8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2017/2262

tal-4 ta' Diċembru 2017

li taħtar membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 255(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Ottubru 2017,

Billi:

(1)

Taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi stabbilit kumitat sabiex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Imħallef u ta' Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-gvernijiet tal-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet (minn hawn 'il quddiem il-“kumitat”).

(2)

Il-kumitat għandu jikkonsisti minn seba' persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, membri ta' qrati superjuri nazzjonali u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta, li wieħed minnhom għandu jiġi propost mill-Parlament Ewropew.

(3)

Jenħtieġ li tiġi kkunsidrata kompożizzjoni ekwilibrata tal-kumitat, kemm f'termini ta' bażi ġeografika kif ukoll f'termini tar-rappreżentanza tas-sistemi legali tal-Istati Membri.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li jinħatru l-membri tal-kumitat u l-President tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għal perijodu ta' erba' snin mill-1 ta' Marzu 2018, dawn li ġejjin huma maħtura membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

 

Is-Sur Christiaan TIMMERMANS, President

 

Is-Sur Simon BUSUTTIL

 

Is-Sur Frank CLARKE

 

Is-Sur Carlos LESMES SERRANO

 

Is-Sinjura Maria Eugénia MARTINS DE NAZARÉ RIBEIRO

 

Is-Sur Andreas VOSSKUHLE

 

Is-Sur Mirosław WYRZYKOWSKI

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2018.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PALO