22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/28 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2174
tal-20 ta' Novembru 2017
li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ tan-naħal u n-naħal bagħli
(notifikata bid-dokument C(2017) 7588)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ta' Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ intern tal-UE tan-naħal ħaj (Apis mellifera) u tan-naħal bagħli (Bombus spp.) huwa stipulat fil-Parti 2 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE. Iċ-ċertifikat jistabbilixxi rekwiżiti għas-saħħa tal-animali, fost oħrajn, b'rabta mal-okkorrenza tal-koleotteru tal-ġabsala (Aethina tumida) u d-dudu tat-Tropilaelaps (Tropilaelaps spp.) applikabbli għan-naħal u n-naħal bagħli. |
(2) |
Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa jippermettu biss movimenti tan-naħal u tan-naħal bagħli minn żoni ta' radjus ta' mill-inqas 100 km li ma għandhomx restrizzjonijiet assoċjati mal-okkorrenza suspetta jew ikkonfermata ta' dawn il-patoġeni. |
(3) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-awtoritajiet kompetenti Taljani fir-rigward tal-esperjenza tagħhom tal-okkorrenzi tal-koleotteru tal-ġabsala fil-kolonji tan-naħal tal-għasel fl-Italja mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE (2) biex jevitaw it-tixrid tal-koleotteru tal-ġabsala mir-reġjuni affettwati tal-Italja, jidher li dawn ir-rekwiżiti huma disproporzjonati għall-ġestjoni tas-settur tal-apikultura affettwat għal perjodu pjuttost twil wara l-iskoperta tal-okkorrenza. |
(4) |
B'mod partikolari, dawn ir-rekwiżiti ma jqisux li jistgħu jeżistu żoni li, għalkemm ikunu eqreb minn 100 km mit-tali okkorrenzi, xorta huma barra ż-żoni ta' protezzjoni stabbiliti madwar l-okkorrenzi mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, mhumiex ristretti mill-miżuri ta' protezzjoni tal-Unjoni u huma koperti minn sorveljanza attiva ppjanata u implimentata b'mod uffiċjali u konformi mal-Linji Gwida għas-sorveljanza tal-infestazzjoni tal-koleotteru tal-ġabsala mfassla mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għas-saħħa tan-naħal tal-għasel (3), li tipprovdi fiduċja fl-assenza tal-koleotteru tal-ġabsala. |
(5) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti jiġu aġġornati biex iqisu li l-eżami viżwali u l-applikazzjoni immedjata ta' xibka rqiqa madwar il-kunsinna fil-post tal-oriġini huma effettivi ħafna u teknikament fattibbli għall-kunsinni tal-irġejjen tan-naħal flimkien ma' għadd limitat ta' attendenti, biex jitnaqqas ir-riskju potenzjali li jinxtered il-koleotteru tal-ġabsala. Dan huwa kkonfermat minn Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar is-sopravivenza, it-tixrid u l-istabbiliment tal-koleotteru tal-ġabsala, adottata fil-15 ta' Diċembru 2015 (4). |
(6) |
Peress li r-rekwiżiti attwali huma restrittivi ż-żejjed, huwa għalhekk neċessarju li jiġi emendat il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ intern tal-UE fin-naħal u n-naħal bagħli billi jiżdied rekwiżit alternattiv dwar is-saħħa tal-annimali għall-kunsinni tal-irġejjen tan-naħal li jirrikonoxxi l-valur ikkombinat tas-sorveljanza attiva mill-awtoritajiet kompetenti fl-aċċertar tan-nuqqas tal-okkorrenzi tal-koleotteru tal-ġabsala flimkien mal-miżuri msaħħa għat-tnaqqis tar-riskji għall-kummerċ intern tal-UE. |
(7) |
In-naħal bagħli mhuwiex suxxettibbli għad-dudu tat-Tropilaelaps. Dan huwa kkonfermat minn Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar ir-riskju ta' dħul tal-Aethina tumida u t-Tropilaelaps spp. fl-UE, adottata fis-27 ta' Frar 2013 (5). |
(8) |
Fil-maġġoranza tal-każijiet, in-naħal bagħli jitrabba fi strutturi ambjentalment iżolati li huma soġġetti għal miżuri għolja tal-bijosigurtà u li jiġu kkontrollati b'mod regolari mill-awtorità kompetenti u vverifikati għall-preżenza tal-mard. It-tali stabbilimenti li huma rikonoxxuti u sorveljati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati x'aktarx ma jiġux affettwati mill-preżenza tal-koleotteru tal-ġabsala, bil-kontra tal-kolonji fil-miftuħ. Diġà huwa possibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jiċċertifikaw il-kunsinni mit-tali stabbilimenti għall-importazzjoni tan-naħal bagħli f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (6). |
(9) |
Huwa għalhekk meħtieġ li l-mudell taċ-ċertifikat ta' saħħa jiġi emendat għall-kummerċ intern tal-UE fin-naħal u n-naħal bagħli biex jiddaħħal rekwiżit alternattiv għas-saħħa tal-annimali għan-naħal bagħli mrobbi fi struttura ambjentalment iżolata. |
(10) |
Il-maġġoranza l-kbira tal-kunsinni tan-naħal bagħli tinbiegħ u tintbagħat lil hinn mill-fruntieri għal skopijiet ta' dakkir u għalhekk ma għandhiex tiġi ċċertifikata għal skopijiet ta' tnissil jew ta' transumanza minħabba li dan in-naħal qatt ma jitrabba u qatt ma jerġa' lura fil-post tal-oriġini tiegħu. Għalhekk huwa xieraq li tiżdied għażla oħra fiċ-ċertifikat li tippermetti li dawn l-annimali jiġu ċċertifikati għall-produzzjoni. |
(11) |
In-naħal tal-għasel jista' jiġi kkumerċjalizzat f'forom diversi, bħal pereżempju rġejjen bi ftit attendenti biss, kolonji sħaħ, kolonji tan-nukleu u f'pakketti. Iċ-ċarezza dwar in-natura tal-kunsinna f'dan ir-rigward tiffaċilita l-analiżi tar-riskju mill-awtoritajiet kompetenti għall-kontrolli uffiċjali tal-kunsinni fil-postijiet ta' destinazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li tiżdied informazzjoni dettaljata addizzjonali fiċ-ċertifikat. |
(12) |
Il-Parti 2 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE għalhekk jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 2 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE - Ċertifikat tas-Saħħa għall-kummerċ fin-naħal u n-naħal bagħli - huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-entrata I.25 tiżdied kaxxa li tista' tiġi mmarkata bil-kliem li ġej: “Produzzjoni (dakkir)”. |
2. |
Fl-entrata I.31 tiżdied kolonna bit-titlu “Natura tal-prodott bażiku” u taħt it-titlu jiżdiedu l-punti li ġejjin li jistgħu jintgħażlu, kull wieħed f'ringiela separata: “irġejjen, pakketti ta' naħal, kolonji tan-nukleu, kolonji”. |
3. |
Fl-entrata II. 1 jiddaħħal dan li ġej fil-punt (b), wara l-kliem “mhumiex preżenti”: “Jew
Jew
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-okkorrenzi konfermati tal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 161).
(3) Kif riveduti l-aħħar fl-1 ta' April 2016: https://sites.anses.fr/en/minisite/abeilles/free-access-documents-0
(4) EFSA Journal 2015;13(12):4328.
(5) EFSA Journal 2013;11(3):3128.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).