9.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/22 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2008
tat-8 ta' Novembru 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
(2) |
Fil-31 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) ġedded u emenda l-elenkar ta' bastiment soġġett għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
ANNESS
Fit-taqsima B (Entitajiet) tal-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 2 hija sostitwita b'dan li ġej:
“2. |
Isem: LYNN S Magħruf ukoll bħala.: mhux applikabbli Qabel magħruf bħala: mhux applikabbli Indirizz: mhux applikabbli Elenkat fi:2 ta' Awwissu 2017 Informazzjoni addizzjonali OMI: 8706349; Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-Riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiża u mmodifikata bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fil-31 ta' Ottubru 2017 u hija valida sad-29 ta' Jannar 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Saint Vincent u l-Grenadini. Fis-6 ta' Ottubru 2017, il-bastiment kien jinsab fl-ibħra territorjali tal-Libanu, meta salpa lejn il-punent.”. |