall-emerġenzi;

għall-ġestjoni tal-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u tal-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni;

għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-kompetenza, tat-taħriġ u tal-għarfien;

għall-ġestjoni tal-komunikazzjoni;

għall-ġestjoni tad-dokumenti;

għall-ġestjoni tar-reġistri;

għall-ġestjoni tal-verifiki interni.

L-istruzzjonijiet ta' ħidma

L-istruzzjonijiet ta' ħidma jridu jkunu ċari u jinftehmu faċilment. Huma għandhom jispjegaw ir-rilevanza tal-attività, ir-riskju ambjentali assoċjat magħha, it-taħriġ speċifiku għall-persunal li huwa responsabbli biex iwettaqha, u kif din għandha tkun issorveljata. Jista' jkun utli li wieħed jispjega l-istruzzjonijiet permezz ta' stampi, pittogrammi jew modi oħrajn li jiżguraw li l-impjegati kollha jkunu jistgħu jifhmuhom faċilment.

Il-ġestjoni tad-dokumenti

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura għall-ġestjoni tad-dokumenti li jkunu ġew abbozzati għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. Hija għandha tagħti każ b'mod partikulari tar-reġistri (ara l-punt 2.2.5.4).

Għal dan, se jkun hemm bżonn ta' proċedura biex isiru l-affarijiet li ġejjin:

Figura 6

Il-proċess għall-ġestjoni tad-dokumenti f'sistema ta' ġestjoni ambjentali

Image

Is-sistema għandha tiżgura li l-verżjonijiet differenti tad-dokumenti jibqgħu disponibbli, u li d-dokumenti jibqgħu leġġibbli u faċilment identifikabbli.

Jistgħu jkunu inklużi dokumenti minn sorsi esterni, minħabba li dawn ta' spiss ikunu essenzjali biex ikun żgurat li s-sistema ta' ġestjoni ambjentali taħdem tajjeb. It-tali dokumenti jistgħu jinkludu informazzjoni mingħand l-awtoritajiet lokali u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, manwali tat-tagħmir għall-utenti, skedi tas-saħħa u tas-sigurtà, eċċ.

2.2.4.4.   Il-kontroll operattiv

Il-kontroll operattiv jinvolvi l-identifikazzjoni u l-ippjanar tal-attivitajiet li huma assoċjati mal-aspetti ambjentali sinifikanti b'mod konsistenti mal-politika, mal-objettivi u mal-miri (ara l-Figura 7). Dan jista' jkopri wkoll attivitajiet bħall-manutenzjoni tat-tagħmir, il-ftuħ u l-għeluq, il-ġestjoni tal-kuntratturi li jkunu fuq il-post, u s-servizzi pprovduti mill-fornituri jew mill-bejjiegħa. Jeħtieġ li jkun hemm proċeduri biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati, biex jiġu stabbiliti l-miri u biex titkejjel il-prestazzjoni ambjentali (preferibbilment permezz ta' indikaturi ambjentali ċari). Il-proċeduri jridu jiddefinixxu l-kundizzjonijiet normali. Iridu jiddefinixxu u jiddeskrivu wkoll il-kundizzjonijiet anormali u s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Il-proċeduri ta' kontroll operattiv għandhom ikunu ddokumentati tajjeb u għandhom isirulhom verifiki interni.

Figura 7

Il-kontroll operattiv

Image

2.2.4.5.   It-tħejjija għall-emerġenzi u r-rispons f'każ ta' emerġenza

L-organizzazzjoni trid tfassal, timplimenta u żżomm proċeduri sabiex tidentifika s-sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza u l-inċidenti potenzjali sabiex:

tevita r-riskju ta' inċident;

tiddeskrivi kif l-organizzazzjoni għandha tirreaġixxi fil-każ ta' inċident;

tipprevjeni jew ittaffi l-impatti ambjentali ħżiena assoċjati magħhom.

Il-pjan ta' emerġenza huwa essenzjali għall-industrija u għall-organizzazzjonijiet involuti f'attivitajiet potenzjalment riskjużi.

L-organizzazzjoni trid tirrevedi b'mod regolari l-istat ta' tħejjija tagħha għall-emerġenzi (inkluż it-taħriġ xieraq) u l-proċeduri ta' rispons tagħha f'dawn il-każijiet. Hija għandha tirrevedihom jekk ikun hemm bżonn, b'mod partikulari wara li jkun hemm xi emerġenza jew wara li jseħħ xi inċident. Barra minn hekk, il-proċeduri għandhom jiġu ttestjati b'mod regolari.

Figura 8

Il-pjanijiet ta' emerġenza

Image

2.2.5.    L-iċċekkjar

2.2.5.1.   Il-monitoraġġ u l-kejl

L-organizzazzjoni trid tfassal, timplimenta u żżomm proċedura għall-monitoraġġ u l-kejl ta' parametri sinifikanti bħall-emissjonijiet fl-arja, l-iskart, l-ilma u l-istorbju b'mod regolari sabiex tikseb valur miżjud mis-sejbiet. Hija obbligata tirrapporta dwar l-indikaturi ċentrali tal-prestazzjoni (ara l-punt 2.3.2).

Iridu jitqiesu r-rekwiżiti ġuridiċi dwar il-monitoraġġ, u l-kriterji għall-monitoraġġ, bħall-frekwenza tal-ispezzjonijiet u l-metodoloġija, iridu jikkonformaw magħhom. Huwa utli li jkun hemm informazzjoni dwar dawn il-kriterji sabiex ikunu żgurati l-affarijiet li ġejjin:

il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi u mar-regolamenti;

evalwazzjoni preċiża tal-prestazzjoni ambjentali;

dikjarazzjoni sħiħa u trasparenti tal-EMAS.

Jistgħu jitkejlu u jiġu mmonitorjati fatturi oħrajn ukoll skont il-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni, bħal dawn li ġejjin:

l-aspetti ambjentali sinifikanti;

il-politika u l-objettivi ambjentali;

il-livell ta' għarfien fost l-impjegati, eċċ.

It-tagħmir tal-kejl għandu jkun ikkalibrat b'mod regolari sabiex ikun konformi mal-leġiżlazzjoni u sabiex ikunu jistgħu jinkisbu riżultati preċiżi bih.

2.2.5.2.   L-evalwazzjoni tal-konformità legali

Il-konformità legali hija rekwiżit ewlieni tar-Regolament dwar l-EMAS u organizzazzjoni ma tistax tirreġistra mingħajrha, u għalhekk hija jrid ikollha proċedura sabiex tirrevedi u tivvaluta din il-konformità b'mod regolari.

L-aħjar mod biex isir dan huwa billi titfassal lista tal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha u tar-rekwiżiti speċifiċi, u mbagħad din titqabbel maċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-organizzazzjoni (ara t-Tabella 6). Jista' jkun li l-organizzazzjonijiet li jkunu iktar imdaqqsin u li jkunu iktar kumplessi jkollhom jużaw bażijiet tad-dejta jew ifittxu għajnuna esterna biex jagħmlu dan.

Jekk il-verifikatur isib każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali li ma jkunux tranġaw, la jkun jista' jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali u lanqas ma jkun jista' jiffirma d-dikjarazzjoni finali (l-Anness VII).

Tabella 6

Eżempju ta' evalwazzjoni sempliċi tal-konformità legali

Il-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli

Ir-rekwiżit speċifiku

L-istatus tal-organizzazzjoni

Ir-riżultat

Il-liġijiet dwar l-iskart

Il-permess għall-produzzjoni tal-iskart

L-immaniġġjar tal-iskart

Permess skadut

Hemm kontroll tal-immaniġjar tal-iskart

Il-kisba ta' permess aġġornat

Il-liġijiet dwar l-emissjonijiet fl-arja

Il-limiti tal-emissjonijiet (tan-NOx, tas-SOx, tal-partikuli, eċċ.)

Il-permess għall-bojlers

L-emissjonijiet ma jaqbżux il-limiti

Permess aġġornat

Riżultat tajjeb

Il-liġijiet dwar l-istorbju

Il-limitu tal-istorbju fiż-żona

L-istorbju ma jaqbiżx il-livell permess

Riżultat tajjeb

Il-liġijiet dwar it-trattament tal-ilma

Trattament speċifiku (l-eliminazzjoni tal-P u tal-N)

Il-limiti tal-effluwenti

Il-permess għall-emissjoni fil-kanali tal-ilma

Għadu mhux stabbilit

L-effluwenti mhumiex konformi għalkollox mal-limiti

Permess mhux aġġornat

Tranġar tas-sitwazzjoni

Il-liġijiet dwar il-gassijiet b'effett ta' serra

Il-limiti għall-gassijiet b'effett ta' serra allokati

Il-gassijiet b'effett ta' serra ma jaqbżux il-limiti

Riżultat tajjeb. Jistgħu jinbiegħu xi kwoti tal-emissjonijiet

2.2.5.3.   In-nuqqas ta' konformità u l-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura biex tittratta l-każijiet potenzjali u reali ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-EMAS.

Il-proċedura trid tinkludi l-modi biex:

jiġu identifikati dawn il-każijiet u titranġa s-sitwazzjoni;

jiġu eżaminati l-kawża u l-effetti tal-każijiet;

tiġi evalwata l-ħtieġa għal azzjoni biex il-każ ma jerġax iseħħ;

jiġu rreġistrati r-riżultati tal-azzjonijiet korrettivi li jkunu ttieħdu;

tiġi evalwata l-ħtieġa għal miżuri sabiex jiġu evitati l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità;

jiġu implimentati azzjonijiet xierqa ta' prevenzjoni sabiex jiġu evitati każijiet bħal dawn; u

tiġi riveduta l-effettività tal-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni.

Nuqqas ta' konformità tfisser kull tip ta' nuqqas ta' ssodisfar tar-rekwiżiti bażiċi speċifikati fil-proċeduri u fl-istruzzjonijiet tekniċi.

Il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità jistgħu jseħħu minħabba żbalji mill-bnedmin jew minħabba żbalji fl-implimentazzjoni. Il-bidliet biex titranġa s-sitwazzjoni u biex jiġi evitat li din terġa' sseħħ iridu jsiru mill-aktar fis possibbli.

Il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità jistgħu jiġu identifikati permezz tal-affarijiet li ġejjin:

il-kontroll operattiv;

il-verifika interna/esterna; jew

l-eżami mill-maniġment; jew

fil-kuntest tal-attivitajiet ta' kuljum.

L-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni

Ir-rappreżentant tal-maniġment tal-EMAS għandu jiġi infurmat dwar il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità sabiex ikun jista' jiddeċiedi jekk għandhomx jittieħdu azzjonijiet korrettivi dwar dan, jekk dan ikun xieraq, jew le.

Fejn ikunu ġew identifikati każijiet ta' nuqqas potenzjali ta' konformità, ir-rappreżentant tal-maniġment tal-EMAS għandu jiġi infurmat sabiex ikun jista' jiddeċiedi jekk għandhomx jittieħdu azzjonijiet ta' prevenzjoni dwar dan, jekk dan ikun xieraq, jew le.

Kemm l-azzjonijiet korrettivi kif ukoll dawk ta' prevenzjoni għandhom jiġu rreġistrati. Minħabba f'hekk, jista' jkun hemm bżonn li tinbidel id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

2.2.5.4.   Il-kontroll tar-reġistri

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi sistema biex iżżomm reġistri li bihom turi li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura għall-ġestjoni tar-reġistri tagħha. Din għandha tkopri kwistjonijiet bħall-identifikazzjoni, il-ħażna, il-protezzjoni, l-irkupru, iż-żamma u r-rimi tar-reġistri.

Ir-reġistri għandhom ikunu identifikabbli, leġġibbli, aġġornati u traċċabbli, u għandhom jibqgħu hekk.

Xi eżempji ta' reġistri huma dawn li ġejjin:

il-konsum tal-elettriku, tal-ilma u tal-materja prima;

l-iskart iġġenerat (l-iskart perikoluż u dak mhux perikoluż);

l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

l-inċidenti, l-aċċidenti u l-ilmenti;

ir-rekwiżiti ġuridiċi;

ir-rapporti tal-verifiki u l-eżami mill-maniġment;

ir-rapporti tal-ispezzjonijiet;

l-aspetti ambjentali sinifikanti;

il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u l-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni;

il-komunikazzjoni u t-taħriġ;

is-suġġerimenti min-naħa tal-persunal; u

t-taħriġ u s-seminars.

2.2.6.    Il-verifika interna

Ir-Regolament dwar l-EMAS jittratta l-verifiki interni fid-dettall fl-Anness III tiegħu.

“Verifika ambjentali interna” tfisser evalwazzjoni sistematika, dokumentata, perjodika u oġġettiva tal-prestazzjoni ambjentali ta' organizzazzjoni, is-sistema u l-proċessi ta' ġestjoni mfasslin biex iħarsu l-ambjent.

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi proċedura ta' verifiki interni bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tagħha. Din il-proċedura għandha tkopri r-responsabbiltajiet u r-rekwiżiti għall-ippjanar tal-verifiki u għat-twettiq tagħhom, ir-rappurtar tar-riżultati u ż-żamma tar-reġistri, l-istabbiliment tal-kriterji tal-verifika, il-kamp ta' applikazzjoni, il-frekwenza u l-metodi.

L-għan tal-verifika interna huwa:

li tistabbilixxi jekk is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tissodisfax ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS jew le;

li tistabbilixxi jekk din ġietx implimentata u nżammitx tajjeb jew le;

li tiżgura li l-maniġment tal-organizzazzjoni jkollu l-informazzjoni li jeħtieġ sabiex jirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

li tevalwa l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

Il-verifika għandha ssir b'mod oġġettiv minn persuni indipendenti. L-awditur intern jista' jkun membru mħarreġ tal-persunal jew persuna esterna jew tim estern.

Ir-regoli ġenerali

Stabbilixxi programm ta' verifiki;

iddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika. Dan se jkun jiddependi fuq id-daqs tal-organizzazzjoni u t-tip tagħha. Il-kamp ta' applikazzjoni jrid jispeċifika s-suġġetti koperti, l-attivitajiet li għandhom jiġu vverifikati, il-kriterji ambjentali li għandhom jitqiesu u l-perjodu li l-verifika għandha tkopri;

speċifika r-riżorsi meħtieġa biex titwettaq il-verifika, pereżempju, persunal imħarreġ sewwa b'għarfien tajjeb tal-attività, l-aspetti tekniċi, l-aspetti ambjentali u r-rekwiżiti ġuridiċi;

kun żgur li l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni jsiru skont proċeduri ddefiniti minn qabel; u

identifika l-problemi l-ġodda li jista' jkun hemm u stabbilixxi miżuri maħsubin biex jevitawhom.

L-istadji tal-verifiki interni

Figura 9

L-istadji tal-verifiki interni

Image

2.2.6.1.   Il-programm ta' verifiki u l-frekwenza tagħhom

Il-programm irid jinkludi:

l-għanijiet speċifiċi tal-verifika interna;

kif wieħed għandu jiċċekkja jekk is-sistema ta' ġestjoni ambjentali hijiex koerenti u tikkonformax mal-politika u mal-programm tal-organizzazzjoni u tissodisfax ir-rekwiżiti tal-EMAS jew le;

il-konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli marbutin mal-qasam tal-ambjent.

L-organizzazzjoni trid twettaq il-verifiki interni kull sena biex ikollha ħarsa ġenerali tajba tal-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha. Iċ-ċiklu tal-verifika, li jkopri l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni, irid jitlesta fi żmien tliet snin. L-organizzazzjonijiet iż-żgħar jistgħu jtawlu dan il-perjodu għal erba' snin.

Il-frekwenza tal-verifiki għal kull attività speċifika tvarja skont l-affarijiet li ġejjin:

in-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attività kkonċernata;

is-sinifikat tal-impatti ambjentali assoċjati magħha;

l-importanza u l-urġenza tal-problemi li jkunu ġew innutati waqt il-verifiki preċedenti; u

l-problemi li kien hemm qabel b'rabta mal-qasam tal-ambjent.

B'mod ġenerali, l-attivitajiet kumplessi b'impatt ambjentali aktar sinifikanti jridu jsirulhom verifiki iktar ta' spiss.

Biex wieħed jikseb riżultati sodisfaċenti, il-persunal kollu involut f'verifika interna jrid ikollu idea ċara tal-objettivi ambjentali tal-eżerċizzju u tar-rwoli speċifiċi ta' kull min ikun qiegħed jieħu sehem fiha (id-diretturi, il-maniġers, l-impjegati, l-awdituri, eċċ.).

2.2.6.2.   L-attivitajiet ta' verifika interna

Huwa importanti li wieħed iħejji ruħu għall-verifika interna minn qabel. L-ewwel nett, wieħed għandu jidentifika lill-awditur jew lit-tim ta' awdituri. L-organizzazzjoni tista' tuża l-membri tal-persunal tagħha stess bħala awdituri, jew tqabbad lil awdituri barranin. Dawn iridu jkunu oġġettivi u imparzjali u jkollhom il-ħiliet u t-taħriġ ix-xierqa. L-awditur jew it-tim ta' awdituri għandu:

iħejji pjan tajjeb ta' verifiki, billi jiġbor informazzjoni dwar l-objettiv, il-kamp ta' applikazzjoni, il-post u d-data miftehma mal-organizzazzjoni;

jibgħat il-pjan ta' verifiki lill-organizzazzjoni biżżejjed bil-quddiem;

ifassal listi ta' kontroll;

iqassam il-kompiti fost il-membri tat-tim tal-awdituri.

Biex verifika tkun utli, it-tim tal-awdituri jrid jiċċekkja l-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali, jekk l-objettivi u l-miri jkunux intlaħqu jew le, u jekk is-sistema ta' ġestjoni hijiex effettiva u xierqa jew le.

Il-proċess ta' verifika jrid jinkludi l-passi li ġejjin:

il-fehim tas-sistema ta' ġestjoni;

l-evalwazzjoni tal-punti tajbin tas-sistema u tal-punti dgħajfa tagħha;

il-ġbir tal-evidenza rilevanti (pereżempju tad-dejta, tar-reġistri u tad-dokumenti);

l-evalwazzjoni tas-sejbiet tal-verifika;

it-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-verifika; u

ir-rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika.

2.2.6.3.   Ir-rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika

L-għan tar-rapport tal-verifika huwa biex il-maniġment ikollu:

evidenza bil-miktub dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika;

informazzjoni dwar kemm intlaħqu l-objettivi jew le;

informazzjoni dwar jekk l-objettivi humiex konformi mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni jew le;

informazzjoni dwar l-affidabbiltà u l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni;

proposti ta' azzjonijiet korrettivi jekk ikun hemm bżonn.

Ir-rapport għandu jintbagħat lir-rappreżentant tal-maniġment tal-EMAS li jiffinalizza l-azzjonijiet korrettivi jekk ikunu ġew identifikati xi każijiet ta' nuqqas ta' konformità (inklużi każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali, jekk ikun hemm).

2.2.7.    L-eżami mill-maniġment

Il-maniġment superjuri jrid jirrevedi s-sistema ta' ġestjoni b'mod regolari (tal-inqas darba fis-sena) biex jiżgura li din tkun adattata għall-għan tagħha u li din tkun effettiva. L-eżami mill-maniġment irid jiġi rreġistrat u jridu jinżammu r-reġistri marbutin miegħu.

Il-kontenut tal-eżami mill-maniġment

L-elementi li għandhom jiddaħħlu fih:

ir-riżultati tal-verifiki interni, inkluża l-evalwazzjoni tal-konformità legali;

il-komunikazzjoni esterna;

l-ilmenti;

safejn intlaħqu l-objettivi u l-miri;

l-istatus tal-azzjonijiet korrettivi u ta' dawk ta' prevenzjoni;

is-segwitu tal-eżamijiet preċedenti mill-maniġment;

il-bidliet fiċ-ċirkustanzi, pereżempju l-iżviluppi legali u l-bidliet ambjentali;

ir-rakkomandazzjonijiet għat-titjib.

Ir-riżultati jinkludu d-deċiżjonijiet u l-attivitajiet kollha u l-bidliet fil-politika ambjentali, fl-objettivi, fil-miri u f'aspetti oħrajn tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

2.3.   ID-DIKJARAZZJONI AMBJENTALI TAL-EMAS

“Dikjarazzjoni ambjentali” tfisser l-informazzjoni komprensiva għall-pubbliku u partijiet interessati oħrajn rigward: l-istruttura u l-attivitajiet ta' organizzazzjoni; il-politika ambjentali u s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha; l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħha; il-programm, l-objettivi u l-miri ambjentali tagħha; il-prestazzjoni ambjentali u l-konformità ma' obbligi ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

Id-dikjarazzjoni hija waħda mill-karatteristiċi uniċi tal-EMAS meta mqabbla ma' sistemi ta' ġestjoni ambjentali oħrajn.

Għall-pubbliku, din tafferma l-impenn tal-organizzazzjoni li tieħu azzjoni b'rabta mal-ambjent.

Għall-organizzazzjoni, din hija opportunità tajba biex tiddikjara x'qiegħda tagħmel biex ittejjeb l-ambjent.

L-EMAS tistabbilixxi ċerti rekwiżiti minimi għad-dikjarazzjoni, iżda l-organizzazzjoni tista' tiddeċiedi hi stess dwar id-dettall li trid tidħol fih fid-dikjarazzjoni, kif ukoll dwar l-istruttura u d-dehra ta' din id-dikjarazzjoni, sakemm il-kontenut ikun ċar, affidabbli, kredibbli u korrett. Hija l-organizzazzjoni li għandha tiddeċiedi jekk tixtieqx tinkludi d-dikjarazzjoni ambjentali tagħha fir-rapport annwali tagħha jew f'rapporti oħrajn, pereżempju f'dawk dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, jew le.

2.3.1.    Il-kontenut minimu tad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS

(1)   Deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-organizzazzjoni li tirreġistra fl-EMAS u sommarju tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u r-relazzjoni tagħha ma' kull organizzazzjoni prinċipali kif xieraq.

Inkludi dijagrammi, mapep, dijagrammi f'sekwenzi, ritratti mill-ajru, eċċ. sabiex tispjega l-kontenut. Uża wkoll il-kodiċijiet tan-NACE għad-deskrizzjoni tal-attivitajiet.

(2)   Il-politika ambjentali u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni.

Huwa importanti li wieħed jiddeskrivi sewwa s-sistema sabiex ikun hemm informazzjoni ċara dwar l-istruttura ta' ħidma. Wieħed irid jinkludi wkoll il-politika ambjentali.

(3)   Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikattivi kollha diretti u indiretti li jirriżultaw f'impatti ambjentali sinifikattivi tal-organizzazzjoni u spjegazzjoni tan-natura tal-impatti kif relatati ma' dawn l-aspetti (l-Anness I.2 tar-Regolament dwar l-EMAS).

L-aspetti ambjentali diretti u indiretti għandhom jingħataw b'mod separat. Għandhom jingħataw l-impatti tat-tnejn li huma permezz ta' tabelli jew ta' dijagrammi f'sekwenzi.

(4)   Deskrizzjoni tal-objettivi u l-miri ambjentali fir-rigward tal-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikattivi.

Uża listi ta' miri u ta' objettivi, kif ukoll indikaturi sabiex tivvaluta l-progress li jkun qed isir fit-titjib tal-prestazzjoni. Inkludi l-programm ambjentali u rreferi għall-miżuri speċifiċi li ttieħdu biex tittejjeb il-prestazzjoni jew li huma previsti li jittieħdu għal dan il-għan.

(5)   Sommarju tad-dejta disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f'taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS.

L-indikaturi ċentrali jiffukaw fuq sitt oqsma ewlenin, li huma l-enerġija, il-materjali, l-ilma, l-iskart, il-bijodiversità (permezz tal-użu tal-art) u l-emissjonijiet (ara l-punt 2.3.2.2).

L-organizzazzjoni għandha tirrapporta dwar il-prestazzjoni tagħha wkoll skont indikaturi oħrajn aktar speċifiċi marbutin mal-aspetti ambjentali sinifikanti msemmija fir-reviżjoni ambjentali (ara l-punt 2.3.2.3). F'każ li l-organizzazzjonijiet ma jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-ebda dejta kwantitattiva biex ikunu jistgħu jirrappurtaw dwar l-aspetti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti, huma għandhom jużaw indikaturi kwalitattivi biex jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni tagħhom.

L-organizzazzjonijiet għandhom iqisu l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur tagħhom mogħtija fid-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS meta jkunu qed jagħżlu l-indikaturi li se jużaw għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni ambjentali tagħhom, meta jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tali dokumenti għas-settur speċifiku tagħhom (20).

(6)   Fatturi oħra li jirrigwardaw il-prestazzjoni ambjentali inkluża l-prestazzjoni f'taqbil mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi tagħhom.

Uża tabelli u/jew graffs li jqabblu l-limiti legali ta' referenza mal-limiti mkejla u/jew ikkalkulati mill-organizzazzjoni.

Wieħed mhux dejjem ikun jista' jkejjel il-prestazzjoni ambjentali permezz tad-dejta. Huma rilevanti wkoll il-fatturi kwalitattivi, li jistgħu jinkludu l-bidliet fl-imġiba, it-titjib fil-proċessi u miżuri oħrajn li jkunu ttieħdu biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali.

Huma u jirrappurtaw dwar dawn il-fatturi l-oħrajn, l-organizzazzjonijiet għandhom iqisu d-dokumenti rilevanti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS. Għalhekk, fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom, huma għandhom isemmu kif ikunu użaw l-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment tal-eċċellenza rilevanti, jekk ikun hemm, biex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u possibbilment biex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bil-għan li (jkomplu) jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

L-organizzazzjoni għandha tivvaluta r-rilevanza u l-applikabbiltà tal-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali u tal-punti ta' riferiment tal-eċċellenza skont l-aspetti ambjentali sinifikanti li hija tkun identifikat waqt ir-reviżjoni ambjentali tagħha, kif ukoll skont l-aspetti tekniċi u finanzjarji.

Fid-dikjarazzjoni ambjentali ma għandhomx jissemmew jew jiġu deskritti l-elementi tad-dokumenti ta' referenza settorjali (l-indikaturi, l-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment tal-eċċellenza) li ma jitqisux li huma rilevanti għall-aspetti ambjentali sinifikanti li l-organizzazzjoni tkun identifikat waqt ir-reviżjoni ambjentali tagħha.

(7)   Referenza għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

L-EMAS teżiġi li jkun hemm konformità legali. Id-dikjarazzjoni ambjentali hija opportunità biex l-organizzazzjoni tispjega kif hija jirnexxilha tikseb din il-konformità.

Għalkemm l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom lista interna tar-rekwiżiti ġuridiċi rilevanti kollha, m'hemmx bżonn jinkluduhom kollha fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom. Huwa biżżejjed li tingħata deskrizzjoni ġenerali tagħhom f'dan il-kuntest.

(8)   L-isem u n-numru tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tal-verifikatur ambjentali u d-data tal-validazzjoni.

Jekk l-organizzazzjoni tippubblika d-dikjarazzjoni ambjentali tagħha bħala parti minn rapport ieħor, hija għandha tidentifika d-dikjarazzjoni bħala tali u tindika li l-verifikatur ambjentali vvalidaha. Għalkemm mhuwiex obbligatorju li d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9) tinhemeż mad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS, hija meqjusa l-aħjar prattika li wieħed jagħmel dan.

2.3.2.    L-indikaturi ċentrali u indikaturi rilevanti eżistenti oħrajn tal-prestazzjoni ambjentali

2.3.2.1.   L-indikaturi ċentrali

L-organizzazzjonijiet għandhom jirrappurtaw dwar l-indikaturi ċentrali tal-prestazzjoni ambjentali (li huma magħrufin ukoll bħala l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni) li huma rilevanti għall-aspetti ambjentali diretti tal-organizzazzjoni. Huma għandhom jirrappurtaw ukoll dwar indikaturi oħrajn tal-prestazzjoni li huma rilevanti għal aspetti ambjentali aktar speċifiċi. Huma għandhom iqisu d-dokumenti ta' referenza settorjali meta dawn ikunu disponibbli.

L-indikaturi ċentrali japplikaw għall-organizzazzjonijiet kollha, ikunu ta' liema tip ikunu. Dawn l-indikaturi jkejlu l-prestazzjoni fl-oqsma ewlenin li ġejjin:

fil-qasam tal-enerġija;

fil-qasam tal-materjali;

fil-qasam tal-ilma;

fil-qasam tal-iskart;

fil-qasam tal-użu tal-art f'dak li għandu x'jaqsam mal-bijodiversità;

fil-qasam tal-emissjonijiet.

Kull indikatur ċentrali huwa magħmul minn ċifra A (li tirrappreżenta d-dħul), minn ċifra B (li tirrappreżenta l-ħruġ) u minn ċifra R li tirrappreżenta l-proporzjon A/B.

(i)   Iċ-ċifra A (li tirrappreżenta d-dħul)

Id-dħul (jiġifieri ċ-ċifra A) jiġi rrappurtat kif ġej:

għall-qasam tal-enerġija:

(a)

il-konsum totali annwali tal-enerġija, mogħti f'MWh jew f'GJ;

(b)

il-perċentwali tal-valur tal-punt (a) minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli prodott mill-organizzazzjoni.

L-indikatur imsemmi fil-punt (b) jinkludi l-perċentwali tal-konsum annwali tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli li tkun ipproduċiet fir-realtà l-organizzazzjoni. L-enerġija li din tkun xtrat mingħand fornitur tal-enerġija mhijiex inkluża f'dan l-indikatur, u tista' titqies bħala parti mill-miżuri tal-“akkwist ekoloġiku”;

għall-qasam tal-materjali:

il-fluss annwali tal-massa tal-materjali differenti użati, mogħti f'tunnellati, minbarra l-mezzi tat-trasport tal-enerġija u l-ilma.

Il-fluss annwali tal-massa tal-materjali differenti jista' jinqasam skont l-użu tagħhom. Dawn il-materjali jistgħu jinkludu, pereżempju, materja prima bħall-metall, l-injam jew is-sustanzi kimiċi, jew prodotti intermedji, skont l-attivitajiet tal-organizzazzjoni;

għall-qasam tal-ilma:

il-konsum totali annwali tal-ilma, mogħti f'm3.

Dan l-indikatur jeżiġi li jiġi rrappurtat l-ammont totali tal-ilma li l-organizzazzjoni tuża fis-sena.

Huwa utli li wieħed jiċċara t-tipi differenti ta' konsum tal-ilma u li wieħed jagħti l-konsum tal-ilma skont is-sors tiegħu, pereżempju l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art.

Informazzjoni utli oħra tista' tinkludi l-ammont ta' ilma mormi, l-ammont ta' ilma mormi ttrattat u użat mill-ġdid u l-ammont ta' ilma tax-xita u ta' ilma griż irriċiklat;

għall-qasam tal-iskart:

Din iċ-ċifra tkopri l-ġenerazzjoni annwali totali tal-affarijiet li ġejjin:

l-iskart (ikklassifikat skont it-tip tiegħu), mogħti f'tunnellati; u

l-iskart perikoluż, mogħti f'tunnellati jew f'kilogrammi.

Skont ir-Regolament dwar l-EMAS, wieħed huwa obbligat jirrapporta dwar l-iskart u dwar l-iskart perikoluż. Hija prattika tajba li wieħed jikklassifika l-iskart skont it-tip tiegħu fil-każ taż-żewġ flussi. Ir-riżultati tar-reviżjoni ambjentali, inklużi l-obbligi legali rilevanti tar-rappurtar dwar l-iskart, għandhom jittieħdu bħala l-bażi għal dan. Jista' jsir rappurtar iktar fid-dettall skont is-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tal-iskart li timplimenta l-lista Ewropea tal-iskart.

Ir-rappurtar ta' listi twal ta' tipi ta' skart differenti jista' jkun kontroproduttiv u joħloq konfużjoni għall-finijiet tal-komunikazzjoni, għalhekk wieħed jista' jiġbor l-informazzjoni flimkien fi gruppi skont il-lista Ewropea minflok. F'dak il-każ l-iskart ikun jista' jiġi rreġistrat skont il-piż jew il-volum tiegħu, imqassam f'tipi differenti, bħall-metall, il-plastik, il-karta, il-ħama, l-irmied, eċċ. Jista' jkun utli wkoll li wieħed iżid informazzjoni dwar l-ammont ta' skart li jkun ġie rkuprat, li jkun ġie rriċiklat, li jkun intuża għall-produzzjoni tal-enerġija jew li jkun intrema fil-miżbliet;

għall-qasam tal-użu tal-art f'dak li għandu x'jaqsam mal-bijodiversità:

l-użu tal-art, mogħti f'm2 ta' abitat.

Il-bijodiversità hija kwistjoni kumplessa u relattivament ġdida fost l-indikaturi ċentrali. Xi wħud mill-fatturi li jikkawżaw it-telf tal-bijodiversità (bħat-tibdil fil-klima u l-emissjonijiet jew it-tniġġis) diġà huma koperti mill-aspetti ambjentali u mill-indikaturi relatati magħhom mogħtija fir-Regolament dwar l-EMAS li jkopru l-konsum tal-enerġija u tal-ilma, l-emissjonijiet, l-iskart, eċċ.

Mhux l-indikaturi kollha tal-bijodiversità huma rilevanti għas-setturi u għall-organizzazzjonijiet kollha, u mhux kollha jistgħu jiġu implimentati b'mod dirett meta wieħed jibda jimmaniġġja dawn l-aspetti. Ir-reviżjoni ambjentali għandha tindika biċ-ċar il-fatturi rilevanti. L-organizzazzjoni għandha tqis mhux biss l-impatti lokali, iżda wkoll l-impatti diretti u indiretti fuq il-bijodiversità b'mod aktar wiesa', pereżempju l-estrazzjoni tal-materja prima, il-katina tal-akkwist jew tal-provvista, il-produzzjoni u l-prodott, it-trasport u l-loġistika, il-kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni. M'hemmx indikatur wieħed partikulari li huwa rilevanti għall-organizzazzjonijiet kollha.

L-indikatur tal-bijodiversità dwar l-użu tal-art, previst fl-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS, jista' jitqies bħala denominatur komuni. Dan ikopri biss il-bini tal-organizzazzjoni f'termini tal-abitat. Madankollu, huwa rrakkomandat ħafna li, fl-indikatur tal-użu tal-art, jiġu inklużi ż-żoni magħluqin ukoll;

għall-qasam tal-emissjonijiet:

(a)

l-emissjonijiet totali annwali tal-gassijiet b'effett ta' serra (is-CO2, is-CH4, in-N2O, l-HFC, il-PFC u s-SF6), mogħtija f'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2);

(b)

l-emissjonijiet totali annwali fl-arja (inklużi tal-inqas dawk tas-SO2, tan-NOx u tal-PM), mogħtija f'kilogrammi jew f'tunnellati.

Nota: Minħabba li dawn is-sustanzi għandhom impatti differenti, m'għandhomx jingħaddu flimkien.

Irid jiġi ċċarat l-approċċ użat biex jiġu kkwantifikati l-emissjonijiet, b'mod speċjali dawk tal-gassijiet b'effett ta' serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja (21). L-organizzazzjonijiet iridu jibdew billi jqisu r-rekwiżiti ġuridiċi eżistenti. Dan jgħodd biċ-ċar, pereżempju, għall-organizzazzjonijiet li l-installazzjonijiet tagħhom jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema tal-UE għan-negozjar tal-emissjonijiet jew f'dak tar-Regolament dwar ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti. F'każijiet oħrajn, jistgħu jintużaw metodoloġiji komuni nazzjonali jew reġjonali jew metodoloġiji Ewropej irrikonoxxuti globalment meta dawn ikunu disponibbli.

Għalkemm ir-rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali huwa obbligatorju biss fil-każ tal-aspetti diretti, l-organizzazzjoni trid tqis l-aspetti ambjentali sinifikanti kollha, kemm dawk diretti kif ukoll dawk indiretti. Allura l-aħjar huwa li wieħed jirrapporta wkoll dwar l-emissjonijiet indiretti tal-gassijiet b'effett ta' serra li huma sinifikanti, preferibbilment b'mod separat minn dawk diretti.

(ii)   Iċ-ċifra B (li tirrappreżenta l-ħruġ)

Il-ħruġ annwali ġenerali (jiġifieri ċ-ċifra B) huwa l-istess għall-oqsma kollha, iżda jiġi adattat għat-tipi ta' organizzazzjonijiet differenti:

(a)

fil-każ ta' organizzazzjonijiet tas-settur tal-produzzjoni (organizzazzjonijiet tal-industrija): agħti l-valur miżjud gross totali, mogħti f'miljuni ta' euro jew il-produzzjoni fiżika annwali totali, mogħtija f'tunnellati. L-organizzazzjonijiet iż-żgħar jistgħu jagħtu l-fatturat totali annwali jew l-għadd ta' impjegati tagħhom;

(b)

fil-każ ta' organizzazzjonijiet li mhumiex fis-settur tal-produzzjoni (organizzazzjonijiet tal-oqsma tas-servizzi jew tal-amministrazzjoni): agħti l-għadd ta' impjegati.

2.3.2.2.   L-indikaturi ċentrali u l-elementi ta' flessibbiltà marbutin magħhom -- ir-raġunament

Huwa importanti li wieħed jifhem ir-raġunament wara l-istabbiliment tal-indikaturi u tal-elementi ta' flessibbiltà previsti fir-Regolament dwar l-EMAS (fl-Anness IV tiegħu).

Skont il-punt (1) tat-Taqsima C tal-Anness IV, l-indikaturi għandhom:

(a)

jagħtu stima preċiża tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(b)

ikunu jistgħu jinftehmu u ma jkunux ambigwi;

(c)

jippermettu li jsir paragun kull sena biex jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(d)

jippermettu li jsir paragun mal-punti ta' riferiment settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif xieraq;

(e)

jippermettu li jsir paragun mar-rekwiżiti regolatorji kif xieraq.

Dawn huma l-funzjonijiet ewlenin tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni.

Madankollu, hemm xi ftit flessibbiltà fil-mod kif jintużaw l-indikaturi jekk dan jgħin biex dawn iwettqu aħjar il-funzjoni tagħhom.

Il-kundizzjonijiet tal-flessibbiltà huma dawn li ġejjin:

kundizzjonijiet biex tintuża l-klawżola tal-kunfidenzjalità li tissemma fil-punt (1) tat-Taqsima C tal-Anness IV —“Jekk l-iżvelar se jaffettwa b'mod negattiv il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali jew industrijali […], l-organizzazzjoni jista' jkollha permess biex telenka din l-informazzjoni fir-rappurtar tagħha, pereżempju billi tistabbilixxi sena ta' bażi (bin-numru tal-indiċi 100) li minnu jidher l-iżvilupp tal-input/l-impatt.” Din il-klawżola tista' tiġi invokata jekk l-użu ta' indikatur jista' jwassal biex tiġi żvelata dejta sensittiva li biha xi kompetitur ikun jista' jikkalkula l-prezz medju tal-produzzjoni;

kundizzjonijiet biex MA JSIRX rappurtar dwar indikatur ċentrali speċifiku previst fl-Anness IV — skont il-punti (2)(a) u (b) tat-Taqsima C tal-Anness IV, li jittrattaw l-indikaturi ċentrali, “Meta organizzazzjoni tikkonkludi li indikatur ċentrali wieħed jew aktar mhumiex relevanti għall-aspetti ambjentali diretti sinifikanti tagħha, dik l-organizzazzjoni tista' ma tirrappurtax dwar dawk l-indikaturi ċentrali. L-organizzazzjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal dak l-iskop b'referenza għar-reviżjoni ambjentali tagħha.” Għall-finijiet tat-trasparenza, dik il-ġustifikazzjoni għandha tissemma wkoll fid-dikjarazzjoni ambjentali. Minħabba li kull indikatur ċentrali huwa magħmul minn ċifra A li tirrappreżenta d-dħul, minn ċifra B li tirrappreżenta l-ħruġ u minn ċifra R li tirrappreżenta l-proporzjon A/B, dan l-element ta' flessibbiltà japplika għall-indikatur ċentrali kollu kemm hu bħala tali, inkluż il-proporzjon speċifiku A/B;

kundizzjonijiet biex ir-rappurtar isir bl-użu ta' indikatur ieħor (A/B) MINFLOK indikatur ċentrali speċifiku mogħti fl-Anness IV — jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li ma tirrappurtax l-informazzjoni bl-użu ta' indikatur speċifiku jew indikaturi speċifiċi previsti fl-Anness IV, iżda tagħżel li tuża xi indikatur ieħor minflok, dak l-indikatur ukoll għandu jipprevedi ċifra A li tirrappreżenta d-dħul u ċifra B li tirrappreżenta l-ħruġ. L-użu ta' din il-flessibbiltà dejjem għandu jkun iġġustifikat b'referenza għar-reviżjoni ambjentali, billi wieħed juri kif l-għażla li jkun għamel tgħin biex tintwera aħjar il-prestazzjoni rilevanti. Għal din id-dispożizzjoni speċifika, għandu jitqies id-dokument ta' referenza settorjali tal-EMAS, jekk ikun hemm wieħed għas-settur ikkonċernat. Pereżempju, minflok “l-għadd ta' impjegati”, servizz ta' akkomodazzjoni għat-turisti jista' jagħżel li juża “l-għadd ta' ljieli għal kull klijent”, skola tista' tagħżel li tuża “l-għadd ta' studenti”, organizzazzjoni ta' mmaniġġjar tal-iskart tista' tuża “l-ammont ta' skart ittrattat f'tunnellati”, u sptar jista' jippreferi juża “l-għadd ta' pazjenti li jqattgħu lejl fl-isptar”, eċċ.;

kundizzjonijiet biex jintużaw elementi oħrajn biex jiġu espressi ċ-ċifra A li tirrappreżenta d-dħul u ċ-ċifra B li tirrappreżenta l-ħruġ, MINBARRA l-indikaturi ċentrali speċifiċi previsti fl-Anness IV — organizzazzjoni tista' tuża wkoll elementi oħrajn biex tesprimi d-dħul jew l-impatt annwali totali f'qasam partikulari u l-ħruġ annwali ġenerali. Pereżempju, organizzazzjoni tal-qasam tas-servizzi tista' tirrapporta l-informazzjoni billi tuża “l-għadd ta' impjegati” biex tkejjel iċ-ċifra B li tirrappreżenta l-ħruġ għall-komponent amministrattiv tagħha u miżura differenti biex tkejjel din iċ-ċifra għas-servizz speċifiku pprovdut;

unitajiet tal-kejl — jekk l-unitajiet li jissemmew fl-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS ma jirriflettux b'mod ċar il-prestazzjoni ambjentali ta' organizzazzjoni u ma jipprovdux stampa ċara għall-finijiet tal-komunikazzjoni, jistgħu jintużaw unitajiet tal-kejl alternattivi, sakemm l-organizzazzjoni tiġġustifika dan. L-unitajiet li jintużaw iridu jkunu jistgħu jinqalbu għal dawk speċifikati fir-Regolament. Idealment, għandha tingħata nota f'qiegħ il-paġna bil-konverżjoni;

muniti marbutin mal-valur miżjud gross jew mal-fatturat totali annwali minbarra l-Euro — għalkemm, skont ir-Regolament dwar l-EMAS, il-kejl tal-ħruġ għall-valur miżjud gross għandu jingħata f'“miljuni ta' euro”, l-organizzazzjonijiet ibbażati f'pajjiżi li ma jiffurmawx parti miż-żona tal-euro jistgħu jużaw il-munita nazzjonali tagħhom.

2.3.2.3.   L-indikaturi rilevanti l-oħrajn tal-prestazzjoni ambjentali

L-organizzazzjoni trid tirrapporta dwar il-prestazzjoni tagħha wkoll skont indikaturi rilevanti oħrajn marbutin mal-aspetti ambjentali sinifikanti msemmija fir-reviżjoni ambjentali.

Fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandhom jitqiesu d-dokumenti rilevanti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS meta dawn ikunu disponibbli għas-settur speċifiku.

Għalhekk, l-organizzazzjonijiet għandhom iqisu l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur tagħhom mogħtija fid-dokument ta' referenza settorjali meta jkunu qed jagħżlu l-indikaturi li se jużaw għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni ambjentali tagħhom (22). Huma għandhom iqisu l-indikaturi proposti fid-dokument ta' referenza settorjali korrispondenti u r-rilevanza tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspetti ambjentali sinifikanti li l-organizzazzjoni tkun identifikat waqt ir-reviżjoni ambjentali tagħha. L-indikaturi għandhom jitqiesu biss meta jkunu rilevanti għal dawk l-aspetti ambjentali li jitqiesu bħala l-aktar sinifikanti fir-reviżjoni ambjentali.

2.3.2.4.   Ir-responsabbiltà fil-livell lokali

Ir-responsabbiltà fil-livell lokali hija importanti fl-EMAS. Huwa għalhekk li l-organizzazzjonijiet kollha rreġistrati fl-EMAS għandhom jirrappurtaw dwar l-impatti ambjentali sinifikanti ta' kull sit kif deskritt fl-Anness IV tar-Regolament.

Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni dwar ix-xejriet marbutin mal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma, mal-konsum tal-ilma, mal-użu tal-enerġija u mal-ammont ta' skart għandha tingħata fil-livell tas-sit. Meta tkun tapplika l-proċedura għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti deskritta fit-Taqsima 2.4.3 ta' din il-Gwida għall-utent, it-tali informazzjoni tista' tingħata fil-livell tal-gruppi tas-siti dejjem jekk dawn iċ-ċifri jkunu jirriflettu bi preċiżjoni x-xejriet fil-livell tas-sit.

L-organizzazzjoni tista' tagħti l-informazzjoni fil-forma ta' indiċi biss jekk ikun hemm kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità (ara l-punt 2.3.2.2).

Barra minn hekk, irid jitqies il-fatt li t-titjib kontinwu jista' jinkiseb fis-siti permanenti, iżda mhux fis-siti temporanji. Jekk tqum din il-kwistjoni, għandha tkun iddikjarata fir-reviżjoni ambjentali. Għandha titqies il-possibbiltà li wieħed jimplimenta miżuri alternattivi, fosthom, pereżempju, indikaturi kwalitattivi oħrajn. Fi kwalunkwe każ, għas-setturi li għalihom hemm dokumenti ta' referenza settorjali tal-EMAS, tista' titqies l-informazzjoni dwar is-siti temporanji.

Tabella 7

Eżempju tal-użu tal-indikaturi ċentrali tal-prestazzjoni fl-organizzazzjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika

L-indikatur ċentrali

Id-dħul jew l-impatt annwali (iċ-ċifra A)

Il-ħruġ annwali ġenerali tal-organizzazzjoni (iċ-ċifra B)

Il-proporzjon A/B

L-enerġija

Il-konsum annwali f'MWh jew f'GJ

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'MWh għal kull persuna u/jew f'KWh għal kull persuna

Il-materjali

Il-konsum annwali tal-karti f'tunnellati

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'tunnellati għal kull persuna u/jew fl-għadd ta' karti użati minn kull persuna kuljum

L-ilma

Il-konsum annwali f'm3

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'm3 għal kull persuna u/jew f'litri għal kull persuna

L-iskart

Il-ġenerazzjoni annwali tal-iskart f'tunnellati

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'tunnellati ta' skart għal kull persuna u/jew f'kilogrammi għal kull persuna

Il-ġenerazzjoni annwali tal-iskart perikoluż f'kilogrammi

F'kilogrammi ta' skart perikoluż għal kull persuna

L-użu tal-art f'dak li għandu x'jaqsam mal-bijodiversità

L-użu tal-art f'm2 ta' abitat (inkluża ż-żona magħluqa)

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'm2 ta' abitat għal kull persuna u/jew f'm2 ta' żona magħluqa għal kull persuna

L-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra

L-emissjonijiet annwali tal-gassijiet b'effett ta' serra f'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2)

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2) għal kull persuna u/jew

f'kilogrammi ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2) għal kull persuna


Tabella 8

Eżempju tal-użu tal-indikaturi ċentrali tal-prestazzjoni fis-settur tal-produzzjoni

L-indikatur ċentrali

Id-dħul jew l-impatt annwali (iċ-ċifra A)

Il-ħruġ annwali ġenerali tal-organizzazzjoni (iċ-ċifra B)

Il-proporzjon A/B

L-enerġija

Il-konsum annwali f'MWh jew f'GJ

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

F'MWh għal kull miljun Euro

jew

f'MWh għal kull tunnellata ta' prodott

Il-materjali

Il-fluss annwali tal-massa tal-materjali differenti użati, f'tunnellati

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

Għal kull materjal differenti użat:

il-materjal f'tunnellati għal kull miljun Euro

jew

il-materjal f'tunnellati għal kull tunnellata ta' prodott

L-ilma

Il-konsum annwali f'm3

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

F'm3 għal kull miljun Euro

jew

f'm3 għal kull tunnellata ta' prodott

L-iskart

Il-ġenerazzjoni annwali tal-iskart f'tunnellati

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

F'tunnellati ta' skart għal kull miljun Euro

jew

f'tunnellati ta' skart għal kull tunnellata ta' prodott

Il-ġenerazzjoni annwali tal-iskart perikoluż f'tunnellati

F'tunnellati ta' skart perikoluż għal kull miljun Euro

jew

f'tunnellati ta' skart perikoluż għal kull tunnellata ta' prodott

L-użu tal-art f'dak li għandu x'jaqsam mal-bijodiversità

L-użu tal-art f'm2 ta' abitat (inkluża ż-żona magħluqa)

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

F'm2 ta' abitat u/jew

f'm2 ta' żona magħluqa għal kull miljun Euro

jew

f'm2 ta' abitat u/jew

f'm2 ta' żona magħluqa għal kull tunnellata ta' prodott

L-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra

L-emissjonijiet annwali tal-gassijiet b'effett ta' serra f'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2)

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

F'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2) għal kull miljun Euro

jew

F'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2) għal kull tunnellata ta' prodott

2.4.   IL-PROĊEDURA TA' VERIFIKA U TA' VALIDAZZJONI

“Verifika” tfisser il-proċess ta' valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur ambjentali biex jintwera jekk ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u l-verifika ambjentali interna ta' organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

“Validazzjoni” tfisser il-konferma mill-verifikatur ambjentali li jkun wettaq il-verifika, li l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali ta' organizzazzjoni u l-aġġornament ambjentali tagħha jkunu affidabbli, kredibbli u korretti u li din id-data, ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta' ġestjoni ambjentali, u l-verifika ambjentali interna jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.4.1.    Min għandu l-permess jivverifika u jivvalida l-EMAS?

Il-verifikaturi ambjentali li jkunu akkreditati jew liċenzjati biss jistgħu jwettqu dawn il-kompiti.

“Verifikatur ambjentali” tfisser: korp ta' valutazzjoni tal-konformità kif definit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] (23) jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp li jkun kiseb l-akkreditazzjoni skont dan ir-Regolament; jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp ta' persuni bħal dawn li tkun kisbet liċenzja biex tagħmel verifika u validazzjoni skont dan ir-Regolament (24).

L-organizzazzjoni tista' tikkuntattja lill-korp kompetenti tal-EMAS fl-Istat Membru tagħha jew lill-korp ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar tal-EMAS li jkun responsabbli għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi tal-EMAS għal informazzjoni dwar il-verifikaturi ambjentali akkreditati. Jekk organizzazzjoni tkun trid informazzjoni dwar verifikaturi li joperaw fis-settur tagħha li jkunu ġejjin minn Stati Membri oħrajn u mhux minn dak tagħha, tista' ssib din l-informazzjoni fir-reġistru tal-EMAS tal-UE (25);

il-kamp ta' applikazzjoni ta' verifikatur ambjentali akkreditat jew liċenzjat huwa stabbilit skont il-kodiċijiet tan-NACE, li hija l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26). Meta organizzazzjoni tqabbad verifikatur ambjentali, trid tiżgura li l-verifikatur ikun akkreditat jew liċenzjat għall-kodiċi tan-NACE speċifiku li jikkorrispondi għall-attivitajiet tagħha;

ladarba l-verifikatur ikun akkreditat jew liċenzjat fi Stat Membru partikulari, huwa jista' jaħdem fil-pajjiżi kollha tal-UE (27);

l-informazzjoni dwar il-verifikaturi akkreditati jew liċenzjati tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni marbut mal-EMAS jew tista' tinkiseb mingħand il-korpi x-xierqa tal-Istati Membri.

Nota: Huwa utli għall-organizzazzjoni li tiċċekkja jekk il-verifikatur ikunx għadda l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament dwar l-EMAS lill-korp rilevanti ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar tal-inqas erba' ġimgħat qabel il-verifika sabiex il-korp ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar tal-Istat Membru fejn ikun jixtieq jaħdem ikun jista' jissorvelja lill-verifikatur jew le. Jekk ma jkunx hemm sorveljanza, il-korp kompetenti jista' jirrifjuta li jirreġistra lill-organizzazzjoni.

2.4.2.    X'inhuma l-kompiti tal-verifikaturi ambjentali?

(1)

Li jivverifikaw il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti kollha tar-Regolament dwar l-EMAS f'dak li għandu x'jaqsam mar-reviżjoni ambjentali inizjali, mas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, mal-verifika ambjentali u mar-riżultati tagħha u mad-dikjarazzjoni ambjentali;

(2)

li jiċċekkjaw il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ġuridiċi Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti relatati mal-ambjent;

Nota 1: Il-verifikatur irid jiċċekkja jekk l-organizzazzjoni stabbilietx, implimentatx u żammitx proċedura jew proċeduri biex tevalwa b'mod regolari l-konformità tagħha mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli jew le (28). Il-verifikatur janalizza fil-fond il-konformità legali tal-kumpanija. Bħala parti minn dan il-kompitu, huwa għandu jiċċekkja l-evidenza materjali li jkun irċieva biex jara li m'hemm l-ebda ksur tal-leġiżlazzjoni ambjentali (29). Il-verifikaturi jistgħu jużaw is-sejbiet tal-awtoritajiet tal-infurzar. Jekk huma ma jsibu l-ebda evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali, għandhom jiddikjaraw dan fid-dikjarazzjoni ambjentali u jiffirmawha. Madankollu, id-dmir tal-verifikatur huwa li jiċċekkja li r-rekwiżiti tar-Regolament ikunu ssodisfati billi juża t-tekniki tas-soltu tal-verifika. Dan ifisser li huwa ma jkunx jista' jiċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi bl-istess mod bħall-awtoritajiet tal-infurzar.

Nota 2: Jekk verifikatur jiskopri każ ta' nuqqas ta' konformità jew ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali fil-perjodu bejn żewġ reġistrazzjonijiet, jeżistu l-għażliet li ġejjin. Huwa jista' javża lill-korp kompetenti li l-organizzazzjoni inkwistjoni trid titneħħa mir-Reġistru tal-EMAS. B'mod alternattiv, jekk l-organizzazzjoni tkun uriet li ħadet miżuri f'waqthom, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-infurzar, biex terġa' tikseb il-konformità legali, il-verifikatur jista' jiffirma d-dikjarazzjoni dwar l-attivitajiet ta' verifika u ta' validazzjoni xorta waħda, skont l-Anness VII tar-Regolament.

(3)

li jiċċekkjaw it-titjib kontinwu tal-organizzazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-prestazzjoni ambjentali tagħha;

(4)

li jiċċekkjaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta inkluża u użata fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS u ta' kull informazzjoni ambjentali li għandha tiġi vvalidata;

(5)

li jżuru l-organizzazzjoni jew is-sit. Il-proċeduri għall-organizzazzjonijiet li jkollhom sit wieħed u għal dawk li jkollhom diversi siti huma differenti u huwa importanti li wieħed jenfasizza d-differenzi fl-approċċi rispettivi għalihom. Skont ir-Regolament dwar l-EMAS (l-Artikolu 25(4) tiegħu), il-verifikatur għandu jżur l-organizzazzjoni kull darba li jkollha ssir attività ta' verifika u ta' validazzjoni:

(a)

f'każ ta' organizzazzjoni b'sit wieħed, dan ifisser li l-verifikatur irid iżur is-sit darba fis-sena;

(b)

f'każ ta' organizzazzjonijiet żgħar b'sit wieħed u jekk tkun tista' tiġi applikata d-deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar (mogħtija fl-Artikolu 7), l-attivitajiet ta' verifika u ta' validazzjoni għandhom isiru wara sentejn u wara erba' snin, u b'hekk il-verifikatur għandu l-obbligu li jżur is-sit wara sentejn u wara erba' snin;

(c)

iżda fil-każ ta' organizzazzjoni rreġistrata li jkollha diversi siti, l-Artikolu 25(4) xorta waħda jeżiġi li l-verifikatur iżurha kull darba li ssir attività ta' verifika u ta' validazzjoni. Għalhekk, mil-lat legali, dan l-obbligu jista' jitqies li jkun ġie ssodisfat meta l-verifikatur iżur l-organizzazzjoni (forsi sit wieħed jew forsi siti differenti) kull sena.

Madankollu, meta wieħed iqis il-kompiti tal-verifikatur u d-dikjarazzjoni tiegħu dwar il-konformità legali, il-programm taż-żjarat irid jiżgura li kull sit li jkun inkluż fin-numru tar-reġistrazzjoni ta' din l-organizzazzjoni li jkollha diversi siti tkun saritlu żjara (jiġifieri jkun ġie vverifikat kompletament) tal-inqas darba fuq perjodu ta' 36 xahar. Jekk ma jivverifikax kompletament kull sit inkluż tal-inqas darba f'dan il-perjodu, il-verifikatur ma jkunx wettaq il-kompiti tiegħu kif meħtieġ mir-Regolament dwar l-EMAS III. Dan ifisser ukoll li qabel l-ewwel reġistrazzjoni ta' organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali jrid iżur is-siti kollha ta' organizzazzjoni li jkollha diversi siti.

Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali, tista' tintuża metodoloġija tal-kampjunar għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti. Dejjem jekk jitħarsu ċerti kundizzjonijiet speċifiċi, fuq perjodu ta' 36 xahar, il-verifikaturi jistgħu jżuru għażla ta' siti li jkunu jirrappreżentaw l-attivitajiet tal-organizzazzjoni u li jkunu jipprovdu valutazzjoni affidabbli u li ta' min joqgħod fuqha tal-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-organizzazzjoni u tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS.

Din il-metodoloġija tal-kampjunar tista' tintuża biss bi qbil reċiproku mal-verifikatur ambjentali u dejjem jekk ikunu tħarsu r-rekwiżiti ddefiniti fit-Taqsima 2.4.3 ta' din il-Gwida għall-utent u l-linji gwida dwar l-implimentazzjoni ddefiniti fit-Taqsima 2.4.4 tagħha.

Għalhekk, meta organizzazzjoni titlob li jintuża l-metodu tal-kampjunar, il-verifikatur għandu jiċċekkja l-affarijiet li ġejjin biex jiddeċiedi jekk hux xieraq li jintuża dan il-metodu jew le:

li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti msemmijin fit-Taqsima 2.4.3 ta' din il-Gwida għall-utent;

li tħarsu l-linji gwida dwar l-implimentazzjoni ddefiniti fit-Taqsima 2.4.4 tagħha.

Barra minn hekk, il-verifikatur ambjentali jista' jiddeċiedi li jirrestrinġi l-kampjunar meta l-kampjunar tas-siti ma jkunx xieraq biex ikun hemm biżżejjed fiduċja fl-effettività tas-sistema ta' ġestjoni minħabba ċerti fatti speċifiċi. Il-verifikaturi ambjentali għandhom jiddefinixxu t-tali restrizzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-affarijiet li ġejjin:

mal-kundizzjonijiet ambjentali jew mal-kunsiderazzjonijiet rilevanti l-oħrajn assoċjati mal-kuntest tal-organizzazzjoni;

mad-differenzi fl-implimentazzjoni lokali tas-sistema ta' ġestjoni biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet tad-diversi siti;

mal-grad ta' konformità tal-organizzazzjoni (pereżempju r-reġistri tal-awtoritajiet tal-infurzar li fihom huma spjegati l-kwistjonijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali, l-għadd ta' lmenti u l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi).

F'każijiet bħal dawn, il-verifikatur għandu jniżżel ir-raġunijiet speċifiċi li jillimitaw l-eliġibbiltà ta' organizzazzjoni biex tuża l-kampjunar.

Il-verifikatur ambjentali għandu jevalwa wkoll l-impatt tal-fatt li wieħed jiġbor flimkien siti simili, skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2.4.3.2, fuq il-kontenut tad-dikjarazzjoni ambjentali u fuq il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-organizzazzjoni, u t-trasparenza ta' raggruppament bħal dan. Ir-riżultati u s-sejbiet ta' din l-evalwazzjoni għandhom jitniżżlu fir-rapport tal-verifika.

Il-verifikatur ambjentali għandu jżomm reġistri ddettaljati dwar kull darba li jintuża l-kampjunar fuq diversi siti u għandu jiġġustifika l-metodoloġija tal-kampjunar u l-parametri u l-kriterji użati u juri li l-kampjunar qed isir skont dan id-dokument.

(6)

Jekk matul il-proċess ta' verifika jinstabu każijiet ta' nuqqas ta' konformità jew ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali f'organizzazzjoni li jkollha diversi siti li għaliha jkun intuża l-metodu tal-kampjunar, il-verifikatur għandu:

jeżamina sa liema punt dan in-nuqqas ta' konformità jew dan in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali huwa speċifiku għas-sit jew jekk dan jaffettwax lil siti oħrajn ukoll;

jitlob lill-organizzazzjoni tidentifika s-siti kollha li setgħu kienu affettwati minn dan, tieħu l-azzjonijiet korrettivi li hemm bżonn f'dawk is-siti u tadatta s-sistema ta' ġestjoni f'każ li jkollu indikazzjonijiet li n-nuqqas ta' konformità jew in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali jista' jkun marbut ma' nuqqas fis-sistema ġenerali ta' ġestjoni li jista' jaffettwa wkoll lil siti oħrajn. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità jew ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali li ma jistgħux jitranġaw billi jittieħdu azzjonijiet korrettivi fil-ħin, il-verifikatur għandu javża lill-korp kompetenti li l-organizzazzjoni inkwistjoni trid tiġi sospiża mir-Reġistru tal-EMAS jew titneħħa minnu;

jitlob li jingħata provi dwar dawn l-azzjonijiet u jivverifika l-effettività tagħhom billi jkabbar id-daqs tal-kampjun biex dan ikun jinkludi iktar siti ladarba jkunu ttieħdu l-azzjonijiet korrettivi; u

jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali u jiffirma d-dikjarazzjoni dwar l-attivitajiet ta' verifika u ta' validazzjoni skont l-Anness VII tar-Regolament biss meta jkun issodisfat, permezz tal-provi li jkun ingħata, li s-siti kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS u mar-rekwiżiti ġuridiċi kollha marbutin mal-ambjent.

(7)

Huwa u jwettaq l-ewwel verifika, il-verifikatur għandu jiċċekkja tal-inqas li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

li hija jkollha fis-seħħ sistema ta' ġestjoni ambjentali li taħdem għalkollox;

(b)

li hija jkollha fis-seħħ programm ta' verifiki ppjanat għalkollox;

(c)

li jkun tlesta eżami mill-maniġment;

(d)

li hija tħares id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.4.3 u tal-punt 2.4.4 ta' din il-gwida għall-utenti jekk trid tuża metodu tal-kampjunar għall-verifika tas-siti tagħha; u

(e)

li jkun sar l-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS u jkunu tqiesu d-dokumenti ta' referenza settorjali, fejn dawn ikunu disponibbli.

2.4.3.    Ir-rekwiżiti għall-użu ta' metodu tal-kampjunar għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti

2.4.3.1.   Il-prinċipji ġenerali

Jista' jkun xieraq li jintuża metodu tal-kampjunar fil-kaz tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti sabiex l-isforz tal-verifika jiġi adattat mingħajr ma jiġu mhedda l-fiduċja fil-konformità legali u l-implimentazzjoni sħiħa tas-sistema ta' ġestjoni sabiex ikun jista' jsir titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali ta' kull sit inkluż fl-ambitu tar-reġistrazzjoni fl-EMAS.

Fejn ikun xieraq skont il-kriterji ddefiniti fit-Taqsima 2.4.3.2 u meta l-organizzazzjoni titlob dan, il-verifikatur jew il-verifikaturi ambjentali jistgħu jaqblu li jużaw metodu tal-kampjunar għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti.

2.4.3.2.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-organizzazzjonijiet

(a)

Il-proċeduri għall-kampjunar f'organizzazzjoni li jkollha diversi siti jistgħu jiġu applikati biss għal gruppi ta' siti li jkunu jixxiebhu;

(b)

kemm is-siti jkunu jixxiebhu għandu jiġi stabbiliti permezz tal-fatt li jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru, li jkunu jagħmlu l-istess tip ta' attivitajiet, li jkunu jużaw l-istess proċeduri, li jkollhom l-istess rekwiżiti ġuridiċi, li jkollhom aspetti u impatti ambjentali simili, li jkollhom impatti ambjentali li jkunu tal-istess importanza u li jkollhom prattiki simili ta' ġestjoni u ta' kontroll ambjentali;

(c)

il-grupp jew gruppi ta' siti simili għandhom jiġu stabbiliti bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali u bi qbil reċiproku mal-verifikatur ambjentali. Il-verifiki interni u l-eżami mill-maniġment għandhom jirriflettu dawn il-gruppi, li għandhom jissemmew fid-dikjarazzjoni ambjentali;

(d)

is-siti kollha li ma jkunux inklużi fi grupp minħabba nuqqas ta' xebh għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kampjunar u jridu jiġu vverifikati b'mod individwali;

(e)

is-siti kollha inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS għandhom ikunu taħt il-kontroll dirett tal-organizzazzjoni u l-awtorità tagħha;

(f)

għandu jkun hemm kontroll u amministrazzjoni ċentrali tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, li għandu jsirilha eżami mill-maniġment ċentrali. Is-siti kollha inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS għandha ssirilhom ir-reviżjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u għandhom jgħaddu mill-programm ta' verifiki interni tagħha u għandhom ikunu ġew ivverifikati internament qabel l-ewwel reġistrazzjoni (fosthom biex tkun ivverifikata l-konformità legali tagħhom).

Barra minn hekk, l-organizzazzjoni trid turi l-awtorità tagħha u l-ħila tagħha li tibda tibdil organizzattiv fis-siti kollha inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS, jekk ikun hemm bżonn, sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali. L-organizzazzjoni trid turi wkoll il-ħila tagħha li tiġbor id-dejta mis-siti kollha, inklużi l-kwartieri ġenerali tagħha (fosthom id-dejta dwar l-elementi mniżżlin hawn taħt, iżda mhux limitata għalihom biss) u li tanalizza dik id-dejta:

l-elementi kollha inklużi fir-reviżjoni ambjentali kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament dwar l-EMAS (ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009), li jinkludu, fost l-oħrajn, l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, l-aspetti ambjentali u l-impatti ambjentali assoċjati magħhom u l-prattiki u l-proċeduri tal-ġestjoni ambjentali;

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u t-tibdil fis-sistema;

il-verifika interna u l-evalwazzjoni tar-riżultati, fosthom l-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi marbutin mal-ambjent;

l-eżami mill-maniġment;

il-prestazzjoni ambjentali;

l-ilmenti; u

l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi;

(g)

il-kampjunar ma għandux jintuża:

għall-organizzazzjonijiet li jkunu ngħataw inċentivi abbażi tar-rekwiżit li s-siti kollha tagħhom jiġu vverifikati fi żmien ċiklu tal-verifika;

għal siti li jinsabu f'pajjiżi terzi;

għal siti li jaħdmu skont rekwiżiti ġuridiċi marbutin mal-ambjent li jkunu fundamentalment differenti;

għal siti li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu, dwar l-iskart perikoluż jew dwar l-użu jew il-ħżin ta' sustanzi perikolużi (pereżempju d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) (id-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali) u d-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) (id-Direttiva Seveso));

għal siti li fost l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħhom għandhom ir-riskju ta' inċident ambjentali.

Dawn is-siti għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-metodu tal-kampjunar u għandhom jiġu vverifikati b'mod individwali;

(h)

l-organizzazzjoni għandha tkun attiva fis-setturi ekonomiċi li fihom huwa permess l-użu ta' metodu tal-kampjunar skont it-Taqsima 2.4.3.3.

2.4.3.3.   Is-setturi ekonomiċi li fihom jista' jitħalla jintuża metodu tal-kampjunar

(a)

Il-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti billi jintuża metodu tal-kampjunar huwa permess fis-setturi li ġejjin:

Tabella 9

Is-setturi ekonomiċi li fihom huwa permess l-użu ta' metodu tal-kampjunar

Is-settur ekonomiku

Il-kodiċi tan-NACE

Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji, barra assigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni

64

Assigurazzjoni, riassigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni, barra sigurtà soċjali obbligatorja

65

Attivitajiet legali u tal-kontabilità

69

Attivitajiet ta' konsulenza dwar ġestjoni

70.2

Attivitajiet marbuta mal-impjiegi (pereżempju attivitajiet marbutin mar-riżorsi umani, mal-impjiegi temporanji u mal-avvjament tal-impjiegi)

78

Aġenziji tal-ivjaġġar, operaturi tal-vjaġġi u servizzi ta' riservazzjoni u attivitajiet relatati

79

Attivitajiet ta' amministrazzjoni ta' uffiċċji u ta' sostenn

82.1

Edukazzjoni ta' qabel il-primarja u edukazzjoni primarja

85.1 u 85.2

Libreriji u arkivji

91

(b)

L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proġetti pilota f'setturi oħrajn imsemmijin fit-Tabella 10 sabiex jiġbru tagħrif dwar l-użu ta' metodu tal-kampjunar. Għal dan il-għan, huma għandhom jibagħtu t-tagħrif li ġej lill-Kummissjoni Ewropea:

deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-organizzazzjoni li tirreġistra fl-EMAS, fosthom deskrizzjoni fil-qosor tal-kuntest li fih taħdem l-organizzazzjoni, u sommarju tal-attivitajiet u tal-prodotti u tas-servizzi tagħha, u tar-relazzjoni tagħha ma' kull organizzazzjoni prinċipali kif xieraq;

il-lista tas-siti li għalihom għandu jintuża l-metodu tal-kampjunar;

il-gruppi tas-siti, fosthom il-metodoloġija tar-raggruppament;

is-siti li ma jistgħux ikunu parti mill-kampjunar u r-raġuni għal dan;

deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikanti kollha diretti u indiretti li jwasslu għall-impatti ambjentali sinifikanti tal-organizzazzjoni, inkluża spjegazzjoni ta' kif in-natura tal-impatti hija marbuta mal-aspetti sinifikanti diretti u indiretti, u l-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikanti assoċjati mas-siti li għalihom għandu jintuża l-metodu tal-kampjunar;

ir-riskji potenzjali marbutin ma' dawn l-aspetti ambjentali;

il-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha, fosthom tal-objettivi u tal-miri tagħha b'rabta mal-aspetti u mal-impatti ambjentali sinifikanti. Jekk l-organizzazzjoni jkun għad ma għandhiex fis-seħħ sistema ta' ġestjoni ambjentali, huma għandhom jiddeskrivu s-sistema ta' ġestjoni ambjentali prevista u l-miri ewlenin tagħha;

referenza għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

Wara li jintbagħat dan it-tagħrif lill-Kummissjoni Ewropea, din tinforma lill-Kumitat tal-EMAS dwar il-proġett pilota previst u tagħtih l-opinjoni tagħha dwar kemm hu adegwat. Jekk il-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat tal-EMAS ma joġġezzjonawx għall-proġett pilota fi zmien xahrejn, dan jista' jinbeda skont ir-regoli li ġejjin:

l-organizzazzjoni tħares ir-rekwiżiti kollha tar-Regolament dwar l-EMAS b'rabta mar-reġistrazzjoni jew mat-tiġdid tar-reġistrazzjoni;

il-metodu tal-kampjunar għandu jiġi stabbilit skont il-linji gwida dwar l-implimentazzjoni deskritti fit-Taqsima 2.4.4 ta' din il-Gwida għall-utent.

Dawn il-proġetti pilota ma għandhomx idumu għaddejjin iktar minn tliet snin. Wara l-implimentazzjoni b'suċċess tal-proġett pilota, inkluża verifika pożittiva li tikkonferma li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tar-Regolament dwar l-EMAS, l-organizzazzjoni u s-siti tagħha jistgħu jiġu rreġistrati fl-EMAS għal tliet snin jew għal erba' snin jekk tkun tapplika d-deroga mogħtija fl-Artikolu 7.

Il-Kumitat tal-EMAS irid jirċievi evalwazzjoni għal kull proġett.

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-proġett pilota, il-Kumitat tal-EMAS jista' jirrakkomanda li s-settur jiddaħħal fil-lista ta' setturi li fihom huwa permess l-użu ta' metodu tal-kampjunar (it-Tabella 9).

Tabella 10

Is-setturi ekonomiċi li fihom jista' jitħalla jintuża metodu tal-kampjunar fil-proġetti pilota

Is-settur ekonomiku

Il-kodiċi tan-NACE

Ġbir, trattament u provvista tal-ilma

36

Sistema ta' drenaġġi

37

L-attivitajiet li ġejjin fil-kuntest tan-negozju bl-imnut:

Bejgħ bl-imnut minn ħwienet mhux speċjalizzati (pereżempju s-supermarkits)

47.1

Bejgħ bl-imnut ta' ikel, xorb u tabakk minn ħwienet speċjalizzati

47.2

Bejgħ bl-imnut ta' tessuti minn ħwienet speċjalizzati

47.51

Bejgħ bl-imnut ta' oġġetti kulturali u ta' rikreazzjoni minn ħwienet speċjalizzati

47.6

Bejgħ bl-imnut ta' ħwejjeġ minn ħwienet speċjalizzati

47.71

Bejgħ bl-imnut ta' xedd tas-saqajn u oġġetti tal-ġilda minn ħwienet speċjalizzati

47.72

Bejgħ bl-imnut ta' oġġetti kożmetiċi u tat-twaletta minn ħwienet speċjalizzati

47.75

Bejgħ bl-imnut ta' arloġġi tal-idejn u ġojjellerija minn ħwienet speċjalizzati

47.77

L-attivitajiet li ġejjin fil-kuntest tal-akkomodazzjoni u tal-attivitajiet ta' servizz marbuta mal-ikel:

Lukandi u akkomodazzjoni simili

55.1

Akkomodazzjoni għal vaganza u għal waqfiet qosra oħra

55.2

Ristoranti (iżda mhux l-attivitajiet mobbli ta' servizz ta' ikel)

56.1

Attivitajiet ta' servizz ta' xorb

56.3

Kompjuter programming u attivitajiet ta' konsulenza u relatati

62

Attivitajiet marbuta ma' proprjetà immobbli: ix-xiri, il-bejgħ u l-kiri tal-proprjetà immobbli (minbarra l-operazzjoni tal-proprjetà immobbli)

68

Riklamar u riċerka dwar is-suq

73

Attivitajiet oħra professjonali, xjentifiċi u tekniċi

74

Attivitajiet ġenerali ta' amministrazzjoni pubblika

84.11

Edukazzjoni sekondarja, edukazzjoni għolja u edukazzjoni oħra

85.3 , 85.4 , 85.5 u 85.6

Attivitajiet ta' kura residenzjali

87

Attivitajiet ta' ħidma soċjali mingħajr akkomodazzjoni

88

Attivitajiet kreattivi, tal-arti u divertiment

90

Mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra

91

Attivitajiet ta' sport

93.1

Attivitajiet ta' organizzazzjonijiet bi sħubija

94

2.4.4.    Linji gwida dwar l-implimentazzjoni b'rabta mal-użu ta' metodu tal-kampjunar għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti

2.4.4.1.   Il-prinċipji ġenerali

(a)

L-organizzazzjoni għandha tħejji deskrizzjoni ċara tal-kamp ta' applikazzjoni li qed jiġi ssuġġerit għall-metodu tal-kampjunar (l-għadd ta' siti, lista tas-siti kollha koperti u deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet tagħhom, kif ukoll referenza għas-siti esklużi mill-kampjunar);

(b)

is-siti li l-organizzazzjonijiet jissuġġerixxu li jiddaħħlu fil-metodu tal-kampjunar għandhom jitqassmu fi grupp wieħed jew iktar ta' siti simili kif spjegat fit-Taqsima 2.4.3.2(c) ta' din il-Gwida għall-utent. Il-livell ta' xebh bejn is-siti fi grupp ta' siti jrid jiżgura li l-verifika ta' kampjun ta' siti minn fosthom tkun tirrappreżenta tassew lill-grupp kollu. Kif issemma fit-Taqsima 2.4.3.2(d), is-siti kollha li ma jkunux inklużi fi grupp minħabba nuqqas ta' xebh għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kampjunar u jridu jiġu vverifikati b'mod individwali;

(c)

il-verifikatur għandu jaqbel mal-kamp ta' applikazzjoni ssuġġerit, jiddefinixxi n-natura ta' kull grupp ta' siti u jabbozza pjan ta' verifika li għandu jkun fih deskrizzjoni tal-metodoloġija u tal-kriterji użati biex jiġu ddefiniti l-gruppi tas-siti, il-metodu li se jintuża biex jingħażlu s-siti (kemm għall-parti aleatorja u kemm għal dik li mhijiex) u l-iskeda taż-żmien tal-verifika. Dan il-pjan ta' verifika għandu jinkludi wkoll l-attivitajiet u l-proċessi ewlenin ta' kull grupp ta' siti, l-aspetti ambjentali sinifikanti marbutin ma' kull grupp ta' siti u stima tal-livelli ta' riskju ta' inċidenti ambjentali marbutin ma' dawn l-aspetti.

2.4.4.2.   Il-metodu tal-kampjunar

Il-metodu tal-kampjunar biex jingħażlu s-siti għaż-żjarat fuq il-post fil-gruppi differenti ta' siti jrid jikkonforma mar-rekwiżiti deskritti hawn taħt:

(a)

għandu jittieħed kampjun rappreżentattiv minn kull grupp ta' siti simili;

(b)

il-kampjunar għandu jkun parzjalment selettiv, abbażi tal-fatturi stabbiliti hawn taħt, u parzjalment mhux selettiv (aleatorju), u għandu jwassal biex ikun hemm firxa rappreżentattiva ta' siti differenti;

(c)

f'kull grupp, tal-inqas nofs il-kampjun tas-siti (aġġustat għaċ-ċifra sħiħa superjuri) għandu jingħażel b'mod aleatorju (jiġifieri b'mod mhux selettiv). Il-verifikatur ambjentali għandu jiddokumenta l-proċedura użata biex issir din l-għażla aleatorja;

(d)

il-metodoloġija għall-parti selettiva tal-kampjunar li jkun għad baqa' għandha tqis id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn taħt. Il-metodoloġija għandha tiżgura li s-siti magħżulin ikollhom l-ikbar differenzi possibbli bejniethom u għandha tinkludi tal-inqas l-aspetti li ġejjin:

ir-riżultati tar-reviżjoni ambjentali u tal-verifiki interni tas-siti jew tal-verifiki ta' qabel;

ir-reġistri tal-inċidenti, tal-ilmenti u ta' aspetti rilevanti oħrajn tal-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni;

il-varjazzjonijiet sinifikanti fid-daqs tas-siti;

il-varjazzjonijiet fis-sistema ta' ġestjoni u fil-proċessi li jitwettqu fis-siti u l-kumplessità tagħhom;

il-modifiki li saru wara l-aħħar verifika;

il-maturità tas-sistema ta' ġestjoni u l-għarfien tal-organizzazzjoni;

id-differenzi fil-kultura, fil-lingwa u fir-rekwiżiti regolatorji; u

il-firxa ġeografika.

Filwaqt li jqis dawn l-aspetti, il-verifikatur għandu jimmira wkoll li fil-kampjun idaħħal kemm jista' jkun siti li jkun għadhom ma ġewx ivverifikati;

(e)

l-għadd minimu ta' siti li għandu jiddaħħal fil-kampjun meħud minn kull grupp ta' siti jiġi kkalkulat abbażi tal-formula li ġejja:

għall-ewwel reġistrazzjoni fl-EMAS u għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni, dan l-għadd għandu jkun l-għerq kwadrat tal-għadd ta' siti inklużi fil-grupp, immultiplikat bi 2 u aġġustat għaċ-ċifra sħiħa superjuri (pereżempju għal grupp ta' 100 sit: √100 × 2 = 20);

(f)

id-daqs tal-kampjun għandu jiżdied meta l-analiżi tal-verifikaturi ambjentali tas-siti inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS tkun tindika li jkun hemm ċirkustanzi speċjali marbutin ma' fatturi bħal dawk li ġejjin:

id-daqs tas-siti u l-għadd ta' impjegati (pereżempju sit b'iktar minn 50 impjegat fih);

il-kumplessità u r-riskju għal gruppi ta' siti li ma jkunux jixxiebhu;

il-varjazzjonijiet fil-prestazzjoni ambjentali;

il-varjazzjonijiet fil-prattiki tax-xogħol u fir-rappurtar tal-impatti ambjentali;

il-varjazzjonijiet fl-attivitajiet imwettqin;

is-sinifikat tal-aspetti ambjentali u tal-impatti ambjentali assoċjati magħhom u l-estent tagħhom;

ir-reġistri tal-ilmenti u ta' aspetti rilevanti oħrajn tal-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni; u

ir-riżultati tal-verifiki interni u tal-eżami mill-maniġment.

Eżempju ta' verifika ta' organizzazzjoni li għandha diversi siti bl-użu tal-metodu tal-kampjunar:

Ejja nieħdu l-eżempju ta' kumpanija attiva fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ħwejjeġ, li għandha s-siti li ġejjin:

100 ħanut ta' iktar minn 150 m2

400 ħanut ta' inqas minn 150 m2

tlett imħażen ta' daqsijiet differenti li fihom jinħażnu affarijiet differenti

kwartieri ġenerali wieħed

1.

Raggruppament tas-siti biex jiġi applikat il-metodu tal-kampjunar:

Il-grupp numru 1: 100 ħanut ta' iktar minn 150 m2

Il-grupp numru 2: 400 ħanut ta' inqas minn 150 m2

Siti individwali:

tlett imħażen

kwartieri ġenerali wieħed

2.

Verifika qabel l-ewwel reġistrazzjoni:

Is-siti individwali kollha (tlett imħażen u kwartieri ġenerali wieħed)

Il-grupp numru 1: tal-inqas √100 ħanut × 2 = 20 ħanut

Il-grupp numru 2: tal-inqas √400 ħanut × 2 = 40 ħanut

3.

Verifika qabel it-tiġdid tar-reġistrazzjoni:

Għandha ssir żjara fis-siti individwali kollha

Il-grupp numru 1: tal-inqas √100 ħanut × 2 = 20 ħanut

Il-grupp numru 2: tal-inqas √400 ħanut × 2 = 40 ħanut

2.4.5.    Id-dokumentazzjoni tar-raġunament wara d-daqs tal-kampjuni u l-metodi tal-kampjunar fid-dikjarazzjoni ambjentali

L-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS li għalihom il-verifikatur ambjentali jkun uża pjan ta' kampjunar jew ta' verifika, kif imsemmi fit-Taqsima 2.4.3 ta' din il-Gwida għall-utent, għandhom jiddokumentaw dan il-pjan ta' kampjunar fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom. Fid-dikjarazzjoni ambjentali għandu jiġi spjegat (fil-qosor) ir-raġunament wara l-metodu użat għar-raggruppament tas-siti u għall-għażla tad-daqs tal-kampjun. Fid-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun hemm lista tas-siti kollha u għandha ssir distinzjoni ċara bejn is-siti li saritilhom żjara u dawk li ma saritilhomx waħda.

2.5.   IL-PROĊEDURA TAR-REĠISTRAZZJONI

Ir-Regolament dwar l-EMAS III jipprovdi xi regoli ġenerali dwar ir-reġistrazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jadattaw dawn ir-regoli fil-leġiżlazzjoni ambjentali tagħhom stess.

Ladarba s-sistema tkun ġiet implimentata u vverifikata u d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS tkun ġiet ivvalidata, il-pass li jkun imissha tagħmel l-organizzazzjoni jkun li tibgħat l-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni lill-korp kompetenti.

2.5.1.    Liema korp kompetenti tuża organizzazzjoni?

Tabella 11

Il-korpi kompetenti għar-reġistrazzjonijiet differenti  (32)

Sitwazzjonijiet differenti

Fejn għandek tirreġistra

Organizzazzjoni b'sit wieħed fl-UE

Għand il-korp kompetenti li l-Istat Membru li fih tinsab l-organizzazzjoni jkun ħatar b'mod uffiċjali.

Organizzazzjoni b'diversi siti fi Stat Membru wieħed (Stat Federali jew simili)

Għand il-korp kompetenti li l-Istat Membru jkun ħatar għal dan il-għan.

Reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet b'diversi siti f'diversi Stati Membri tal-UE (reġistrazzjoni korporattiva fl-UE)

F'każ ta' reġistrazzjoni korporattiva fl-UE, il-post fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali jew fejn ikun jinsab iċ-ċentru ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni (f'dik l-ordni ta' preferenza) huwa deċiżiv biex jiġi stabbilit il-korp kompetenti ewlieni.

Reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet b'sit wieħed jew aktar f'pajjiżi terzi (reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi)

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament dwar l-EMAS, ir-reġistrazzjoni f'dak l-Istat Membru speċifiku se tkun tiddependi, fil-prattika, fuq id-disponibbiltà ta' verifikaturi akkreditati. Il-verifikatur potenzjali għandu jkun akkreditat f'dak l-Istat Membru speċifiku li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi, għal dak il-pajjiż terz speċifiku u għas-settur ekonomiku jew għas-setturi ekonomiċi speċifiċi involuti (stabbiliti abbażi tal-kodiċijiet tal-NACE).

Reġistrazzjoni ta' organizzazzjoni b'diversi siti fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi (reġistrazzjoni f'livell dinji)

L-Istat Membru fejn ikun jinsab il-korp kompetenti inkarigat minn din il-proċedura se jkun stabbilit abbażi tal-kundizzjonijiet li ġejjin, fl-ordni ta' preferenza li ġej:

(1)

meta l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi, l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru;

(2)

jekk il-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni ma jkunux jinsabu fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi, iżda hija jkollha ċentru ta' ġestjoni hemmhekk, l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru;

(3)

jekk l-organizzazzjoni li tapplika għar-reġistrazzjoni f'livell dinji la jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha u lanqas ċentru ta' ġestjoni fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi, hija jkollha twaqqaf ċentru ta' ġestjoni ad hoc fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi u tibgħat l-applikazzjoni tagħha lill-korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

Nota:

Jekk l-applikazzjoni tkun tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, għandha tiġi segwita l-proċedura ta' koordinazzjoni bejn il-korpi kompetenti involuti, kif stabbilit fit-Taqsima 3.2 (tal-Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta' Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009). Imbagħad dak il-korp kompetenti jaġixxi bħala l-korp kompetenti ewlieni għall-aspetti tal-proċedura marbutin mar-reġistrazzjoni korporattiva fl-UE.

Nota: F'dak li għandu x'jaqsam mar-reġistrazzjoni, l-istrutturi rilevanti jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Is-soltu kull Stat Membru jkollu korp kompetenti wieħed; madankollu, f'ċerti Stati Membri huwa komuni li ssib korpi kompetenti differenti fil-livell reġjonali.

2.5.2.    Id-dokumenti u/jew ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni

L-applikazzjoni trid tintbagħat fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tixtieq tiġi rreġistrata. Din irid ikun fiha:

(1)

dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS ivvalidata (fil-forma ta' dokument elettroniku jew ta' dokument stampat);

(2)

dikjarazzjoni ffirmata mill-verifikatur ambjentali li tikkonferma li l-verifika u l-validazzjoni saru skont ir-Regolament (skont l-Anness VII tar-Regolament);

(3)

il-formola tal-applikazzjoni mimlija (l-Anness VI tar-Regolament), li jkun fiha informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, dwar is-siti u dwar il-verifikatur ambjentali;

(4)

evidenza li tħallsu t-tariffi, jekk ikun hemm.

2.5.3.    Il-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu qabel il-proċess tar-reġistrazzjoni tal-EMAS jew waqt dan il-proċess

(1)

Il-verifika u l-validazzjoni jridu jkunu saru skont ir-Regolament;

(2)

il-formola tal-applikazzjoni trid tkun imtliet kollha u d-dokumenti kollha ta' appoġġ iridu jkunu kif suppost;

(3)

il-korp kompetenti jrid ikun issodisfat, abbażi tal-evidenza materjali li jkun irċieva, li ma hemm l-ebda ksur tar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent. Rapport bil-miktub min-naħa tal-awtorità tal-infurzar li fih jingħad li ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' ksur ta' dan it-tip ikun evidenza materjali adattata;

(4)

ma jrid ikun hemm l-ebda lment rilevanti min-naħa tal-partijiet interessati, jew inkella l-ilmenti jridu jkunu ssolvew b'mod sodisfaċenti;

(5)

il-korp kompetenti jrid ikun issodisfat, abbażi tal-evidenza li jkun irċieva, li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament;

(6)

il-korp kompetenti jrid ikun irċieva t-tariffa dovuta, jekk ikun hemm.

Hija meqjusa l-aħjar prattika li korp kompetenti jieħu deċiżjoni finali dwar ir-reġistrazzjoni fl-EMAS ta' organizzazzjoni li tkun applikat għal dan fi żmien tliet xhur minn meta tkun ġiet aċċettata l-applikazzjoni. F'każijiet eċċezzjonali biss jista' jiġi ġġustifikat perjodu itwal biex tintlaħaq deċiżjoni finali dwar ir-reġistrazzjoni.

2.5.4.    Is-sospensjoni ta' organizzazzjoni mir-reġistru jew it-tneħħija tagħha minnu

Dan jista' jseħħ fil-każijiet li ġejjin:

jekk korp kompetenti jkollu raġuni jaħseb li l-organizzazzjoni ma tikkonformax mar-Regolament;

jekk korp kompetenti jirċievi rapport ta' sorveljanza bil-miktub mingħand korp ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar li jkun fih evidenza li l-verifikatur ambjentali ma jkunx wettaq il-kompiti tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament;

jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tibgħat xi wieħed mid-dokumenti li ġejjin lill-korp kompetenti fi żmien xahrejn minn meta tintalab tagħmel dan: id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata, id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jew id-dikjarazzjoni dwar l-attivitajiet ta' verifika u ta' validazzjoni ffirmata mill-verifikatur (l-Anness VII), jew il-formola tal-applikazzjoni (l-Anness VI);

jekk korp kompetenti jkun infurmat dwar xi ksur tar-rekwiżiti ġuridiċi marbutin mal-ambjent permezz ta' rapport bil-miktub mingħand l-awtorità tal-infurzar.

Il-korp kompetenti jista' jneħħi s-sospensjoni biss meta jirċievi informazzjoni sodisfaċenti dwar il-konformità tal-organizzazzjoni mar-Regolament.

Ir-Regolament dwar l-EMAS ma jispeċifikax it-tul ta' żmien tas-sospensjonijiet, u għalhekk huma l-korpi kompetenti rispettivi li għandhom jiddeċiedu dwar dan. Madankollu, dawn is-sospensjonijiet ma għandhomx idumu aktar minn 12-il xahar.

Figura 10

Il-pilastri tal-EMAS. Il-proċedura tar-reġistrazzjoni

Image

2.6.   IL-BIDLIET SOSTANZJALI

Organizzazzjoni li tkun qed tagħmel bidliet fl-operat, fl-istruttura, fl-amministrazzjoni, fil-proċessi, fl-attivitajiet, fil-prodotti jew fis-servizzi tagħha trid tqis l-impatt ambjentali ta' dawn il-bidliet, minħabba li dawn jistgħu jaffettwaw il-validità tar-reġistrazzjoni tagħha fl-EMAS. Il-bidliet iż-żgħar jistgħu jiġu assorbiti, iżda l-bidliet sostanzjali se jkunu jeħtieġu li jiġu aġġornati r-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, il-programm ambjentali, is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali. Id-dokumenti kollha aġġornati għandhom jiġu vverifikati u vvalidati fi żmien sitt xhur. Wara l-validazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tibgħat il-bidliet lill-korp kompetenti billi tuża l-Anness VI tar-Regolament.

Figura 11

Dijagramma f'sekwenzi dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-bidliet sostanzjali fil-kuntest tal-EMAS

Image

3.   L-UŻU TAL-LOGO TAL-EMAS

X'inhu l-logo tal-EMAS?

Il-logo tal-EMAS huwa immaġni grafika assoċjata mal-affarijiet li ġejjin:

mal-implimentazzjoni korretta tal-EMAS;

mal-impenn favur titjib kontinwu b'rabta mal-ambjent;

mal-involviment attiv tal-impjegati;

mal-kredibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u

mal-konformità legali ppruvata.

Il-logo tal-EMAS huwa mod tajjeb kif wieħed juri li l-organizzazzjoni hija favur l-ambjent.

3.1.   KIF GĦANDEK TUŻA L-LOGO TAL-EMAS

L-organizzazzjonijiet li għandhom reġistrazzjoni valida fl-EMAS biss jistgħu jużaw il-logo tal-EMAS, li jintuża kif ġej:

il-logo dejjem irid ikollu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni, ħlief fil-każ tal-attivitajiet ta' promozzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni tal-EMAS;

il-logo uffiċjali biss huwa validu;

jekk l-organizzazzjoni jkollha diversi siti li mhux kollha jkunu inklużi fir-reġistrazzjoni, hija tista' tuża l-logo biss għas-siti rreġistrati u ma għandhiex tagħti l-impressjoni li l-organizzazzjoni kollha hija rreġistrata;

id-dikjarazzjoni ambjentali preferibbilment għandu jkollha l-logo fuqha.

Figura 12

Il-logo tal-EMAS

Image

L-użu tal-logo tal-EMAS għall-attivitajiet ta' promozzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni tal-iskema

Din hija l-unika sitwazzjoni meta l-logo tal-EMAS jista' jintuża mingħajr in-numru tar-reġistrazzjoni. Il-korpi kompetenti, il-korpi ta' akkreditazzjoni u ta' liċenzjar u l-partijiet interessati l-oħrajn jistgħu jużaw il-logo.

3.2.   KIF M'GĦANDEKX TUŻA L-LOGO TAL-EMAS

Il-logo ma għandux jintuża fuq il-prodotti jew fuq l-imballaġġ, sabiex ma jkunx hemm konfużjoni mat-tikketti tal-prodotti;

il-logo ma għandux jintuża ma' dikjarazzjonijiet komparattivi dwar attivitajiet u servizzi oħrajn.

Il-logo ma għandux jintuża b'tali mod li jkun jista' jitħawwad ma' tikketti oħrajn tal-prodotti jew tas-servizzi.

Tabella 12

Eżempji tal-użu tal-logo tal-EMAS

Numru

Eżempju jew sitwazzjoni

Użu permess jew le

1

Logo fuq l-ittri, l-envelopps, il-biljetti tan-negozju, l-uniformi korporattiva, il-kompjuters korporattivi u l-basktijiet u l-bnadar tal-EMAS ta' organizzazzjoni rreġistrata, u użu simili ieħor tal-logo tal-EMAS għall-finijiet ta' promozzjoni fil-livell korporattiv.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni, minħabba li użu bħal dan iservi ta' promozzjoni għall-organizzazzjoni rreġistrata fl-EMAS.

2

Logo fuq l-intestatura ta' dokument mibgħut lill-awtoritajiet li jkun fih dejta vvalidata dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

3

Logo fuq fowlder li jkun fih rapport dwar organizzazzjoni parzjalment irreġistrata.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni, iżda l-logo irid isemmi biss lis-siti rreġistrati.

4

Logo fuq prodott bil-messaġġ “prodott ekoloġiku”.

LE, għax jista' jitħawwad mal-ekotikketti tal-prodotti.

5

Logo fir-rivista ta' linja tal-ajru rreġistrata (li tingħata waqt it-titjira), flimkien ma' xi informazzjoni vvalidata.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

6

Logo fuq ajruplan, ferrovija, karozza tal-linja, karozza jew trakk tal-kumpanija jew metro ta' kumpanija rreġistrata fl-EMAS.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

7

Logo mqiegħed fuq trakk ta' kumpanija tad-distribuzzjoni rreġistrata, flimkien ma' isem il-kumpanija u mad-dikjarazzjoni vvalidata li ġejja: “Bejn l-2009 u l-2012 naqqasna l-konsum medju tad-diżil tal-flotta tat-trakkijiet tagħna b'20 % għal x litru għal kull 100 km”.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

8

Logo stampat fuq ritratt ta' akkomodazzjoni għat-turisti mhux irreġistrata inkluża fil-katalgu ta' aġenzija tal-ivvjaġġar irreġistrata.

LE, għax l-użu tal-logo joħloq konfużjoni. Il-logo jista' jintuża biss għall-aġenzija tal-ivvjaġġar.

9

Logo stampat fuq il-katalgu ta' aġenzija tal-ivvjaġġar irreġistrata li fih informazzjoni vvalidata dwar il-miżuri favur it-turiżmu sostenibbli li l-organizzazzjoni implimentat.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

10

Logo mqiegħed fuq dokument intern imqassam lill-impjegati li fih informazzjoni vvalidata dwar it-tħaddim tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali biss.

IVA, u mal-logo m'hemmx bżonn jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni, minħabba li din hija komunikazzjoni interna maħsuba biex jiżdied l-għarfien ġenerali tal-persunal dwar is-sistema.

11

Logo fuq il-bullettin jew il-qoxra ta' fuljett għall-klijenti u għall-fornituri, li l-kontenut tagħhom ikun ittieħed mid-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni, minħabba li din hija komunikazzjoni għall-pubbliku inġenerali li fiha jingħataw eżempji konkreti ta' kumpanija speċifika rreġistrata fl-EMAS, maħruġa minn dik l-organizzazzjoni rreġistrata stess.

12

Logo fir-rapport ambjentali annwali ta' azjenda li jinkludi siti rreġistrati u mhux irreġistrati, fil-bidu tal-kapitlu dwar id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata li fiha s-siti tal-organizzazzjoni rreġistrati fl-EMAS huma identifikabbli b'mod ċar.

IVA, flimkien man-numru jew man-numri tar-reġistrazzjoni. Jekk ir-reġistrazzjoni tkun reġistrazzjoni korporattiva li fiha diversi siti jaqgħu taħt l-istess numru, irid jintuża dak in-numru. Jekk is-siti kollha tal-EMAS ikunu rreġistrati b'mod individwali, in-numri tar-reġistrazzjoni tas-siti individwali jridu jkunu jistgħu jiġu rrikonoxxuti.

13

Logo bħala immaġni grafika fl-isfond ta' lista ta' dejta ambjentali vvalidata f'rapport kummerċjali.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

14

Fuljett ġenerali ta' organizzazzjoni governattiva dwar kif l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS inġenerali jistgħu jirriċiklaw jew jipproċessaw bl-aħjar mod id-diversi frazzjonijiet tagħhom tal-iskart.

IVA, mingħajr in-numru tar-reġistrazzjoni, minħabba li dan il-fuljett għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-EMAS inġenerali u għalhekk mhuwiex marbut ma' numru tar-reġistrazzjoni.

15

Logo maġenb informazzjoni ambjentali vvalidata fuq is-sit web tal-organizzazzjoni.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

16

Logo fuq l-istends tal-wirja ta' organizzazzjoni rreġistrata, li jservi biex jippromwovi lill-organizzazzjoni rreġistrata bħala tali.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

17

Logo fuq l-istends tal-wirja ta' organizzazzjoni rreġistrata, li jservi biex jippromwovi lill-EMAS bħala sistema ta' ġestjoni ambjentali inġenerali.

IVA, u mal-logo m'hemmx bżonn jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni, minħabba li dan qed jintuża għall-promozzjoni tal-EMAS.

18

Logo f'gazzetta, bħala immaġni grafika fl-isfond ta' riklam konġunt ta' żewġ kumpaniji li jkunu qed iħabbru l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-ambjent matul il-katina tal-provvista (waħda rreġistrata u l-oħra le).

LE, għax l-użu tal-logo joħloq konfużjoni, minħabba li waħda mill-organizzazzjonijiet mhijiex irreġistrata.

19

Logo mingħajr numru tar-reġistrazzjoni użat għall-finijiet ta' promozzjoni minn organizzazzjoni li mhijiex irreġistrata.

IVA, iżda għall-attivitajiet ta' promozzjoni tal-EMAS biss u mhux għall-promozzjoni tal-organizzazzjoni nnifisha.

20

Logo fuq il-biljetti ta' organizzazzjoni muniċipali tat-trasport irreġistrata.

IVA, u mal-logo m'hemmx bżonn jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni jekk dan jintuża għall-promozzjoni tal-EMAS inġenerali. Jekk il-logo fuq il-biljetti jkun qed jippromwovi organizzazzjoni speċifika rreġistrata fl-EMAS, fuq il-biljetti jrid jingħata wkoll in-numru tar-reġistrazzjoni ta' dik l-organizzazzjoni speċifika.

4.   KIF TGĦADDI MINN SISTEMI TA' ĠESTJONI AMBJENTALI OĦRAJN GĦALL-EMAS

L-għadd ta' sistemi ta' ġestjoni ambjentali fl-UE kollha qiegħed dejjem jikber, u dawn għandhom l-għan li jkopru l-ħtiġijiet f'oqsma speċifiċi jew f'setturi ta' attività speċifiċi. L-amministrazzjonijiet lokali jew reġjonali jistgħu jużaw dawn is-sistemi sabiex itejbu s-sostenibbiltà jew il-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Tista' ssib l-aktar sistemi rilevanti minn fost dawn is-sistemi kollha billi tmur fl-indirizz elettroniku mogħti fl-Anness ta' din il-gwida.

Ir-Regolament dwar l-EMAS isemmi l-possibbiltà li wieħed jivvaluta l-livell ta' ekwivalenza bejn din is-sistema u sistemi oħrajn. Ir-rikonoxximent uffiċjali tas-sistemi ta' ġestjoni ambjentali l-oħrajn jew ta' partijiet minnhom jista' jiffaċilita t-tranżizzjoni tal-organizzazzjoni lejn l-EMAS. Il-proċedura hija kif ġej:

(a)

l-Istati Membri jridu jibagħtu talba bil-miktub lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali jew ta' parti minnha;

(b)

il-partijiet rilevanti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali u l-elementi li jikkorrispondu għall-EMAS iridu jiġu analizzati u speċifikati fit-talba, u trid tingħata evidenza tal-ekwivalenza tagħhom għall-EMAS;

(c)

il-Kummissjoni tibgħat il-proposta lill-Kumitat tal-EMAS (stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament);

(d)

wara li l-Kummissjoni tapprovahom, id-dettalji tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali rrikonoxxuta jew ta' partijiet minnha jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-organizzazzjonijiet li jkunu implimentaw sistema ta' ġestjoni ambjentali rrikonoxxuta jew partijiet minnha ma jkollhomx għalfejn jirrepetu dawk il-partijiet li jkunu diġà rrikonoxxuti meta jaqilbu għall-EMAS.

Kull Stat Membru għandu l-proċeduri tiegħu stess biex jittratta l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent. Għal aktar tagħrif dwar dawn il-proċeduri, staqsi lill-korp kompetenti rilevanti.

5.   L-EMAS III GĦALL-INTRAPRIŻI Ż-ŻGĦAR U TA' DAQS MEDJU (L-SMES)

“Organizzazzjonijiet żgħar” tfisser:

(a)

intrapriżi mikro, żgħar jew ta' daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 […]; jew

(b)

awtoritajiet lokali li jiggvernaw inqas minn 10 000 abitant jew awtoritajiet pubbliċi oħra li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li jkollhom baġit annwali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun, jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx EUR 43 miljun, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(c)

gvern jew amministrazzjoni pubblika oħra, jew korpi pubbliċi konsultattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali;

(d)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi nazzjonali, inklużi dmirijiet, attivitajiet jew servizzi speċifiċi relatati mal-ambjent; u

(e)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi, jew li jipprovdu servizzi pubbliċi, relatati mal-ambjent taħt il-kontroll ta' korp jew persuna msemmija fil-punt (b).

Il-perjodu tal-verifika u tal-verifika interna

Il-verifika sħiħa tal-SMEs tista' ssir fuq erba' snin minflok fuq tlieta. Il-perjodu taż-żmien għall-verifika interna wkoll jista' jiġi estiż minn sena għal sentejn għalihom. L-istess japplika għad-dikjarazzjoni ambjentali. Madankollu, kull sena l-organizzazzjoni xorta waħda trid tibgħat dikjarazzjoni aġġornata mhux ivvalidata lill-korp kompetenti.

Biex tibbenefika minn din l-għażla, l-organizzazzjoni trid tibgħat applikazzjoni lill-korp kompetenti dwar dan, li jista' jestendi l-perjodu taż-żmien permess jekk il-verifikatur ikun ikkonferma li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 7, jiġifieri:

li ma hemm l-ebda riskju ambjentali sinifikanti;

li ma kien hemm l-ebda bidla sostanzjali fl-organizzazzjoni;

li l-organizzazzjoni ma tikkontribwixxix għal problemi lokali sinifikanti.

Il-verifika u l-validazzjoni

Il-verifikaturi ambjentali għandhom iqisu l-karatteristiċi tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar biex ma jgħabbuhomx aktar milli hemm bżonn. L-SMEs ta' spiss ikollhom riżorsi u mezzi limitati, u allura ma jkunux jifilħu jlaħħqu daqshekk ma' rappurtar estensiv u ma' proċeduri fit-tul. Il-verifikatur għandu jqis ukoll karatteristiċi oħrajn tal-SMEs, bħall-persunal multifunzjonali, it-taħriġ fuq il-post u l-kapaċità tagħhom li jadattaw malajr għall-bidliet. L-għan ewlieni huwa li tinkiseb evidenza oġġettiva li l-EMAS qed taħdem b'mod effettiv u li l-proċeduri huma adattati għad-daqs u għall-kumplessità tan-negozju, għall-kompetenza tal-persunal tiegħu u għan-natura tal-impatti ambjentali.

It-tariffi

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi hu stess it-tariffi għall-proċeduri tar-reġistrazzjoni fl-EMAS. Xi wħud ma jitolbux ħlas. Fi kwalunkwe każ, skont ir-Regolament, it-tariffi jridu jkunu raġonevoli u proporzjonati mad-daqs tal-organizzazzjoni.

L-appoġġ tekniku u finanzjarju

L-appoġġ tekniku u finanzjarju għall-EMAS inġenerali, u għall-SMEs b'mod partikulari, għandu jingħata fuq żewġ livelli. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħrif dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi u dwar l-awtoritajiet tal-infurzar, kif ukoll tagħrif tekniku dwar il-verifikaturi akkreditati jew liċenzjati, il-proċeduri tar-reġistrazzjoni, l-għotjiet u l-appoġġ finanzjarju. Il-Kummissjoni tipprovdi tagħrif u tħejji t-triq għall-organizzazzjonijiet li jkunu jixtiequ jirreġistraw fl-EMAS billi tirrikonoxxi partijiet minn sistemi ta' ġestjoni ambjentali oħrajn jew billi tintegra l-EMAS f'politiki oħrajn tal-UE.

Il-metodu tal-“EMAS Easy”

Għalkemm il-metodu tal-“EMAS Easy” ma jissemmiex fir-Regolament, għandu jitqies bħala għodda li l-organizzazzjonijiet iż-żgħar għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom (33). Dan jgħinhom jimplimentaw ir-rekwiżiti kollha tal-EMAS malajr, mingħajr ma jonfqu ħafna flus u mingħajr problemi.

Ir-raggruppament u l-approċċ pass pass

L-awtoritajiet lokali, f'kooperazzjoni mal-kmamar tal-kummerċ, mal-assoċjazzjonijiet industrijali u ma' partijiet oħrajn, jistgħu jagħtu appoġġ lill-SMEs li jkunu jixtiequ jimplimentaw l-EMAS billi jiffaċilitaw ir-raggruppament u l-approċċ pass pass.

Ir-“raggruppament” huwa mod kif wieħed jimplimenta l-EMAS bħala grupp, u huwa utli għall-organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-istess settur ta' attività jew li jinsabu fl-istess żona ġeografika. Dawn jistgħu jaqsmu l-proċess tal-implimentazzjoni bejniethom u mbagħad ikomplu bir-reġistrazzjoni individwali tagħhom.

L-approċċ pass pass jista' jiġi adattat għall-ħtiġijiet ta' kull Stat Membru individwali. Dan jista' jintrabat, pereżempju, ma' proġetti jew pjanijiet ġenerali biex tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-EMAS f'muniċipalità jew f'żona fejn entitajiet differenti jkunu qed jippjanaw li jinkuraġġixxu lill-organizzazzjonijiet jimplimentaw prattiki ambjentali tajbin f'diversi fażijiet jew b'diversi modi.

Eżempju: Eżempju tajjeb ta' dan l-approċċ jista' jkun li wieħed jieħu grupp ta' SMEs f'żona industrijali jew f'reġjun immexxi mill-muniċipalità, f'kooperazzjoni ma' kamra tal-kummerċ u mal-assoċjazzjonijiet industrijali li jaħdmu f'dik iż-żona. L-organizzazzjonijiet involuti jistgħu jieħdu sehem fi pjan ta' implimentazzjoni pass pass tal-EMAS. L-ewwel pass ikun li tingħata għajnuna lill-kumpaniji kollha biex iwettqu reviżjoni ambjentali tal-EMAS. It-tieni pass ikun jinvolvi t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' prattiki tajbin ta' ġestjoni. It-tielet pass ikun li tiġi stabbilita sistema formali ta' ġestjoni ambjentali bħall-EN ISO 14001. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji jistgħu jaqilbu għall-EMAS bħala s-sistema ta' ġestjoni ewlenija.

Dan l-approċċ jista' jkun opportunità biex gruppi ta' organizzazzjonijiet, setturi ta' attività jew territorji speċifiċi jiżviluppaw pjanijiet tal-promozzjoni fejn ikun hemm interess li tiġi promossa l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni ambjentali, formali jew mhux, qabel ma dawn jaqilbu għalkollox għall-EMAS.

ANNESS II

Tista' ssib aktar tagħrif marbut mal-EMAS li tista' tużah flimkien ma' din il-gwida għall-utent fuq il-paġni web tal-EMAS tal-Kummissjoni Ewropea hawnhekk: http://ec.europa.eu/environment/emas/ fejn tista' ssib:

ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-25 ta' Novembru 2009 — http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:342:0001:0045:MT:PDF;

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — It-twaqqif ta' pjan ta' ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta' setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament dwar l-EMAS — http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52011XC1208(01);

id-dokumenti ta' referenza settorjali tal-EMAS għas-setturi ta' prijorità identifikati — http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications/sectoral_reference_documents_en.htm;

l-iskedi informattivi dwar 20 approċċ għas-sistemi ta' ġestjoni ambjentali (minn dak pass pass sa dak tal-EMAS) — http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications/publications_studies_en.htm#Step%20up%20to%20EMAS;

l-indiċi tal-korpi kollha kompetenti, tal-korpi kollha ta' akkreditazzjoni u tal-korpi kollha ta' liċenzjar involuti fl-EMAS — http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_contacts/competent_bodies_en.htm;

id-dokumenti tal-EMAS — http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications_en.htm;

l-iskedi informattivi dwar l-EMAS dwar suġġetti speċifiċi li għalihom ġiet identifikata l-ħtieġa ta' tagħrif aktar iddettaljat — http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications/publications_studies_en.htm#Fact%20Sheets;

l-EMAS Globali — id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE tas-7 ta' Diċembru 2011 dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta' Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali [ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi] (EMAS) — http://eur-lex.europa.eu/legalcontent/EN/TXT/?qid=1512397918431&uri=CELEX:32011D0832

http://ec.europa.eu/environment/emas/join_emas/emas_global_en.htm.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE tas-7 ta' Diċembru 2011 dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta' Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali [ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi] (EMAS) (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 25).

(3)  http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications/publications_studies_en.htm#Study%20on%20the%20costs%20and%20benefits%20of%20EMAS%20to%20registered%20organisations.

(4)  Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“id-Direttiva IED”), li tħassar id-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (l-IPPC) b'effett mis-7 ta' Jannar 2013, tagħti lill-Istati Membri gwida ddettaljata dwar l-ispezzjonijiet ambjentali, li għalihom il-frekwenza taż-żjarat fuq il-post għandha tkun ibbażata fuq stima sistematika tar-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet ikkonċernati billi jintuża sett ta' kriterji li jinkludi l-parteċipazzjoni tal-operatur fl-EMAS.

(5)  L-istudju EVER, “Evaluation of EMAS and Eco-Label for their Revision”, li ċ-ċentru IEFE tal-Università Bocconi wettaq fl-2005 għad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea.

(6)  Hamschmidt J., Dyllick T. (2001). “ISO 14001: profitable? Yes! But is it eco-effective?”. Greener Management International, numru 34.

(7)  CESQA SINCERT. (2002). “Indagine sulla certificazione ambientale secondo la norma UNI EN ISO 14001 - Risultati indagine Triveneto”.

(8)  Freimann, W. (2001). “The impacts of corporate environmental management systems: a comparison of EMAS and ISO 14001”. Greener Management International, numru 36, pp. 91-103.

(9)  IRIS. (2000). “Environmental management systems — paper tiger or powerful tool”. The Swedish Institute of Production Engineering Research (L-Istitut Żvediż tar-Riċerka dwar l-Inġinerija tal-Produzzjoni). Molndal.

(10)  Iċ-ċifri fit-Tabella 1 huma indikattivi u għandhom x'jaqsmu mad-daqs tal-kategoriji rispettivi. Għalhekk dawn ma jistgħux jiġu applikati b'mod dirett għal kull organizzazzjoni f'kull sitwazzjoni.

(11)  Id-daqs tal-organizzazzjonijiet huwa kif inhu ddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE dwar id-definizzjoni tal-mikrointrapriżi u tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(12)  L-SMEs ta' spiss jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom fl-ewwel sena billi jimplimentaw l-EMAS permezz tal-metodoloġija tal-“EMAS Easy”. L-istimi ta' dan l-aħħar juru li, f'ċerti każijiet, fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu sa EUR 11 500 għall-mikroorganizzazzjonijiet u sa EUR 17 000 għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar. Dawn l-istimi huma indikattivi biss u jissejsu fuq dejta li taw l-SMEs li kienu qed jieħdu sehem f'seminars li saru għalihom f'diversi Stati Membri..

(13)  L-SMEs ta' spiss jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom fl-ewwel sena billi jimplimentaw l-EMAS permezz tal-metodoloġija tal-“EMAS Easy”. L-istimi ta' dan l-aħħar juru li, f'ċerti każijiet, l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu sa EUR 2 200 fis-sena għall-mikroorganizzazzjonijiet u sa EUR 3 300 fis-sena għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar. Dawn l-istimi huma indikattivi biss u jissejsu fuq dejta li taw l-SMEs li kienu qed jieħdu sehem f'seminars li saru għalihom f'diversi Stati Membri.

(14)  http://ec.europa.eu/environment/emas/join_emas/what_if_i_am_an_sme_en.htm.

(15)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(16)  Il-lista indikattiva ta' 11-il settur ta' prijorità li għalihom se jiġu żviluppati dokumenti ta' referenza settorjali ġiet ippubblikata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2011/C 358/02 intitolata “It-twaqqif ta' pjan ta' ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta' setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)” (ĠU C 358, 8.12.2011, p. 2).

(17)  http://ec.europa.eu/environment/emas/join_emas/what_if_i_am_an_sme_en.htm.

(18)  Skont proċedura uffiċjali tal-Artikolu 45 kif deskritta fir-Regolament dwar l-EMAS.

(19)  Kif speċifikat fl-Artikolu 10 u fl-Anness V tar-Regolament dwar l-EMAS u fit-Taqsima 3 ta' dan id-dokument.

(20)  Skont il-punt (e) tat-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-dejta disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f'taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C”. Skont it-Taqsima C tal-Anness IV, “kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont ta' dokumenti ta' referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.

(21)  Madankollu, ir-Regolament dwar l-EMAS mhuwiex il-post it-tajjeb fejn wieħed għandu jistabbilixxi metodoloġija jew għodda għall-iżvilupp ta' inventarji tal-emissjonijiet u/jew għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet.

(22)  Skont il-punt (e) tat-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f'taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C”. Skont it-Taqsima C tal-Anness IV, “kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont ta' dokumenti ta' referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.

(*1)  Id-definizzjoni uffiċjali tal-valur miżjud gross tinsab fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta' Settembru 2006 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tad-definizzjoni tal-varjabbli, il-lista tal-varjabbli u l-frekwenza tal-ġbir tad-data. “Il-valur miżjud fuq il-prezzijiet bażiċi jista' jiġi kkalkolat mid-dħul totali (minbarra l-VAT u taxxi oħra simili li jitnaqqsu u li huma direttament marbuta mad-dħul), biż-żieda tal-produzzjoni mdawra f'kapital, biż-żieda ta' dħul ieħor ta' operat u biż-żieda jew bit-tnaqqis tal-bdil fl-istokk, bit-tnaqqis tax-xiri tal-oġġetti u s-servizzi, bit-tnaqqis tat-taxxi fuq prodotti li huma direttament marbuta mad-dħul iżda li ma jitnaqqsux u biż-żieda ta' kwalunkwe sussidju fuq il-prodotti.” Id-dħul u l-infiq li fil-kontijiet tal-kumpanija jkun klassifikat bħala finanzjarju jew straordinarju huwa eskluż mill-valur miżjud. Għalhekk, is-sussidji fuq il-prodotti huma inklużi fil-valur miżjud fil-prezzijiet bażiċi, filwaqt li t-taxxi kollha fuq il-prodotti huma esklużi. Il-valur miżjud huwa kkalkolat “gross” peress li l-aġġustamenti tal-valur (bħad-deprezzament) ma jitnaqqsux.

Nota: Id-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS tista' tintuża biex wieħed jirrapporta dwar indikaturi ċentrali speċifiċi tal-prestazzjoni, b'mod partikulari l-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra.

(23)  Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(24)  Ir-referenza għal “dan ir-Regolament” fir-Regolament dwar l-EMAS hija referenza għar-“Regolament dwar l-EMAS”.

(25)  http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_registrations/register_en.htm.

(26)  Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta' l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(27)  Suġġett għar-rekwiżiti ta' sorveljanza tal-korp ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar tal-Istat Membru fejn jixtieq jaħdem, kif speċifikat fl-Artikolu 24 tar-Regolament dwar l-EMAS.

(28)  Il-punt A.9.1.2 tal-Anness II tar-Regolament, imsejjaħ “Evalwazzjoni tal-konformità”, u l-punt A.10.2 tal-Anness II tar-Regolament, imsejjaħ “Nuqqas ta' konformità u azzjoni korrettiva”.

(29)  L-Artikolu 13(2)(c) u l-verifika li m'hemm l-ebda lment rilevanti minn partijiet interessati, jew li l-ilmenti jkunu ġew solvuti b'mod sodisfaċenti (l-Artikolu 13(2)(d)).

(30)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(31)  Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

(32)  Lista bid-dettalji ta' kuntatt tal-korpi kompetenti, tal-korpi ta' akkreditazzjoni u tal-verifikaturi ambjentali fl-Istati Membri tal-UE u fin-Norveġja tinsab fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_contacts/competent_bodies_en.htm.

(33)  Tista' ssib aktar tagħrif dwar il-metodu tal-“EMAS Easy” fis-sit li ġej: http://ec.europa.eu/environment/emas/join_emas/what_if_i_am_an_sme_en.htm.