|
29.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/5 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2201
tas-27 ta' Novembru 2017
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tat-2′-fukosillattożju prodott bil-varjant BL21 tal-Escherichia coli bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2017) 7662)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta' Awwissu 2014, il-kumpanija Jennewein Biotechnologie GmbH għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands biex tqiegħed it-trab u l-likwidu konċentrat tal-oligosakkaride 2′-fukosillattożju prodotti b'organiżmu ġenetikament immodifikat tal-varjant BL21 tal-Escherichia coli fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. Il-popolazzjoni fil-mira hija l-popolazzjoni infantili. |
|
(2) |
It-2′-fukosillattożju jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għax il-varjant BL21 ġenetikament modifikat tal- Escherichia coli jintuża bħala għajnuna fl-ipproċessar u l-materjal derivat mill-mikroorganiżmu modifikat ġenetikament mhuwiex preżenti fl-ikel il-ġdid. |
|
(3) |
Fit-3 ta' Ġunju 2016, l-awtorità kompetenti tan-Netherlands ħarġu l-ewwel rapport ta' evalwazzjoni tagħhom. F'dak ir-rapport din waslet għall-konklużjoni li t-trab u l-likwidu konċentrat tal-oligosakkaride 2′-fukosillattożju prodotti b'organiżmu ġenetikament immodifikat tal-varjant BL21 tal-Escherichia coli jissodisfa l-kriterji għal ikel ġdid kif stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(4) |
Fit-13 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni għaddiet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. |
|
(5) |
Matul il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tqajmu xi oġġezzjonijiet motivati. B'mod partikolari, tqajmu oġġezzjonijiet dwar il-livelli għolja ta' konsum ta' 2′-fukosillattożju. B'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, għandha tittieħed Deċiżjoni li tqis l-oġġezzjonijiet li saru. Għaldaqstant l-applikant biddel it-talba dwar l-ammont massimu ta' 2′-fukosillattożju fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment. B'dik il-bidla u bl-spjegazzjonijiet l-oħra li ta l-applikant, ittaffa dan it-tħassib, u l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġew issodisfati. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar. L-użu tat-2′-fukosillattożju fl-għamla ta' trab u likwidu konċentrat għandu jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament kif ukoll għal kwalunwke leġiżlazzjoni oħra li tapplika b'mod parallel għar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 609/2013, it-2′-fukosillattożju fl-għamla ta' trab u likwidu konċentrat kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użi definiti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-deżinjazzjoni tat-2′-fukosillattożju fl-għamla ta' trab u likwidu konċentrat awtorizzat b'din id-Deċiżjoni li trid tidher ft-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel għandha tkun “2′-fucosyllactose” għat-trab u l-likwidu konċentrat.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Jennewein Biotechnologie GmbH, Maarweg 32, 53619 Rheinbreitbach, il-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).
ANNESS I
SPEĊIFIKAZZJONI TAT-2′-FUKOSILLATTOŻJU
Definizzjoni:
|
Isem kimiku |
α-L-fukopiranosil-(1→2)-β-D-galattopiranosil-(1→4)-D-glukopiranoside |
|
Formula kimika |
C18H32O15 |
|
Massa molekolari |
488,44 Da |
|
Nru tal-CAS |
41263-94-9 |
Deskrizzjoni: It-trab tal-2′-fukosillattożju prodott bil-varjant BL21 ġenetikament modifikat tal-Escherichia coli huwa trab ta' lewn abjad sa jagħti fl-avorju li huwa derivat minn likwidu konċentrat tat-2′-fukosillattożju bit-tnixxif permezz tal-isprejjar. Il-likwidu konċentrat tat-2′-fukosillattożju huwa soluzzjoni akweuża mingħajr kulur sa tagħti fl-isfar ċar ħafif ta' 45 % w/v ± 5 %.
Speċifikazzjonijiet tat-trab tat-2′-fukosillattożju
|
Paramentru tal-Ispeċifikazzjoni |
Limiti |
|
|
Parametru fiżiku |
Abjad sa lewn l-avorju |
|
|
Analiżi kimika |
2′-fukosillattożju |
≥ 90 % |
|
Lattożju |
≤ 5 % |
|
|
3-fukosillattożju |
≤ 5 % |
|
|
Difukosillattożju |
≤ 5 % |
|
|
Fukosilgalattożju |
≤ 3 % |
|
|
Glukożju |
≤ 3 % |
|
|
Galattożju |
≤ 3 % |
|
|
Fukożju |
≤ 3 % |
|
|
Detezzjoni ta' OMĠ |
Negattiv |
|
|
Kontenut ta' ilma |
|
≤ 9,0 % |
|
Kontenut ta' proteina |
|
≤ 100 μg/g |
|
Irmied totali |
|
≤ 0,5 % |
|
Kontaminanti |
Ċomb |
≤ 0,02 mg/kg |
|
Arseniku |
≤ 0,2 mg/kg |
|
|
Kadmju |
≤ 0,1 mg/kg |
|
|
Merkurju |
≤ 0,5 mg/kg |
|
|
Aflatossin M1 |
≤ 0,025 μg/kg |
|
|
Parametri Mikrobjali |
Għadd Totali tal-Kolonji Aerobiċi (TPC) |
≤ 104 CFU/g |
|
Enterobatterji/Koliformi |
assenti f'11 g |
|
|
Ħmira u Moffa |
≤ 100 CFU/g |
|
|
Salmonella spp. |
Negattiv/100 g |
|
|
Cronobacter spp. |
Negattiv/100 g |
|
|
Endotossini |
≤ 100 UE/g |
|
CFU: Unitajiet li Jifformaw Kolonji; UE: Unitajiet ta' Endotossini
Speċifikazzjonijiet tal-likwidu konċentrat tat-2′-fukosillattożju
|
Paramentru tal-Ispeċifikazzjoni |
Limiti |
|
|
Parametru fiżiku |
Soluzzjoni ċara, bla kulur sa kemxejn safra |
|
|
Kontenut ta' solidi |
|
45 % w/v (± 5 % w/v) ta' materja niexfa fl-ilma |
|
Analiżi kimika |
2′-fukosillattożju |
≥ 90 % |
|
Lattożju |
≤ 5 % |
|
|
3-fukosillattożju |
≤ 5 % |
|
|
Difukosillattożju |
≤ 5 % |
|
|
Fukosilgalattożju |
≤ 3 % |
|
|
Glukożju |
≤ 3 % |
|
|
Galattożju |
≤ 3 % |
|
|
Fukożju |
≤ 3 % |
|
|
Detezzjoni ta' OMĠ |
Negattiv |
|
|
Kontenut ta' proteina |
|
≤ 100 μg/g |
|
Irmied totali |
|
≤ 0,5 % |
|
Kontaminanti |
Ċomb |
≤ 0,02 mg/kg |
|
Arseniku |
≤ 0,2 mg/kg |
|
|
Kadmju |
≤ 0,1 mg/kg |
|
|
Merkurju |
≤ 0,5 mg/kg |
|
|
Aflatossin M1 |
≤ 0,025 μg/kg |
|
|
Parametri Mikrobjali |
Għadd Totali tal-Kolonji Aerobiċi (TPC) |
≤ 5 000 UJK/g |
|
Enterobatterji/Koliformi |
assenti f'11 g |
|
|
Ħmira u Moffa |
≤ 50 CFU/g |
|
|
Salmonella spp. |
Negattiv/200 ml |
|
|
Cronobacter spp. |
Negattiv/200 ml |
|
|
Endotossini |
≤ 100 UE/ml |
|
UJK: Unitajiet li Jifformaw Kolonji; UE: Unitajiet ta' Endotossini
ANNESS II
Użijiet awtorizzati tat-2′-fukosillattożju fl-għamla ta' trab u likwidu konċentrat
|
Kategorija tal-ikel |
Livell massimu |
|
Formuli tat-trabi u formoli ta' prosegwiment |
1,2 gramma ta' 2′-fukosillattożju għal kull litru tal-prodott finali lest għall-użu mqiegħed fis-suq bħala tali jew kostitwit mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. |