|
14.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2071
tat-13 ta' Novembru 2017
li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/438/PESK (1) li taħtar lis-Sur Herbert SALBER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. |
|
(2) |
Fis-17 ta' Frar 2017, ir-Rappreżentant Għoli adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/299 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia sat-30 ta' Ġunju 2018. |
|
(3) |
Wara l-ħatra tas-Sur Herbert SALBER għal pożizzjoni oħra, jenħtieġ li s-Sur Toivo KLAAR jinħatar bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia mit-13 ta' Novembru 2017. |
|
(4) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tikkomprometti l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-mandat tas-Sur Herbert SALBER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia b'dan jintemm fil-15 ta' Awwissu 2017.
2. Is-Sur Toivo KLAAR huwa b'dan maħtur bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia mit-13 ta' Novembru 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018. Huwa għandu jeżerċita l-mandat tiegħu f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2017/299.
3. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm aktar kmieni, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Artikolu 2
In-nefqa marbuta mal-kontinwità amministrattiva bejn il-mandati tar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu mill-15 ta' Awwissu 2017 sat-12 ta' Novembru 2017 għandha tkun koperta mill-ammont ta' referenza finanzjarja stipulat fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/299.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mill-15 ta' Awwissu 2017.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/438/PESK tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 200, 9.7.2014, p. 11).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/299 tas-17 ta' Frar 2017 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 43, 21.2.2017, p. 214).