22.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2171

tal-20 ta' Novembru 2017

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2019, l-ammont annwali għall-2018, l-ewwel ħlas parzjali għall-2018 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta' kontribuzzjonijiet għas-snin 2020 u 2021

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif emendat l-aħħar (“Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-11 il-FEŻ, il-Kummissjoni ppreżentat proposta sal-15 ta' Ottubru 2017 li tispeċifika (a) il-limitu massimu għall-ammont annwali ta' kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-2019; (b) l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-FEŻ għas-sena 2018; (c) l-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għas-sena 2018; u (d) tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2020 u 2021.

(2)

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, fl-4 ta' Settembru 2017, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(3)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għal fondi taħt l-10 FEŻ għall-BEI u l-11-il FEŻ għall-Kummissjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2026 (4) stabbilixxiet il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-FEŻ għall-2018 għal EUR 4 550 000 000 għal Kummissjoni u EUR 250 000 000 għall-BEI.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1206 (5) stabbilixxiet tnaqqis mill-fondi diżimpenjati ta' kontribuzzjoni mit-Tmien u d-Disa' FEŻ għal ammont ta' EUR 200 000 000,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-FEŻ għall-2019 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 900 000 000. Għandu jinqasam f'EUR 4 600 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-FEŻ għall-2018 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 800 000 000. Għandu jinqasam f'EUR 4 550 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 250 000 000 għall-BEI.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel ħlas parzjali għall-2018 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti taħt l-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet għal ammont ta' EUR 200 000 000 minn fondi diżimpenjati taħt it-Tmien u d-Disa' FEŻ, wara pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru.

Artikolu 4

It-tbassir mhux vinkolanti indikattiv għall-ammont annwali mistenni ta' kontribuzzjonijiet għall-2020 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 600 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI, u għall-2021 għal EUR 4 700 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2026 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2018, l-ammont annwali għall-2017, l-ewwel ħlas parzjali għall-2017 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2019 u 2020 (ĠU L 313, 19.11.2016, p. 25).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1206 tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2017 (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 15).


ANNESS

STATI MEMBRI

Skema tal-10 FEŻ, %

Skema tal-11 FEŻ, %

l-ewwel (1) ħlas parzjali tal-2018 (EUR)

Total

Il-Kummissjoni 11-il FEŻ

Il-BEI 10 FEŻ

IL-BELĠJU

3,53

3,24927

66 610 035,00

5 295 000,00

71 905 035,00

IL-BULGARIJA

0,14

0,21853

4 479 865,00

210 000,00

4 689 865,00

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

0,51

0,79745

16 347 725,00

765 000,00

17 112 725,00

ID-DANIMARKA

2,00

1,98045

40 599 225,00

3 000 000,00

43 599 225,00

IL-ĠERMANJA

20,50

20,57980

421 885 900,00

30 750 000,00

452 635 900,00

L-ESTONJA

0,05

0,08635

1 770 175,00

75 000,00

1 845 175,00

L-IRLANDA

0,91

0,94006

19 271 230,00

1 365 000,00

20 636 230,00

IL-GREĊJA

1,47

1,50735

30 900 675,00

2 205 000,00

33 105 675,00

SPANJA

7,85

7,93248

162 615 840,00

11 775 000,00

174 390 840,00

FRANZA

19,55

17,81269

365 160 145,00

29 325 000,00

394 485 145,00

IL-KROAZJA

0,00

0,22518

4 616 190,00

0,00

4 616 190,00

L-ITALJA

12,86

12,53009

256 866 845,00

19 290 000,00

276 156 845,00

ĊIPRU

0,09

0,11162

2 288 210,00

135 000,00

2 423 210,00

IL-LATVJA

0,07

0,11612

2 380 460,00

105 000,00

2 485 460,00

IL-LITWANJA

0,12

0,18077

3 705 785,00

180 000,00

3 885 785,00

IL-LUSSEMBURGU

0,27

0,25509

5 229 345,00

405 000,00

5 634 345,00

L-UNGERIJA

0,55

0,61456

12 598 480,00

825 000,00

13 423 480,00

MALTA

0,03

0,03801

779 205,00

45 000,00

824 205,00

IN-NETHERLANDS

4,85

4,77678

97 923 990,00

7 275 000,00

105 198 990,00

L-AWSTRIJA

2,41

2,39757

49 150 185,00

3 615 000,00

52 765 185,00

IL-POLONJA

1,30

2,00734

41 150 470,00

1 950 000,00

43 100 470,00

IL-PORTUGALL

1,15

1,19679

24 534 195,00

1 725 000,00

26 259 195,00

IR-RUMANIJA

0,37

0,71815

14 722 075,00

555 000,00

15 277 075,00

IS-SLOVENJA

0,18

0,22452

4 602 660,00

270 000,00

4 872 660,00

IS-SLOVAKKJA

0,21

0,37616

7 711 280,00

315 000,00

8 026 280,00

IL-FINLANDJA

1,47

1,50909

30 936 345,00

2 205 000,00

33 141 345,00

L-IŻVEZJA

2,74

2,93911

60 251 755,00

4 110 000,00

64 361 755,00

IR-RENJU UNIT

14,82

14,67862

300 911 710,00

22 230 000,00

323 141 710,00

TOTAL TAL-UE-28

100,00

100,00

2 050 000 000,00

150 000 000,00

2 200 000 000,00