14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/77


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2078

tal-10 ta' Novembru 2017

li tawtorizza estensjoni tal-użu tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 7391)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/762/UE (2) awtorizzat, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, it-tqegħid fis-suq tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża f'ċertu ikel u f'ċerti oġġetti tal-ikel, inkluż ix-xorb, kif ukoll f'supplimenti tal-ikel u f'ikel bi skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż.

(2)

Fil-25 ta' April 2016, il-kumpanija Leiber GmbH għamlet talba lill-awtorità kompetenti tal-Irlanda għal estensjoni tal-użi u tal-livelli tal-użu tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent ġdid tal-ikel. B'mod partikolari, talbet biex jiġi estiż l-użu tal-betaglukani tal-ħmira għall-kategoriji tal-ikel addizzjonali, u biex jinżiedu l-livelli massimi tal-użu ta' kuljum tal-betaglukani tal-ħmira għall-kategoriji tal-ikel diġà awtorizzati bid-Deċiżjoni 2011/762/UE.

(3)

Fis-7 ta' Novembru 2016, l-awtorità kompetenti tal-Irlanda ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport, ikkonkludiet li l-estensjoni tal-użi u tal-livelli ta' użu massimu ta' betaglukani tal-ħmira proposta tissodisfa l-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(4)

Fil-15 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(5)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. B'konsegwenza ta' dan, l-applikant biddel it-talba dwar il-kategoriji tal-ikel u l-livelli ta' użu proposti. Din il-bidla u l-ispjegazzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-applikant taffew it-tħassib għas-sodisfazzjon tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni.

(6)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni dwar l-ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, l-ikel bi skopijiet mediċi speċjali, u l-ikel li jintuża bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż. Dawk l-atti jistgħu japplikaw għall-betaglukani tal-ħmira. Għalhekk il-betaglukani tal-ħmira għandu jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' dik u ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika b'mod parallel għar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u r-Regolament (UE) Nru 609/2013, il-betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae) kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użi ddefiniti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-isem tal-betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae) awtorizzata b'din id-Deċiżjoni għall-ittikkettjar tagħhom fuq il-prodotti tal-ikel għandha tkun “betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Leiber GmbH, Hafenstraße 24, 49565, Bramsche, il-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/762/UE tal-24 ta' Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 313, 26.11.2011, p. 41)

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 12.6.2013, p. 35).


ANNESS I

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-BETAGLUKANI TAL-ĦMIRA (SACCHAROMYCES CEREVISIAE)

Deskrizzjoni

Il-betaglukani huma polisakkaridi kumplessi b'massa molekolari għolja (100 — 200 kDa), li jinsabu fil-ħajt taċ-ċellola ta' bosta ħmejjer u ċereali. L-isem kimiku għal “betaglukani tal-ħmira” huwa (1-3), (1-6)-β-D-glukani

Il-betaglukani jikkonsistu minn struttura ta' residwi tal-glukosju marbuta fi β-1-3 li huma mifruqa b'legami ta' β-1-6, li huma konnessi magħhom il-kitina u l-mannoproteini b'legami ta' β-1-4.

Dan l-ikel ġdid huwa (1,3)-(1,6)-β-D-glukan ippurifikat ħafna u iżolat mill-ħmira Saccharomyces cerevisiae li ma jdubx fl-ilma, iżda huwa dispersabbli f'ħafna matriċi likwidi.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae)

Parametru

Valuri tal-ispeċifikazzjoni

Solubbiltà

Insolubbli fl-ilma, imma dispersibbli f'ħafna matriċi likwidi

Dejta kimika

(1,3)-(1,6)-β-D-Glukan

> 80 %

Irmied

< 2 %

Ndewwa

< 6 %

Proteina

< 4 %

Total ta' xaħam

< 3 %

Dejta mikrobijoloġika

L-għadd tal-kolonji aerobiċi

< 1 000 CFU/g

Enterobacteriaceae

< 100 CFU/g

Koliformi totali

< 10 CFU/g

Ħmira

< 25 CFU/g

Moffa

< 25 CFU/g

Salmonella ssp.

Assenti fi 25 g

Escherichia coli

Assenti fi 1 g

Bacillus cereus

< 100 CFU/g

Staphylococcus aureus

Assenti fi 1 g

Metalli tqal

Ċomb

< 0,2 mg/g

Arseniku

< 0,2 mg/g

Merkurju

< 0,1 mg/g

Kadmju

< 0,1 mg/g


ANNESS II

L-UŻI AWTORIZZATI TAL-BETAGLUKANI TAL-ĦMIRA (SACCHAROMYCES CEREVISIAE)

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu tal-betaglukani tal-ħmira

Supplimenti tal-ikel kif iddefiniti mid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

1,275 g/kuljum għal tfal ta' aktar minn 12-il sena u għall-popolazzjoni adulta ġenerali

0,675 g/kuljum għal tfal ta' aktar minn 12-il sena

Sostituzzjoni tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

1,275 g/kuljum

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, minbarra l-ikel bi skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar

1,275 g/kuljum

Xarbiet ibbażati fuq il-meraq tal-frott u/jew tal-ħxejjex inkluż konċentrati u merqat deidratati

1,3 g/kg

Xarbiet bit-togħma tal-frott

0,8 g/kg

Trab għall-preparazzjoni ta' xarbiet tal-kawkaw

38,3 g/kg (trab)

Bars taċ-ċereali

6 g/kg

Ċereali għall-kolazzjon

15,3 g/kg

Ċereali istantanji għal kolazzjon sħunmagħmulin minn qamħ sħiħ u ħafna fibra

1,5 g/kg

Gallettini tat-tip cookie

2,2 g/kg

Gallettini tat-tip cracker

6,7 g/kg

Xarbiet ibbażati fuq il-ħalib

3,8 g/kg

Prodotti tal-ħalib iffermentat

3,8 g/kg

Analogi ta' prodotti tal-ħalib

3,8 g/kg

Xarbiet oħrajn

0,8 g/kg (lesti għax-xorb)

Ħalib/Trab tal-ħalib

25,5 g/kg

Sopop jew taħlitiet tas-sopop

0,9 g/kg (lesti biex jittieklu)

1,8 g/kg (ikkondensat)

6,3 g/kg (trab)

Ċikkulata u ħlewwiet

4 g/kg

Bars jew trabijiet tal-proteini

19,1 g/kg

Ġamm, marmellata u pejstijiet oħra tal-frott

11,3 g/kg